Kawża C-311/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fid-9 ta’ Mejju 2018 – Data Protection Commissioner vs Facebook Ireland Limited, Maximillian Schrems
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court (l-Irlanda) fid-9 ta’ Mejju 2018 – Data Protection Commissioner vs Facebook Ireland Limited, Maximillian Schrems
(Kawża C-311/18)
2018/C 249/21Lingwa tal-kawża: l-IngliżQorti tar-rinviju
High Court (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Data Protection Commissioner
Konvenuti: Facebook Ireland Limited, Maximillian Schrems
Domandi preliminari
1) |
F’ċirkustanzi li fihom data personali hija ttrasferita minn kumpannija privata ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) lil kumpannija privata f’pajjiż terz għal skop kummerċjali skont id-Deċiżjoni 2010/87/UE ( 1 ) kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/2297 ( 2 ) (iktar ’il quddiem id-“Deċiżjoni KKS) u tista’ tiġi pproċessata sussegwentement fil-pajjiż terz mill-awtoritajiet tiegħu għal skopijiet ta’ sigurtà nazzjonali iżda wkoll għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi u tat-twettiq tal-affarijiet barranin tal-pajjiż terz, id-dritt tal-Unjoni Ewropea (inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”)) japplika għat-trasferiment tad-data minkejja d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) TUE fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali u d-dispożizzjonijiet tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 95/46/KE ( 3 ) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”) fir-rigward tas-sigurtà pubblika, tad-difiża u tas-sigurtà tal-Istat? |
2) |
|
3) |
Sabiex jiġi evalwat jekk pajjiż terz jiżgurax il-livell ta’ protezzjoni meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ data personali ttrasferita lejn dak il-pajjiż għall-finijiet tal-Artikolu 26 tad-Direttiva, il-livell ta’ protezzjoni fil-pajjiż terz għandu jiġi evalwat b’riferiment:
|
4) |
Fid-dawl tal-fatti kkonstatati mill-High Court (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja, l-Irlanda) fir-rigward tad-dritt tal-Istati Uniti, it-trasferiment ta’ data personali mill-Unjoni lejn l-Istati Uniti skont id-Deċiżjoni KKS jikser id-drittijiet tal-individwi taħt l-Artikoli 7 u/jew 8 tal-Karta? |
5) |
Fid-dawl tal-fatti kkonstatati mill-High Court (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja) fir-rigward tad-dritt tal-Istati Uniti, jekk data personali hija ttrasferita mill-Unjoni lejn l-Istati Uniti skont id-Deċiżjoni KKS:
|
6) |
|
7) |
Il-fatt li l-klawżoli kuntrattwali standard japplikaw bejn l-esportatur tad-data u l-importatur tad-data u ma jorbtux lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ pajjiż terz li jistgħu jeħtieġu lill-importatur tad-data jipprovdi lis-servizzi ta’ sigurtà tiegħu, għal ipproċessar sussegwenti, id-data personali ttrasferita skont il-klawżoli stipulati fid-Deċiżjoni KKS, jipprekludi l-klawżoli milli joffru garanziji adegwati kif previsti fl-Artikolu 26(2) tad-Direttiva? |
8) |
Jekk importatur tad-data ta’ pajjiż terz huwa suġġett għal liġijiet ta’ sorveljanza li, fl-opinjoni ta’ awtorità tal-protezzjoni tad-data jiksru l-klawżoli tal-Anness mad-Deċiżjoni KKS jew l-Artikoli 25 u 26 tad-Direttiva u/jew il-Karta, awtorità tal-protezzjoni tad-data hija meħtieġa tuża s-setgħat ta’ infurzar tagħha skont l-Artikolu 28(3) tad-Direttiva sabiex tissospendi t-tixrid ta’ data, jew l-eżerċizzju ta’ dawn is-setgħat huwa limitat għal każijiet eċċezzjonali biss, fid-dawl tal-premessa 11 tad-Direttiva, jew ukoll awtorità tal-protezzjoni tad-data tista’ tuża d-diskrezzjoni tagħha sabiex ma tissospendix it-tixrid ta’ data? |
9) |
|
10) |
Fid-dawl tal-konstatazzjonijiet tal-High Court (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja) fir-rigward tad-dritt tal-Istati Uniti, il-ħolqien tal-Ombudsman għall-Ħarsien tal-Privatezza skont l-Anness A għall-Anness III tad-Deċiżjoni dwar il-Ħarsien tal-Privatezza, meta meħud flimkien mas-sistema eżistenti fl-Istati Uniti, jiżgura li l-Istati Uniti tipprovdi azzjoni kompatibbli mal-Artikolu 47 tal-Karta lill-persuni li d-data personali tagħhom hija ttrasferita lejn l-Istati Uniti skont id-Deċiżjoni KKS? |
11) |
Id-Deċiżjoni KKS tikser l-Artikoli 7, 8 u/jew 47 tal-Karta? |
( 1 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2010 dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ dejta personali għall-proċessuri stabbiliti f’pajjiżi terzi, taħt id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (ĠU 2010, L 39, p. 5).
( 2 ) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2297 tas-16 ta’ Diċembru 2016 li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/497/KE u 2010/87/UE dwar klawżoli kuntrattwali standard għat-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi u lil proċessuri stabbiliti fit-tali pajjiżi, skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2016, L 344, p. 100).
( 3 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).
( 4 ) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1250 tat-12 ta’ Lulju 2016 skont id-Direttiva Nru 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-Ħarsien tal-Privatezza UE-U.S. (ĠU 2016, L 207, p. 1).