Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2021
Yokohama Rubber u EUIPO vs Pirelli Tyre

(Kawżi magħquda C-818/18 P u C-6/19 P)

“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġuni assoluti għal rifjut jew ta’ invalidità tar-reġistrazzjoni – Sinjal magħmul esklużivament mill-forma tal-prodott neċessarju għall-ksib ta’ riżultat tekniku – Regolament (KE) Nru 40/94 – Artikolu 7(1)(e)(ii) – Sinjal magħmul minn forma li ma tirrappreżentax parti sinjifikattiva tal-prodott”

1. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 49)

2. 

Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Definizzjoni u kisba tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Sinjali komposti esklużivament mill-forma tal-prodott li huwa neċessarju għall-kisba ta' riżultat tekniku – Identifikazzjoni tal-karatteristiċi essenzjali ta’ sinjal

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(e)(ii))

(ara l-punt 60)

Dispożittiv

1) 

L-appelli fil-Kawżi C-818/18 P u C-6/19 P huma miċħuda.

2) 

The Yokohama Rubber Co. Ltd u l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huma kkundannati jħallsu, f’partijiet ugwali, minbarra l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċeduri tal-appelli fil-Kawżi C‑818/18 P u C‑6/19 P, dawk sostnuti minn Pirelli Tyre SpA relatati minn dawn il-proċeduri.

3) 

European Association of Trade Mark Owners (Marques) għandha tbati l-ispejjeż tagħha.