201806290251986362018/C 249/102432018CJC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL201804037821

Kawża C-243/18 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ April 2018 mill-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-561/16, Galocha vs Empresa Común Fusión for Energy


C2492018MT710120180403MT00107182

Appell ippreżentat fit-3 ta’ April 2018 mill-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-25 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-561/16, Galocha vs Empresa Común Fusión for Energy

(Kawża C-243/18 P)

2018/C 249/10Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (rappreżentanti: G. Poszler u R. Hanak, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Yosu Galocha

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Jannar 2018 fil-Kawża T-561/16 sa fejn din tannulla l-listi ta’ riżerva tal-proċedura ta’ selezzjoni F4E/CA/ST/FGIV/2015/001 u d-deċiżjonijiet tal-Fusion for Energy li tirrekluta lill-kandidati;

tikkundanna lill-konvenuta fl-ewwel istanza għall-ispejjeż ta’ dan l-ilment u għall-ispejjeż ta’ din il-kawża, sa fejn is-sentenza finali tal-Qorti tal-Ġustizzja tilqa’ l-appell.

Aggravju u argumenti prinċipali

Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u, konsegwentement, ħolqien ta’ żvantaġġ eċċessiv fuq terzi persuni benefiċjarji minn deċiżjoni li rriżultat li kienet illegali.