7.1.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 4/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mix-Chambre disciplinaire de première instance de l’ordre des chirurgiens-dentistes de Midi-Pyrénées (Franza) fl-24 ta’ April 2018 – Conseil départemental de l’ordre des chirurgiens-dentistes de la Haute-Garonne vs RG, RG

(Kawża C-296/18)

(2019/C 4/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Chambre disciplinaire de première instance de l’ordre des chirurgiens-dentistes de Midi-Pyrénées

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Conseil départemental de l’ordre des chirurgiens-dentistes de la Haute-Garonne

Konvenuti: RG, RG

Permezz ta’ digriet tat-23 ta’ Ottubru 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) iddeċidiet:

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprojbixxi b’mod ġenerali u assolut kull pubbliċità tal-membri tal-professjoni odontoloġika, sa fejn din tipprekludihom minn kull użu ta’ proċessi pubbliċitarji li jippromwovu lilhom infushom u l-kumpannija tagħhom fuq is-sit tal-internet tagħhom.