201806010241917422018/C 211/161862018CJC21120180618MT01MTINFO_JUDICIAL20180309131421

Kawża C-186/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-9-ta’ Marzu 2018 – José Cánovas Pardo S.L. vs Club de Variedades Vegetales Protegidas


C2112018MT1310120180309MT0016131142

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fid-9-ta’ Marzu 2018 – José Cánovas Pardo S.L. vs Club de Variedades Vegetales Protegidas

(Kawża C-186/18)

2018/C 211/16Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo (Spanja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: José Cánovas Pardo S.L.

Konvenut: Club de Variedades Vegetales Protegidas

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 96 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 ( 1 ) jipprekludi interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li, sakemm ikun iddekorra t-terminu ta’ tliet snin minn meta, ladarba tkun ingħatat il-protezzjoni Komunitarja ta’ varjetajiet ta’ pjanti, id-detentur ikun sar jaf bl-att li jikkostitwixxi ksur u bl-identità tal-parti responsabbli, l-azzjonijiet previsti fl-Artikoli 94 u 95 tar-Regolament ikunu saru preskritti, anki jekk l-atti li jikkostitwixxu ksur ikunu baqgħu fis-seħħ sal-mument tat-tressiq tal-azzjoni?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv, għandu jitqies li, konformement mal-Artikolu 96 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94, il-preskrizzjoni jkollha effett biss fir-rigward tal-atti speċifiċi li jikkostitwixxu ksur imwettqa barra mit-terminu ta’ tliet snin, iżda mhux fir-rigward ta’ dawk imwettqa matul l-aħħar tliet snin?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, f’dan il-każ jistgħu jintlaqgħu l-azzjonijiet għal waqfien kif ukoll għal kumpens għad-danni biss fir-rigward ta’ dawn l-aħħar atti mwettqa matul l-aħħar tliet snin?


( 1 ) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta’ Lulju 1994 dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390).