22.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 381/2


Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2018 minn Massimo Campailla mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-23 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-759/16, Campailla vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C-256/18 P)

(2018/C 381/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Massimo Campailla (rappreżentant: F. Rollinger, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tas-7 ta’ Awissu 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament infondat u parzjalment ineffettiv.