19.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 104/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fl-10 ta’ Jannar 2018 – Eva Glawischnig-Piesczek vs Facebook Ireland Limited
(Kawża C-18/18)
(2018/C 104/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Eva Glawischnig-Piesczek
Konvenuta: Facebook Ireland Limited
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (1) jipprekludi, b’mod ġenerali, li wieħed mill-obbligi elenkati iktar ’il quddiem jiġi impost fuq fornitur ta’ servizzi ta’ hosting li ma rtirax fil-pront ċerta informazzjoni illegali, jiġifieri mhux biss din l-informazzjoni illegali fis-sens tal-Artikolu 14(1)(a) tad-direttiva, iżda wkoll informazzjoni oħra identika:
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda: dan japplika wkoll fir-rigward tal-informazzjoni b’kontenut ekwivalenti? |
3) |
Dan japplika wkoll fir-rigward tal-informazzjoni b’kontenut ekwivalenti mill-mument meta l-operatur isir jaf b’din iċ-ċirkustanza? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.