16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Visoki upravni sud (il-Kroazja) fit-8 ta’ Frar 2018 – Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR) vs Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske
(Kawża C-90/18)
(2018/C 134/22)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Visoki upravni sud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hrvatska banka za obnovu i razvitak (HBOR)
Konvenut: Povjerenik za informiranje Republike Hrvatske
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijet tat-tieni sub-paragrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE, u tal-Artikolu 4(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal aċċess mingħajr ebda eċċezzjoni għal informazzjoni dwar l-użu ta’ fondi pubbliċi, anki meta l-aċċess għal din l-informazzjoni jkun risrett, inter alia, minħabba li din tkun koperta mis-sigriet kummerċjali (bankarju)?