201806290221986342018/C 249/082392018CJC24920180716MT01MTINFO_JUDICIAL201804035621

Kawża C-239/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Thüringer Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2018 – Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH vs Freistaat Thüringen


C2492018MT510120180403MT00085162

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Thüringer Oberlandesgericht (il-Ġermanja) fit-3 ta’ April 2018 – Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH vs Freistaat Thüringen

(Kawża C-239/18)

2018/C 249/08Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Thüringer Oberlandesgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Konvenut: Freistaat Thüringen

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 1768/95 ( 1 ) jagħti fil-konfront ta’ l-korpi uffiċjali dritt għal informazzjoni li huwa limitat għal informazzjoni dwar speċijiet ta’ pjanti meta t-talba għal informazzjoni ma tkunx titlob ukoll informazzjoni dwar varjetà protetta?

2)

Fil-każ li mir-risposta għall-ewwel domanda jirriżulta li dritt għal informazzjoni ta’ din in-natura jista’ jiġi eżerċitat:

a)

Ikun hemm korp inkarigat mill-monitoraġġ tal-produzzjoni agrikola fis-sens tal-Artikolu 11(2) (l-ewwel inċiż) tar-Regolament Nru 1768/95 meta l-awtorità tkun inkarigata mill-monitoraġġ tas-sussidji għall-bdiewa permezz ta’ riżorsi tal-Unjoni Ewropea u żżomm, f’dan ir-rigward, data li tirrigwarda hija wkoll speċijiet (tal-pjanti) miksuba mill-bdiewa li jkunu ressqu talba?

b)

Korp uffiċjali għandu dritt jirrifjuta li jagħti l-informazzjoni mitluba meta l-għoti ta’ din l-informazzjoni jkun jeżiġi li d-data li tinsab għandu tiġi pproċessata u speċifikata minn terz u dan ikun jeħtieġ spiża finanzjarja ta’ madwar EUR 6000? Huwa rilevanti li l-applikant ikun lest li jieħu r-responsabbiltà għall-ispejjeż inkorsi?


( 1 ) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1768/95 tal-24 ta’ Lulju li jimplimenta regoli dwar l-eżenzjoni agrikola prevista fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 2100/94 dwar drittijiet Komunitarji rigward varjetajiet ta’ pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 18, p. 63).