|
27.8.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/12 |
Appell ippreżentat fit-12 ta’ Jannar 2018 minn Acquafarm S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Novemrbu 2017 fil-Kawża T-458/16, Acquafarm vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-40/18 P)
(2018/C 301/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Acquafarm S.L. (rappreżentanti: A. Pérez Moreno, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Lulju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Acquafarm S.L. għall-ispejjeż rispettivi tagħha.