Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Novembru 2019 – LS Cable & System vs Il-Kummissjoni
(Kawża C‑596/18 P) ( 1 )
“Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku ta’ taħt l-art u ta’ taħt il-baħar – Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti – Multi – Oneru tal-prova – Żnaturament tal-provi – Tbegħid pubbliku tal-akkordju”
1. |
Akkordji – Ftehimiet bejn impriżi – Kunċett – Parteċipazzjoni f’laqgħat li għandhom skop antikompetittiv – Inklużjoni – Kundizzjoni – Assenza ta’ tbegħid mid-deċiżjonijiet meħuda (Artikolu 101(1) TFUE; Ftehim ŻEE, Artikolu 53) (ara l-punti 21-23) |
2. |
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-provi – Neċessità li jiġi stabbilit żball manifest ta’ evalwazzjoni (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 24, 25, 38) |
3. |
Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punti 30-32) |
4. |
Appell – Aggravji – Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa – Aggravju ineffettiv – Ċaħda (It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 37) |
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
LS Cable & System Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 427, 26.11.2018.