Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal‑21 ta’ Marzu 2019 – Eco-Bat Technologies et vs Il‑Kummissjoni
(Kawża C‑312/18 P) ( 1 )
“Appell – Akkordji – Suq tar-riċiklaġġ tal-batteriji tal-karozza – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u li timponi multi – Deċiżjoni ta’ rettifika li żżid il-valuri tax-xiri tad-destinatarji omessi mid-deċiżjoni inizjali – Terminu tar-rikors – Bidu tad-dekorrenza – Tardività – Inammissibbiltà”
|
1. |
Rikors għal annullament – Termini – Natura ta’ ordni pubbliku – Bidu tad-dekorrenza – Komunikazzjoni – Nuqqas ta’ effett tal-iżbalji purament formali (is-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(2) TFUE) (ara l-punti 25 sa 28) |
|
2. |
Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 31) |
|
3. |
Appell – Aggravji – Sempliċi repetizzjoni tal-motivi u tal-argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali – Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 169(2)) (ara l-punt 35) |
Dispożittiv
|
1) |
L-appell huwa miċħud. |
|
2) |
Eco-Bat Technologies Ltd, Berzelius Metall GmbH u Société traitements chimiques des métaux (STCM) huma kkundannati għall-ispejjeż. |
( 1 ) ĠU C 231, 2.7.2018.