201807130162004122018/C 268/303102018CJC26820180730MT01MTINFO_JUDICIAL20180511242521

Kawża C-310/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-11 ta’ Mejju 2018 – Proċeduri kriminali kontra Emil Milev


C2682018MT2410120180511MT0030241252

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fil-11 ta’ Mejju 2018 – Proċeduri kriminali kontra Emil Milev

(Kawża C-310/18)

2018/C 268/30Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-kawża prinċipali

Emil Milev

Domandi preliminari

1)

Ġurisprudenza nazzjonali li tissuġġetta ż-żamma ta’ miżura koerċittiva ta’ “detenzjoni provviżorja” (erba’ xhur wara l-arrest tal-persuna mixlija) għall-eżistenza ta’ “raġunijiet plawżibbli”, interpretati fis-sens ta’ sempliċi konstatazzjoni “prima facie” li l-persuna mixlija setgħet wettqet ir-reat inkwistjoni, hija kompatibbli mal-Artikolu 3, mat-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1), mal-Artikolu 10, mar-raba’ u mal-ħames sentenza tal-premessa 16 u mal-premessa 48 tad-DIrettiva 2016/343 ( 1 ), kif ukoll mal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea]?

Alternattivament, ġurisprudenza nazzjonali li tinterpreta “raġunijiet plawżibbli” fis-sens ta’ probabbiltà kbira li l-persuna mixlija wettqet ir-reat inkwistjoni hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq?

2)

Ġurisprudenza nazzjonali li tobbliga lill-qorti li tkun qiegħda tiddeċiedi talba għal emenda ta’ miżura koerċittiva ta’ “detenzjoni provviżorja” diġà adottata sabiex timmotiva d-deċiżjoni tagħha mingħajr ma tqabbel il-provi kontra u l-provi favur, minkejja li l-avukat tal-persuna mixlija jkun ippreżenta argumenti f’dan is-sens – fejn l-unika raġuni għal din ir-restrizzjoni hija li l-qorti għandha tibqa’ imparzjali fil-każ li din il-kawża tiġi assenjata lilha għall-finijiet tal-eżami fil-mertu – hija kompatibbli mat-tieni sentenza tal-Artikolu 4(1), mal-Artikolu 10, mar-raba’ u mal-ħames sentenza tal-premessa 16 u mal-premessa 48 tad-Direttiva 2016/343, kif ukoll mal-Artikolu 47 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali]?

Alternattivament, ġurisprudenza nazzjonali li minnha joħroġ li l-qorti għandha twettaq eżami iktar iddettaljat u preċiż tal-provi u għandha tagħti tweġiba ċara għall-argumenti tal-avukat tal-persuna mixlija, anki jekk tassumi r-riskju li ma tkunx tista’ teżamina l-kawża u li ma tkunx tista’ tagħti deċiżjoni definittiva dwar il-ħtija jekk l-imsemmija kawża tiġi assenjata lilha għall-finijiet tal-eżami fil-mertu, li jimplika li qorti oħra teżamina din il-kawża fil-mertu, hija kompatibbli mad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq?


( 1 ) Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (ĠU 2016, L 65, p. 1).