9.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 123/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Jannar 2018 – TopFit e.V., Daniele Biffi vs Deutschen Leichtathletikverband e.V.

(Kawża C-22/18)

(2018/C 123/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Darmstadt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TopFit e.V., Daniele Biffi

Konvenuta: Deutscher Leichtathletikverband e.V.

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 18, 21 u 165 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dispożizzjoni tar-regolament ta’ atletika ta’ federazzjoni ta’ Stat Membru, li tagħmel il-parteċipazzjoni fil-kampjonati nazzjonali suġġetta għall-kundizzjoni ta’ nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru, tikkostitwixxi diskriminazzjoni illegali?

2)

L-Artikoli 18, 21 u 165 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li federazzjoni ta’ Stat Membru twettaq diskriminazzjoni illegali fil-konfront ta’ sportivi dilettanti li ma għandhomx in-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru, meta tippermettilhom ċertament li jipparteċipaw fi kampjonati nazzjonali, iżda huwa unikament “barra minn klassifikazzjoni” jew “mingħajr klassifikazzjoni” li tippermettilhom jipparteċipaw fi tlielaq jew provi finali?

3)

L-Artikoli 18, 21 u 165 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li federazzjoni ta’ Stat Membru twettaq diskriminazzjoni illegali fil-konfront ta’ sportivi dilettanti li ma għandhomx in-nazzjonalità ta’ dan l-Istat Membru, billi teskludihom mill-għoti ta’ titoli nazzjonali jew ta’ pożizzjoni?