27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris (Franza) fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Proċeduri kriminali kontra YA u AIRBNB Ireland UC – partijiet oħra: Hotelière Turenne SAS, Pour un hébergement et un tourisme professionnel (AHTOP), Valhotel

(Kawża C-390/18)

(2018/C 301/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Juge d’instruction du tribunal de grande instance de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

YA u AIRBNB Ireland UC

Partijiet oħra: Hotelière Turenne SAS, Pour un hébergement et un tourisme professionnel (AHTOP), Valhotel

Domandi preliminari

1)

Is-servizzi pprovduti fi Franza mill-kumpannija AirBnb Ireland UC permezz ta’ pjattaforma elettronika ġestita fl-Irlanda jibbenefikaw mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista permezz tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 (1)?

2)

Ir-regoli restrittivi li jirrigwardaw l-eżerċizzju tal-professjoni ta’ aġent tal-proprjetà immobbli fi Franza, sanċiti fil-Liġi Nru 70-9 tat-2 ta’ Jannar 1970 dwar l-intermedjarji fil-qasam ta’ tranżazzjonijiet ta’ proprjetà immobbli, imsejħa l-Liġi Hoguet, huma applikabbli fil-konfront tal-kumpannija AirBnb Ireland UC?


(1)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399)