Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Novembru 2019 – Rose Vision vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑346/18 P) ( 1 )

“Appell – Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka – Is‑Seba’ Programm Qafas għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) – Ftehimiet ta’ sussidju dwar il-proġetti FIRST, FutureNEM, sISI, 4NEM u SFERA – Verifiki li jikkonstataw irregolaritajiet fl-implimentazzjoni ta’ ċerti proġetti – Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea li jissospendu l-ħlas tal-ammonti li għandhom jitħallsu fil-kuntest ta’ proġetti oħra – Rikors għad-danni u għal annullament”

1. 

Appell – Aggravji – Irregolarità proċedurali – Rekwiżit ta’ ħsara għall-interessi tal-appellant

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 32)

2. 

Proċedura ġudizzjarja – Suġġett tat-tilwima – Modifika fil-mori tal-kawża – Projbizzjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 76 u 84(1))

(ara l-punti 43, 114)

3. 

Appell – Aggravji – Motiv imressaq għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell – Inammissibbiltà

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 170(1))

(ara l-punt 70)

4. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Motiv ibbażat fuq l-iżnaturament tal-provi – Rekwiżit li jiġu indikati b’mod preċiż l-elementi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168(1)(d))

(ara l-punti 82, 83)

5. 

Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Assenza ta’ identifikazzjoni tal-iżball ta’ liġi invokat – Inammissibbiltà

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 88)

6. 

Proċedura ġudizzjarja – Kawża mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali abbażi ta’ klawżola ta’ arbitraġġ – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali ddefinita esklużivament permezz tal-Artikolu 272 TFUE u tal-klawżola ta’ arbitraġġ – Ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ azzjoni dikjaratorja – Portata – Projbizzjoni li tiddeċiedi ultra petita

(Artikolu 272 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 76 u 84(1))

(ara l-punti 99, 100, 106, 107, 116)

Dispożittiv

1) 

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Marzu 2018, Rose Vision vs Il-Kummissjoni (T‑45/13 RENV u T‑587/15, mhux ippubblikata, EU:T:2018:124), hija annullata sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 160 ta’ din is-sentenza, li ma kienx hemm lok li jiġi kkonstatat, taħt l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, dannu kuntrattwali kkawżat lir-rikorrenti minħabba l-ksur tal-punt II.22(1) tal-kundizzjonijiet ġenerali li jagħmlu parti integrali mill-ftehimiet konklużi bejn Rose Vision SL u l-Kummissjoni Ewropea, fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013).

2) 

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

3) 

Huwa kkonstatat li l-Kummissjoni Ewropea kisret il-ftehim ta’ sussidju dwar il-proġett FutureNEM sa fejn hija kkonċernata l-kunfidenzjalità tal-verifika 11-INFS-025.

4) 

Rose Vision SL hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, nofs l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea marbuta kemm mal-proċeduri tal-ewwel istanza u kemm mal-proċeduri tal-appell.


( 1 ) ĠU C 268, 30.7.2018.