28.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 182/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Central Administrativo Sul (il-Portugall) fit-12 ta’ Marzu 2018 – Fazenda Pública vs Carlos Manuel Patrício Teixeira, Maria Madalena da Silva Moreira Patrício Teixeira

(Kawża C-184/18)

(2018/C 182/15)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Central Administrativo Sul

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fazenda Pública

Konvenuti: Carlos Manuel Patrício Teixeira, Maria Madalena da Silva Moreira Patrício Teixeira

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 12, 56, 57 u 58 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea [attwalment l-Artikoli 18, 63, 64 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali (Artikolu 43(2) tal-Código do IRS, approvat bid-Digriet Liġi Nru 442-A/88 tat-30 ta’ Novembru, fil-verżjoni tiegħu skont il-Liġi Nru 109-B/2001, tas-27 ta’ Diċembru), li tissuġġetta l-qliegħ mit-trasferiment ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru (il-Portugall), meta dan it-trasferiment isir minn ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, residenti f’pajjiż terz (l-Angola), għal oneru fiskali ogħla minn dak li jkun jirriżulta, fir-rigward ta’ dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni, fuq il-qliegħ magħmul minn resident tal-Istat fejn tinsab din il-proprjetà immobbli?