201806220081970652018/C 240/212122018CJC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL20180326191911

Kawża C-212/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2018 – Prato Nevoso Termo Energy Srl vs Provincia di Cuneo, ARPA Piemonte


C2402018MT1910120180326MT0021191191

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-26 ta’ Marzu 2018 – Prato Nevoso Termo Energy Srl vs Provincia di Cuneo, ARPA Piemonte

(Kawża C-212/18)

2018/C 240/21Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Prato Nevoso Termo Energy Srl

Konvenuti: Provincia di Cuneo, ARPA Piemonte

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/98/KE ( 1 ) u, fi kwalunkwe każ, il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li hija prevista fl-Artikolu 293 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006 u fl-Artikolu 268 eee-bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006, li timponi li jitqies bħala skart, inkluż fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni ta’ impjant imħaddem minn bijomassa, bijolikwidu li jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi għal dan il-għan, u li huwa mitlub għal finijiet produttivi bħala kombustibbli, jekk u sa fejn dan il-bijolikwidu ma jidhirx fil-paragrafu 1 tat-Taqsima 4 tal-Parti II tal-Anness X tal-Parti V tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152 tat-3 ta’ April 2006, u dan indipendentement mit-twettiq ta’ analiżijiet tal-impatt ambjentali negattiv jew mill-eżistenza ta’ kwalunkwe kontestazzjoni relatata mal-karatteristiċi tekniċi tal-prodott, fil-kuntest tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni?

2)

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/28/KE ( 2 ), u fi kwalunkwe każ il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ trasparenza u ta’ semplifikazzjoni, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li hija prevista fl-Artikolu 5 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 28/2011, fis-sens li, meta l-applikant jixtieq ikun awtorizzat li juża bijomassa bħala kombustibbli f’installazzjoni li tipproduċi emissjonijiet atmosferiċi, hija ma tipprevedi ebda koordinazzjoni mal-proċedura relatata mal-awtorizzazzjoni ta’ dan l-użu bħala kombustibbli prevista mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 152/2006, Anness X fil-parti V, u li lanqas ma tipprevedi l-possibblità li tiġi evalwata in concreto s-soluzzjoni proposta fil-kuntest ta’ proċedura unika ta’ awtorizzazzjoni u fid-dawl ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi ddefiniti minn qabel?


( 1 ) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

( 2 ) Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).