201806220131970352018/C 240/13342018CJC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL2018011891021

Kawża C-34/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fit-18 ta’ Jannar 2018 – Ottília Lovasné Tóth vs ERSTE Bank Hungary Zrt.


C2402018MT910120180118MT001391102

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fit-18 ta’ Jannar 2018 – Ottília Lovasné Tóth vs ERSTE Bank Hungary Zrt.

(Kawża C-34/18)

2018/C 240/13Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Ítélőtábla

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ottília Lovasné Tóth

Konvenuta: ERSTE Bank Hungary Zrt.

Domandi preliminari

1)

Il-punt 1(q) tal-Anness tad-Direttiva 93/13/KEE ( 1 ) għandu jiġi interpretat fis-sens li dan tal-aħħar, bħala dispożizzjoni ta’ natura leġiżlattiva tad-dritt tal-Unjoni fil-grad ta’ regola ta’ ordni pubbliku, jipprojbixxi b’mod ġenerali u b’mod li jirrendi superfluwu kull eżami addizzjonali, l-impożizzjoni mill-kreditur ta’ klawżola kuntrattwali standard jew mhux innegozzjata individwalment li jkollha bħala l-għan jew l-effett tagħha li taqleb l-oneru tal-prova billi dan tpoġġih għal karigu tad-debitur fil-kwalità tiegħu ta’ konsumatur?

2)

F’każ li jkun meħtieġ li jiġi evalwat l-għan jew l-effett tal-klawżola kuntrattwali abbażi tal-punt 1(q) tal-Anness tad-Direttiva, tista’ tiqies bħala li tostakola l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-konsumaturi l-klawżola kuntrattwali

li skontha d-debitur fil-kwalità tiegħu ta’ konsumatur jista’ b’mod leġittimu jippreżumi li għandu jeżegwixxi l-kuntratt fl-intier tiegħu, bil-klawżoli kollha tiegħu, skont il-modalitajiet u kif rikjest mill-kreditur, anki jekk l-imsemmi debitur ikun konvint li l-prestazzjonijiet rikjesti mill-kreditur ma humiex dovuti, totalment jew parzjalment, jew

li għandha l-effett li teskludi jew tirrestrinġi l-aċċess tal-konsumatur għal metodu ta’ soluzzjoni ta’ tilwimiet bbażat fuq negozjati leali, peress li huwa suffiċjenti għall-kreditur li japplika din il-klawżola sabiex it-tilwima titqies li ġiet irregolata?

3)

Fil-każ li n-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali elenkati fl-Anness tad-Direttiva jkollha tiġi ddeterminata billi jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-kriterji stabbilit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva, klawżola li għandha effett fuq id-deċiżjonijiet tal-konsumatur dwar l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, ir-riżoluzzjoni tat-tilwimiet mal-kreditur b’mezzi bonarji jew kontenzjużi jew anki l-implimentazzjoni tad-drittijiet tiegħu, hija konformi mal-prinċipju ta’ formulazzjoni ċara u komprensibbli tal-klawżoli, stabbiliti fl-Artikolu 5 tad-Direttiva, meta filwaqt li l-klawżola inkwistjoni tkun ċertament ċara, iżda li l-effetti legali tagħha jkunu jistgħu jiġu stabbiliti biss bl-għajnuna ta’ interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li ma jkunux suġġetti għal ġurisprudenza uniformi la fid-data tal-konklużjoni tal-kuntratt, u lanqas fis-snin suċċessivi?

4)

Il-punt 1(m) tal-Anness tad-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola kuntrattwali li ma tkunx ġiet innegozzjata b’mod individwali tista’ tkun inġusta anki fil-każ li din tawtorizza l-kummerċjant jevalwa unilaterlament jekk il-prestazzjoni tal-konsumatur ġietx eżegwita b’mod konformi mal-kuntratt, u meta din il-klawżola tkun ġiet rikonoxxuta mill-konsumatur bħala li torbtu, anki qabel ma tkun twettqet ebda prestazzjoni mill-partijiet kontraenti?


( 1 ) Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).