Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-28 ta’ Marzu 2019 – River Kwai International Food Industry vs AETMD

(Kawża C-144/18 P) ( 1 )

“Appell — Dumping — Dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu qamħirrum bil-qalba ppreparat jew ippreservat li joriġina fit-Tajlandja — Eżami mill-ġdid intermedju taħt l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009”

1. 

Appell –Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 256 TFUE ; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

(ara l-punt 20)

2. 

Appell – Aggravji – Motivi ta’ sentenza vvizjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni – Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ liġi – Ċaħda

(ara l-punt 22)

3. 

Proċedura ġudizzjarja – Intervent – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mhux imqajma mill-konvenut – Inammissibbiltà

(Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 62)

(ara l-punti 23, 27)

4. 

Rikors għal annullament – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni

(Arikoli 264 u 266 TFUE ; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 60)

(ara l-punti 45-47)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

River Kwai International Food Industry Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Association européenne des transformateurs de maïs doux (AETMD) u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


( 1 ) ĠU C 142, 23.04.2018.