KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
KOKOTT
ippreżentati fis‑17 ta’ Settembru 2020 ( 1 )
Kawża C‑499/18 P
Bayer CropScience AG u Bayer AG
vs
Il‑Kummissjoni Ewropea
“Appell – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 485/2013 – Sustanzi attivi klotijanidin u imidakloprid – Kundizzjonijiet għall-approvazzjoni – Impatti ambjentali inaċċettabbli – Reviżjoni tal-approvazzjoni – Portata tal-evalwazzjoni – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Oneru tal-prova – Projbizzjoni fuq l-użu barra minn serer imsaħħna – Projbizzjoni fuq il-bejgħ ta’ żerriegħa ttrattata b’dawn is-sustanzi attivi”
Werrej
|
I. Introduzzjoni |
|
|
II. Il-kuntest ġuridiku |
|
|
III. Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-appell |
|
|
A. Il-gwida tal-EPPO |
|
|
B. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat |
|
|
IV. Il-proċedura ġudizzjarja |
|
|
V. Analiżi ġuridika |
|
|
A. Rimarka preliminari |
|
|
B. Ammissibbiltà u suġġett tal-appell |
|
|
C. L-ewwel aggravju – bidu tar-reviżjoni |
|
|
D. It-tieni aggravju – gwida applikabbli għall-evalwazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti |
|
|
E. It-tielet, ir-raba’ u l-ħames aggravju – kriterji għall-approvazzjoni |
|
|
1. Fuq l-evalwazzjoni tar-riskji assoċjati mas-sustanzi attivi |
|
|
2. Miżuri ta’ emerġenza abbażi tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti |
|
|
3. L-ebda talba għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni ġdida |
|
|
4. Ċertezza legali b’rekwiżiti legali ġodda |
|
|
5. Ċertezza ikbar fir-rigward tar-riskji u data ġdida |
|
|
6. Inverżjoni tal-oneru tal-prova |
|
|
7. Riskji ipotetiċi |
|
|
a) Fuq it-trattament fuq weraq |
|
|
b) Fuq il-projbizzjoni ta’ applikazzjonijiet mhux kummerċjali |
|
|
F. Is-sitt aggravju – il-portata tal-evalwazzjoni tal-impatt |
|
|
VI. Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali |
|
|
VII. Spejjeż |
|
|
VIII. Konklużjoni |
I. Introduzzjoni
|
1. |
Il-kawża preżenti tikkonċerna l-validità ta’ regolament ta’ implimentazzjoni ( 2 ) li permezz tiegħu l-Kummissjoni emendat l-approvazzjonijiet għal żewġ sustanzi attivi għall-protezzjoni tal-pjanti. Bħala riżultat, dawn is-sustanzi attivi sussegwentement setgħu jintużaw biss b’mod ristrett ħafna. Ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti ( 3 ) jippermetti lill-Kummissjoni tirrevoka jew temenda approvazzjoni. Bayer CropScience AG u Bayer AG (iktar ’il quddiem “Bayer”) jieħdu l-każ preżenti bħala opportunità sabiex iqajmu l-kwistjoni fundamentali dwar l-applikazzjoni ta’ din is-setgħa. |
|
2. |
F’dan ir-rigward, l-oġġezzjoni ewlenija ta’ Bayer hija li l-Kummissjoni rrevediet u emendat l-approvazzjonijiet meta, skont Bayer, ma kienx hemm biżżejjed għarfien xjentifiku ġdid meta mqabbel mal-proċedura ta’ approvazzjoni oriġinali. Bayer jeżiġu wkoll evalwazzjoni xjentifika iktar profonda tar-riskji assoċjati mas-sustanzi attivi, partikolarment bl-użu ta’ gwida speċifika. Finalment, Bayer jikkontestaw partikolarment il-projbizzjonijiet fuq l-użu tas-sustanzi attivi għat-trattament fuq weraq jew fis-settur mhux kummerċjali. |
|
3. |
Din il-proċedura tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità sabiex tesprimi l-fehma tagħha iktar fil-fond dwar ir-reviżjoni u s-setgħa li tiġi emendata approvazzjoni ta’ sustanzi attivi għall-protezzjoni tal-pjanti, b’mod partikolari sabiex tiċċara s-sinjifikat tal-prinċipju ta’ prekawzjoni f’dan il-kuntest. Barra minn hekk, iqumu kwistjonijiet ġodda rigward il-portata tal-interess ġuridiku minħabba li sadanittant ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat ġie rrevokat. |
II. Il-kuntest ġuridiku
|
4. |
L-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u tas-sustanzi attivi użati kienet inizjalment irregolata fid-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-pjanti tal‑1991 ( 4 ), li kienet il-bażi għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi inkwistjoni. Madankollu, id-Direttiva ġiet issostitwita fl‑2009 bir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti. |
|
5. |
Il-kriterji għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huma stabbiliti b’mod partikolari fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti: “1. Sustanza attiva għandha tkun approvata skont l-Anness II jekk jista’ jkun mistenni, fid-dawl tat-tagħrif xjentifiku u tekniku attwali, li, meta jitqiesu l-kriterji għall-approvazzjoni li ġew stabbiliti fil-punti 2 u 3 ta’ dak l-Anness, il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva jissodisfaw ir-rekwiżiti previsti fil-paragrafi 2 u 3. […] 2. Ir-residwi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, b’konsegwenza għall-applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tal-protezzjoni tal-pjanti tajba u meta jitqiesu l-kondizzjonijiet realistiċi tal-użu, għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
Għar-residwi li għandhom rilevanza tossikoloġika, ekotossikoloġika, ambjentali jew għall-ilma għax-xorb, għandu jkun hemm metodi ta’ użu ġenerali sabiex dawn jitkejlu. Standards analitiċi għandhom ikunu disponibbli b’mod komuni. 3. Prodott għall-protezzjoni tal-pjanti, b’konsegwenza għall-applikazzjoni li hija konsistenti ma’ prattika tal-protezzjoni tal-pjanti tajba u meta jitqiesu l-kondizzjonijiet realistiċi għall-użu, għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
6. |
Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, mal-applikazzjoni tiegħu għall-approvazzjoni, il-produttur tas-sustanza attiva għandu jissottometti diversi dokumenti li juru li s-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4. |
|
7. |
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jipprevedi li l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) għandha tuża l-gwida disponibbli meta tevalwa jekk huwiex probabbli li sustanza attiva tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4. |
|
8. |
Il-punt 1.3 tal-Anness II tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jikkonċerna wkoll l-użu ta’ gwida: “Matul il-proċess ta’ evalwazzjoni u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet previst fl-Artikoli 4 sa 21, l-Istati Membri u l-Awtorità għandhom iqisu kwalunkwe gwida addizzjonali li ġiet żviluppata fil-qafas tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali għall-finijiet ta’ rfinar, fejn ikun rilevanti, tal-valutazzjonijiet tar-riskju.” |
|
9. |
Il-punt 3.8.3 tal-Anness II tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jinkludi rekwiżiti speċifiċi għall-protezzjoni tan-naħal: “Sustanza attiva, aġenti protettiv jew sinerġist għandha tiġi approvata biss jekk tkun stabbilita wara valutazzjoni xierqa tar-riskju fuq il-bażi ta’ linji gwida għat-testijiet maqbula fil-livell Komunitarju jew internazzjonali, li l-użu taħt il-kondizzjonijiet proposti għall-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkun fihom din is-sustanza attiva, aġenti protettiv jew sinerġist:
|
|
10. |
L-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jirregola r-reviżjoni tal-approvazzjoni: “1. Il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva fi kwalunkwe ħin. Hija għandha tqis it-talba ta’ Stat Membru li jirrevedi, fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku u tad-data ta’ monitoraġġ, l-approvazzjoni tas-sustanza attiva, inkluż meta, wara r-reviżjoni tal-awtorizzazzjonijiet skont l-Artikolu 44(1), ikun hemm indikazzjonijiet li l-kisba tal-objettivi stabbiliti skont l-Artikolu Article 4(1)(a)(iv) u (b)(i) u l-Artikolu 7(2) u (3) tad-Direttiva 2000/60/KE jkunu f’periklu. Fejn, fid-dawl ta’ tagħrif xjentifiku u tekniku ġdid hija tqis li hemm indikazzjonijiet li s-sustanza m’għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4, jew fejn ma ġietx provduta aktar informazzjoni meħtieġa skont il-punt (f) tal-Artikolu 6, hija għandha tinforma lill-Istati Membri, lill-Awtorità u lill-produttur tas-sustanza attiva, filwaqt li tiffissa perijodu għall-produttur biex iressaq il-kummenti tiegħu. 2. Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-Istati Membri u lill-Awtorità għal opinjoni, jew għal assistenza xjentifika jew teknika. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kummenti tagħhom lill-Kummissjoni fi żmien 3 xhur mid-data tat-talba. L-Awtorità għandha tagħti l-opinjoni tagħha jew ir-riżultati tal-ħidma tagħha lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mid-data tat-talba. 3. Fejn il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 m’għadx għadhom jiġu sodisfatti, jew li ma ġietx provduta aktar informazzjoni meħtieġa skont il-punt (f) tal-Artikolu 6, għandu jiġi adottat Regolament għall-irtirar jew għall-emenda tal-approvazzjoni skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 79(3). Għandhom japplikaw l-Artikolu 13(4) u l-Artikolu 20(2).” |
|
11. |
Il-premessa 16 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti tistabbilixxi: “Il-possibbiltà li tiġi emendata jew irtirata l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva f’każijiet fejn il-kriterji għall-approvazzjoni mhumiex aktar milħuqa, […] għandha tiġi pprovduta b’ċerti kondizzjonijiet.” |
|
12. |
Skont l-Artikolu 53(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, “f’ċirkostanzi speċjali Stat Membru jista’ jawtorizza, għal perijodu li ma jaqbiżx il-120 jum, it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, għal użu limitat u kkontrollat, fejn miżura bħal din tidher li hija meħtieġa minħabba periklu li ma jistax jiġi mrażżan permezz ta’ kwalunkwe mezz raġonevoli ieħor”. |
|
13. |
L-Artikolu 69 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jirregola l-miżuri ta’ emerġenza: “Fejn ikun ċar li sustanza attiva approvata […] huwa probabbli li jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew għall-ambjent, u li riskju bħal dan ma jistax jitrażżan b’mod sodisfaċenti permezz tal-miżuri meħuda mill-Istat(i) Membru/i kkonċernat(i), għandhom jittieħdu immedjatament miżuri biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu u/jew il-bejgħ ta’ dik is-sustanza jew ta’ dak il-prodott […] fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni […]”. |
III. Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-appell
|
14. |
Il-Kummissjoni żiedet, u b’hekk awtorizzat, is-sustanzi attivi klotijanidin u imidakloprid, li jagħmlu parti mill-familja tan-neonikotinojdi, permezz tad-Direttiva 2006/41 ( 5 ) u tad-Direttiva 2008/116 ( 6 ) fl-Anness I tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-pjanti. L-approvazzjoni kienet għal żmien determinat, jiġifieri sal‑31 ta’ Lulju 2016 (klotijanidin) u sal‑31 ta’ Lulju 2019 (imidakloprid). |
|
15. |
Il-Grupp Bayer jipproduċi u jikkummerċjalizza l-imidakloprid u l-klotijanidin fl-Unjoni Ewropea. |
A. Il-gwida tal-EPPO
|
16. |
Is-sistema tal-evalwazzjoni tar-riskju ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għan-naħal tal-għasel kienet inizjalment maħluqa mill-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (European and Mediterranean Plant Protection Organisation, EPPO). Din is-sistema kienet speċifikata fid-dokument “Environmental risk assessment scheme for plant protection products” (Sistema għall-evalwazzjoni tar-riskju ambjentali tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għall-ambjent) bir-referenza PP 3/10 (iktar ’il quddiem il-“gwida tal-EPPO”). |
|
17. |
Fit‑18 ta’ Marzu 2011, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA sabiex tirrevedi l-gwida tal-EPPO fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riskji fit-tul għan-naħal tal-għasel, l-espożizzjoni (tan-naħal tal-għasel) għal dożi baxxi, l-espożizzjoni għall-fluwidu tal-guttazzjoni u l-evalwazzjoni tar-riskji akkumulati. |
|
18. |
Fit‑23 ta’ Mejju 2012, l-EFSA ppubblikat, fuq talba tal-Kummissjoni tat‑18 ta’ Marzu 2011, nota ta’ osservazzjonijiet dwar l-approċċ xjentifiku li għandu jintuża bħala bażi sabiex jiġu evalwati r-riskji tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti għan-naħal ( 7 ). Dan id-dokument identifika diversi oqsma li fihom l-evalwazzjonijiet futuri tar-riskji għan-naħal kellhom jittejbu. Huwa enfasizza inter alia diversi dgħufijiet fil-gwida tal-EPPO, li wasslu għal inċertezzi dwar il-livell effettiv ta’ espożizzjoni tan-naħal tal-għasel, u qajjem kwistjonijiet rilevanti għas-saħħa tan-naħal li ma kinux ġew indirizzati preċedentement fil-gwida tal-EPPO. |
|
19. |
Bħala riżultat, l-EFSA żviluppat il-gwida tagħha stess li, madankollu, skont is-sentenza appellata ( 8 ) u l-osservazzjonijiet ta’ Bayer fil-kuntest ta’ appell, għadha ma ġietx formalment adottata u għalhekk ma hijiex vinkolanti. |
|
20. |
B’kuntrast ma’ dan, il-grupp ta’ ħidma tal-EPPO dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fl‑2018 sab li ma kienx għad kellu l-għarfien speċjalizzat meħtieġ sabiex jissorvelja l-gwida tal-EPPO u għalhekk irtiraha ( 9 ). |
B. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat
|
21. |
Fl‑2008 u fl‑2009, għadd ta’ inċidenti relatati mal-użu ħażin ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi inkwistjoni kkawżaw telf ta’ kolonji tan-naħal tal-għasel. L-Istati Membri kkonċernati rreaġixxew b’miżuri restrittivi differenti. |
|
22. |
Bħala reazzjoni għal dawn l-inċidenti, il‑Kummissjoni Ewropea adottat id-Direttiva 2010/21 ( 10 ), li permezz tagħha stabbilixxiet dispożizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tas-sustanzi attivi inkwistjoni, inklużi miżuri adegwati għal-limitazzjoni tar-riskji intiżi għall-protezzjoni ta’ organiżmi mhux fil-mira, b’mod partikolari n-naħal tal-għasel. |
|
23. |
Miżuri restrittivi dwar l-użu tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi inkwistjoni baqgħu jiġu applikati f’diversi Stati Membri fuq livell nazzjonali. Fit‑22 ta’ Marzu 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li titlob opinjoni mingħand l-EFSA wara diskussjoni ma’ esperti tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali. F’dan ir-rigward hija bbażat ruħha wkoll fuq ir-rapport finali, ta’ Ottubru 2011, tal-programm ta’ monitoraġġ u riċerka Apenet fl-Italja, li qajjem tħassib dwar l-użu ta’ żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi attivi inkwistjoni. |
|
24. |
Fit‑30 ta’ Marzu 2012, fir-rivista Science ġie ppubblikat studju dwar l-effetti subletali tas-sustanza attiva imidakloprid fuq in-naħal (iktar ’il quddiem l-“istudju Whitehorn”). L-awturi kkonkludew li l-użu ta’ din is-sustanza attiva f’livelli normali seta’ kellu effett kunsiderevoli fuq l-istabbiltà u s-sopravvivenza tal-kolonji tan-naħal tal-għasel u tan-naħal bagħli. |
|
25. |
Fit‑3 ta’ April 2012, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, sabiex tevalwa l-istudju l-ġdid u sabiex tivverifika, sat‑30 ta’ April 2012 (u, wara proroga, sa mhux iktar tard mill‑31 ta’ Mejju 2012), jekk id-dożi użati għall-esperimenti msemmija fl-istudju Whitehorn kinux paragunabbli għad-dożi li n-naħal kienu effettivament esposti għalihom fl-Unjoni, fid-dawl tal-użi awtorizzati fil-livell tal-Unjoni u tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija mill-Istati Membri (iktar ’il quddiem l-“ewwel mandat”). Il-Kummissjoni staqsiet ukoll jekk ir-riżultati tal-istudju setgħux jiġu applikati għal neonikotinojdi oħra użati għat-trattament taż-żerriegħa, b’mod partikolari l-klotijanidin. |
|
26. |
Fil‑25 ta’ April 2012, il-Kummissjoni talbet lill-EFSA sabiex taġġorna, sal‑31 ta’ Diċembru 2012, l-evalwazzjonijiet tar-riskji assoċjati b’mod partikolari mas-sustanzi inkwistjoni. Din it-talba kkonċernat b’mod partikolari, minn naħa, l-effetti akuti u kroniċi fuq l-iżvilupp u s-sopravvivenza tal-kolonji tan-naħal, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti fuq il-larvi tan-naħal u fuq l-imġiba tan-naħal u, min-naħa l-oħra, l-effetti ta’ dożi subletali fuq is-sopravvivenza u l-imġiba tan-naħal (iktar ’il quddiem it-“tieni mandat”). |
|
27. |
Fl‑1 ta’ Ġunju 2012, b’risposta għall-ewwel mandat, l-EFSA ppreżentat dikjarazzjoni dwar is-sejbiet ta’ studji reċenti dwar l-effetti subletali fuq in-naħal ta’ ċerti neonikotinojdi fid-dawl tal-użi attwalment awtorizzati fl-Ewropa. F’din id-dikjarazzjoni, l-EFSA evalwat l-istudju Whitehorn kif ukoll studju dwar il-klotijanidin li kien ippubblikat f’Jannar 2012 (iktar ’il quddiem l-“istudju Schneider”). |
|
28. |
Fil‑25 ta’ Lulju 2012, wara tħassib, espress mill-EFSA, li ma kinitx f’pożizzjoni li twettaq it-tieni mandat fit-terminu preskritt, il-Kummissjoni, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-dikjarazzjoni tal-EFSA tal‑1 ta’ Ġunju 2012 u filwaqt li żammet l-iskadenza tal‑31 ta’ Diċembru 2012, illimitat l-imsemmi tieni mandat b’tali mod li, minbarra s-sustanzi attivi inkwistjoni, ikopri neonikotinojd wieħed ieħor biss, it-tijametossam, u mhux żewġ neonikotinojdi oħra, u dan filwaqt li jiffoka fuq l-użu tagħhom għat-trattament taż-żerriegħa u b’forma granulari. |
|
29. |
Fis‑16 ta’ Jannar 2013, l-EFSA ppubblikat il-konklużjonijiet tagħha rigward l-evalwazzjoni tar-riskji tas-sustanzi attivi inkwistjoni għan-naħal (iktar ’il quddiem il-“konklużjonijiet tal-EFSA”), li fihom stabbilixxiet li diversi użi tagħhom huma assoċjati ma’ riskju akut għoli għan-naħal. Barra minn hekk, fil-konklużjonijiet tal-EFSA ġew identifikati numru kbir ta’ inċertezzi minħabba n-nuqqas ta’ data xjentifika. |
|
30. |
Permezz ta’ ittra tas‑16 ta’ Jannar 2013, il-Kummissjoni stiednet lil Bayer jissottomettu l-kummenti tagħhom dwar il-konklużjonijiet tal-EFSA, u Bayer għamlu dan permezz ta’ ittri tal‑25 ta’ Jannar 2013. Bl-istess mod, permezz ta’ ittri tat‑22 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni stiednet lil Bayer jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom dwar l-abbozz tal-att ikkontestat. Bayer ippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom permezz ta’ ittra tal‑1 ta’ Marzu 2013. Barra minn hekk, numru ta’ assoċjazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-industrija tal-protezzjoni tal-pjanti, u għalhekk b’mod partikolari lil Bayer, ħadu sehem f’diversi laqgħat mad-dipartimenti tal-Kummissjoni li nżammu f’Jannar u fi Frar 2013 sabiex jinġabru l-opinjonijiet tal-partijiet interessati (l-industrija, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi ambjentali) dwar il-konklużjonijiet tal-EFSA u dwar il-miżuri previsti mill-Kummissjoni. |
|
31. |
Fl‑24 ta’ Mejju 2013, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. B’mod partikolari, hija introduċiet ir-restrizzjonijiet li ġejjin għall-approvazzjoni tas-sustanzi kkonċernati:
|
|
32. |
Wara li ngħatat is-sentenza appellata, il-Kummissjoni rregolat mill-ġdid l-approvazzjonijiet għal klotijanidin ( 11 ) u imidakloprid ( 12 ), billi imponiet restrizzjonijiet saħansitra iktar stretti. Bayer ma kkontestawx dawn il-miżuri. Sa fejn jista’ jidher, sadanittant l-approvazzjoni għal klotijanidin saħansitra skadiet ( 13 ). |
IV. Il-proċedura ġudizzjarja
|
33. |
Bayer Cropscience AG ippreżentat rikors kontra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat fil-Kawża T‑429/13. Il-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali awtorizza l-intervent insostenn tagħha min-naħa tal-Association générale des producteurs de maïs et autres céréales cultivées de la sous-famille des panicoïdées (AGPM), in-National Farmers’ Union (NFU), l-Association européenne pour la protection des cultures (European Crop Protection Association) (ECPA), ir-Rapool-Ring GmbH Qualitätsraps deutscher Züchter (Rapool-Ring), l-European Seed Association (ESA) u l-Agricultural Industries Confederation Ltd (AIC). |
|
34. |
L-istess President tal-Ewwel Awla tal-Qorti Ġenerali awtorizza l-intervent min-naħa tar-Renju tal-Isvezja, l-Union nationale de l’apiculture française (UNAF), id-Deutschen Berufs- und Erwerbsimkerbund e. V. (DBEB), l-Österreichischen Erwerbsimkerbund (ÖEB), l-iStichting Greenpeace Council (Greenpeace), il-Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), il-Bee Life – European Beekeeping Coordination (Bee Life) u l-Buglife – The Invertebrate Conservation Trust (Buglife) insostenn tal-Kummissjoni. |
|
35. |
Il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors bis-sentenza appellata tas‑17 ta’ Mejju 2018, Bayer CropScience et vs Il‑Kummissjoni (T‑429/13 u T‑451/13, EU:T:2018:280). |
|
36. |
Bayer, b’mod iktar preċiż Bayer Cropscience AG u Bayer AG, ippreżentaw dan l-appell kontra s-sentenza appellata fis‑27 ta’ Lulju 2018, u talbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
37. |
In-NFU u l-AIC ressqu l-istess talbiet. L-ECPA ssostni t-talbiet ta’ Bayer, iżda ma tressaqx argumenti tagħha stess. |
|
38. |
Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
|
39. |
L-UNAF, id-DBEB/ÖEB, Greenpeace/PAN Europe/Bee Life/Buglife kif ukoll l-Isvezja jsostnu t-talbiet tal-Kummissjoni. |
|
40. |
Barra minn hekk, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja awtorizza wkoll lill-iStichting De Bijenstichting sabiex tintervjeni fl-appell insostenn tal-Kummissjoni. |
|
41. |
L-intervenjenti ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub. Bayer, in-NFU, l-AIC, il-Kummissjoni, id-DBEB/ÖEB u Greenpeace/PAN Europe/Bee Life/Buglife ħadu sehem fis-seduta tat‑3 ta’ Ġunju 2020. |
V. Analiżi ġuridika
|
42. |
L-appell huwa kontra l-evalwazzjoni ġuridika ta’ diversi stadji fl-applikazzjoni tal-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti li wasslu għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. |
A. Rimarka preliminari
|
43. |
Skont l-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva fi kwalunkwe ħin (l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1) u fuq din il-bażi tista’ temenda jew tirtira l-approvazzjoni jekk tikkonkludi li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 ma għadhomx issodisfatti (il-paragrafu 3). |
|
44. |
Kif tirrileva wkoll il-premessa 8 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, l-Artikolu 4 essenzjalment jipprovdi żewġ kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ sustanza attiva. L-ewwel, l-applikazzjoni tagħha għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma għandu jkollha l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, inklużi fuq gruppi vulnerabbli, jew fuq is-saħħa tal-annimali, jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art (il-paragrafu 2(a) u l-paragrafu 3(b)). It-tieni, din l-applikazzjoni ma għandux ikollha effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent (il-paragrafu 2(b) u l-paragrafu 3(e)). |
|
45. |
L-approvazzjoni tkun illegali jekk ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti. Meta deċiżjoni illegali tkun irtirata, għandu jinstab bilanċ bejn ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali u dak tal-legalità ( 14 ). Madankollu, il-leġiżlatur tal-Unjoni jista’ jantiċipa dan il-bilanċ billi jispeċifika setgħat speċifiċi ( 15 ). Huwa għamel dan fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti b’tali mod li approvazzjoni għandha tiġi emendata jew irtirata sa fejn tkun inkompatibbli mal-kriterji previsti fl-Artikolu 4, u b’hekk il-leġiżlatur ta prijorità lil-legalità. Din ma hijiex problema fir-rigward tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li dejjem jibqa’ possibbli li deċiżjoni illegali tiġi rtirata fil-futur ( 16 ). |
|
46. |
Il-partikolarità fil-każ preżenti hija li dan jikkonċerna biss l-impatti ambjentali. Madankollu, l-effetti ta’ ħsara fuq l-ambjent ma jipprekludux neċessarjament l-approvazzjoni, iżda biss f’każ li jkunu “inaċċettabbli”. Il-punt 3.8.3 tal-Anness II tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jispeċifika dan fir-rigward tan-naħal tal-għasel b’tali mod li l-espożizzjoni tagħhom trid tkun “negliġibbli” u li ma għandu jkun hemm l-ebda effett akut jew kroniku “inaċċettabbli” fuq is-sopravvivenza u l-iżvilupp ta’ kolonji, meta jitqiesu l-effetti fuq il-larva tan-naħal tal-għasel jew l-imġiba tan-naħal tal-għasel. |
|
47. |
L-evalwazzjoni tal-legalità tal-approvazzjoni għaldaqstant tiddependi minn ibbilanċjar kumpless. Din ma tistax tkun limitata għall-kunsiderazzjoni tal-effetti jew tal-espożizzjoni fir-rigward tas-suġġett, jiġifieri n-naħal tal-għasel. Pjuttost, l-interess fl-użu tas-sustanza attiva għandu wkoll jitqies, għaliex ma jistax jiġi eskluż li dan l-interess jisboq l-effetti ħżiena tiegħu, u li l-effetti huma għalhekk “aċċettabbli”. Dan jikkorrispondi għall-premessa 8 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, li tiddikjara li dan għandu l-għan li jiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u għall-ambjent, filwaqt li fl-istess ħin jiżgura l-kompetittività tal-agrikoltura Komunitarja. Speċjalment meta tiġi emendata jew irtirata approvazzjoni, tqum ukoll il-kwistjoni dwar sa fejn għandhom jiġu rrispettati d-drittijiet tad-detentur tal-approvazzjoni ( 17 ). |
|
48. |
Skont il-premessi 6, 7, 10, 11 u 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tal-evalwazzjonijiet tal-EFSA, li l-użu tas-sustanzi attivi inkwistjoni huwa assoċjat ma’ ċerti riskji għoljin akuti għan-naħal u li riskji oħra inaċċettabbli ma jistgħux jiġu esklużi. Għalhekk, ir-restrizzjonijiet stabbiliti huma meħtieġa. |
|
49. |
L-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni li fuqha hija bbażata din il-konstatazzjoni għandha sinjifikat ċentrali għad-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti. Madankollu, l-appell ma jindirizzax direttament din l-evalwazzjoni, iżda huwa primarjament ibbażat fuq l-ilment li l-Kummissjoni ddeċidiet fuq il-bażi ta’ informazzjoni insuffiċjenti u fuq irregolarità proċedurali. |
|
50. |
Din l-istrateġija proċedurali tikkorrispondi għall-istruttura tal-protezzjoni legali quddiem il-qrati tal-Unjoni. L-ewwel, fir-rigward tal-evalwazzjoni xjentifika u ekonomika kumplessa skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, il-Kummissjoni għandha marġni ta’ manuvra wiesa’ ħafna, b’tali mod li l-qrati tal-Unjoni jistgħu jistħarrġu biss il-kontenut ta’ din l-evalwazzjoni sabiex jikkonstataw jekk hemmx nuqqasijiet manifesti fl-evalwazzjoni ( 18 ). It-tieni, anki dan l-istħarriġ limitat jeħtieġ evalwazzjoni tal-fatti mill-Qorti Ġenerali li, bla ħsara għall-iżnaturament tal-fatti u tal-provi, ma hijiex punt ta’ liġi li, bħala tali, huwa suġġett għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċedura tal-appell ( 19 ). |
|
51. |
Min-naħa l-oħra, anki fl-istħarriġ ta’ deċiżjonijiet kumplessi, il-qorti tal-Unjoni għandha tivverifika l-osservanza tar-regoli proċedurali, l-eżattezza materjali tal-fatti kkunsidrati mill-Kummissjoni u n-nuqqas ta’ abbuż ta’ poter ( 20 ). B’mod partikolari, fl-evalwazzjoni dwar jekk l-istituzzjoni kompetenti wettqitx żball manifest ta’ evalwazzjoni, il-qorti tal-Unjoni għandha tistħarreġ jekk din l-istituzzjoni eżaminatx, b’reqqa u b’imparzjalità, l-elementi kollha rilevanti tal-każ inkwistjoni, li fuqhom ikunu bbażati l-konklużjonijiet misluta ( 21 ). |
|
52. |
Għalhekk, l-appell jikkonċerna l-bidu tar-reviżjoni (ara taħt C), l-evalwazzjoni tar-riskju mill-EFSA (ara taħt D), l-evalwazzjoni mill-Kummissjoni tal-konformità mal-kriterji għall-approvazzjoni (ara taħt E) kif ukoll l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi tal-leġiżlazzjoni (ara taħt F). |
|
53. |
L-ewwel nett, madankollu, għandha tiġi diskussa l-ammissibbiltà tal-appell u b’mod partikolari l-interess ġuridiku ta’ Bayer, peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat sadanittant ġie ssostitwit b’regolamenti oħra (ara taħt B). |
|
54. |
Barra minn hekk, għandhom isiru żewġ osservazzjonijiet dwar standards legali differenti li diversi partijiet jinvokaw sabiex jimmotivaw il-pożizzjonijiet tagħhom. Dawn huma, minn naħa, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat‑2 ta’ Frar 2000 dwar l-applikabbiltà tal-prinċipju ta’ prekawzjoni ( 22 ) u, min-naħa l-oħra, diversi sentenzi tal-Qorti Ġenerali. Iż-żewġ sorsi jistgħu ċertament jipprovdu argumenti importanti, iżda n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ma jikkostitwixxix neċessarjament żball ta’ liġi. Fil-fatt, żbalji ta’ liġi jirriżultaw minn ksur tad-dritt tal-Unjoni. Fir-rigward tal-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, la l-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni u lanqas il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali – ċertament mhux fl-appell – ma huma deċiżivi, iżda huma deċiżivi biss ir-regoli rispettivi, possibbilment kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
55. |
F’dak li jirrigwarda, b’mod partikolari, il-komunikazzjoni msemmija, huwa minnu li l-Qorti Ġenerali fehmitha fis-sens li tillimita d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni ( 23 ). Madankollu, fil-ġurisprudenza tagħha dwar il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tirreferi esklużivament għall-prinċipju bħala tali, kif stipulat fl-Artikolu 191(2) TFUE ( 24 ). |
B. Ammissibbiltà u suġġett tal-appell
|
56. |
Meta l-Qorti tal-Ġustizzja tittratta appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tagħha, hija tkun obbligata tiddeċiedi, jekk meħtieġ ex officio, dwar l-ammissibbiltà tar-rikors għal annullament ikkonċernat mill-appell ( 25 ). |
|
57. |
L-interess ġuridiku huwa dubjuż fil-kawża preżenti peress li s-suġġett tat-tilwima sadanittant ma għadux jeżisti. Dan l-interess għandu jeżisti fir-rigward tas-suġġett tal-azzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors; inkella r-rikors ikun inammissibbli. L-istess bħall-interess ġuridiku, is-suġġett tat-tilwima għandu wkoll jibqa’ jeżisti sakemm tingħata d-deċiżjoni ġudizzjarja, peress li inkella ma jkunx hemm lok li tingħata deċiżjoni fir-rigward tat-tilwima. Dan jimplika li, bl-eżitu tiegħu, ir-rikors jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-parti li tippreżentah ( 26 ). |
|
58. |
Sakemm ingħatat is-sentenza appellata, bla dubju kien hemm interess ġuridiku minħabba li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat illimita b’mod sinjifikattiv l-użu ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bbażati fuq is-sustanzi attivi klotijanidin u imidakloprid immanifatturati minn Bayer. Dawn ir-restrizzjonijiet kienu jitneħħew li kieku r-rikors irnexxa. |
|
59. |
Madankollu, immedjatament wara li ngħatat is-sentenza appellata, il-Kummissjoni rregolat mill-ġdid l-approvazzjonijiet għal klotijanidin u imidakloprid, filwaqt li imponiet restrizzjonijiet saħansitra iktar stretti ( 27 ). L-eżistenza ta’ dawn ir-regoli ma hijiex ser tkun affettwata mill-kawża preżenti u Bayer lanqas ma kkontestawhom separatament. |
|
60. |
Madankollu, ir-revoka ta’ att ikkontestat, li sseħħ wara l-preżentata ta’ rikors, ma twassalx, fiha nnifisha, sabiex il-qorti tal-Unjoni tkun obbligata tiddeċiedi li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni minħabba nuqqas ta’ suġġett jew minħabba nuqqas ta’ interess ġuridiku fid-data meta tingħata s-sentenza ( 28 ). B’mod partikolari, rikorrent jista’ jżomm interess li jitlob l-annullament ta’ deċiżjoni sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ repetizzjoni tal-illegalità li l-att ikkontestat ikun allegatament ivvizzjat bih ( 29 ). F’dan ir-rigward, il-persistenza tal-interess ġuridiku ta’ rikorrent għandha tiġi evalwata in concreto, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-konsegwenzi tal-allegata illegalità u tan-natura tad-dannu allegatament imġarrab ( 30 ). |
|
61. |
L-ewwel argument kontra interess ġuridiku persistenti huwa li Bayer ma għadhomx jikkontestaw ir-restrizzjonijiet fuq l-użu tal-klotijanidin u l-imidakloprid. Huma la kkontestaw ir-regoli l-ġodda u iktar stretti u lanqas ma oġġezzjonaw għall-iskadenza tal-approvazzjoni tal-klotijanidin ( 31 ). Is-suċċess fl-appell preżenti jew anki fir-rikors ma huwiex ser jippermetti lil Bayer ikomplu jikkummerċjalizzaw dawn is-sustanzi attivi. |
|
62. |
Fid-dawl tal-osservazzjonijiet li ġejjin u minħabba l-kumplessità xjentifika tad-deċiżjoni ta’ reviżjoni meħuda mill-Kummissjoni, lanqas ma huwa ċar li kwalunkwe irregolarità min-naħa tal-Kummissjoni hija suffiċjentement serja sabiex tiġġustifika dritt għal kumpens ( 32 ). Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, tali dritt sadanittant ġie preskritt. |
|
63. |
Madankollu, huwa magħruf li Bayer jimmanifatturaw u jikkummerċjalizzaw ħafna sustanzi attivi oħra għall-protezzjoni tal-pjanti li huma approvati. Għalhekk, dawn il-kumpanniji huma partikolarment interessati li jiġi ċċarat il-qafas legali għal reviżjoni u għal emenda ta’ approvazzjonijiet mogħtija skont l-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti sabiex il-Kummissjoni jew l-EFSA ma jirrepetu l-ebda żball fl-applikazzjoni fir-rigward ta’ sustanzi attivi oħra. Kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, l-appell preżenti ma jikkonċernax kwistjonijiet speċifiċi tal-kawża individwali, iżda kwistjonijiet ta’ interpretazzjoni ta’ sinjifikat ġenerali. |
|
64. |
Bħala riżultat, l-interess ġuridiku ta’ Bayer jibqa’ eżistenti bħala prinċipju. Fir-rigward tal-konsegwenzi ta’ eventwali żbalji legali, madankollu, ser nerġa’ nistħarreġ fid-dettall sa fejn dan l-interess ġuridiku jiġġustifika passi ulterjuri ( 33 ). |
|
65. |
Madankollu, is-suġġett tal-appell ma jistax imur lil hinn mir-rikors ippreżentat fil-Kawża T‑429/13, li Bayer ippreżentaw quddiem il-Qorti Ġenerali ( 34 ). Dan ir-rikors kien jirreferi għas-sustanzi attivi klotijanidin u imidakloprid li huma mmanifatturati u kkummerċjalizzati minnhom, filwaqt li t-tijametossam, li huwa neonikotinojd u li l-użu tiegħu wkoll ġie ristrett bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, kien is-suġġett tar-rikors ippreżentat minn Syngenta Crop Protection AG fil-Kawża T‑451/13. Syngenta, iżda, ma appellatx. Għaldaqstant, ir-rikors ta’ Bayer huwa limitat għar-revoka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat sa fejn Bayer huma affettwati mir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ klotijanidin u ta’ imidakloprid. |
|
66. |
Barra minn hekk, UNAF tqis li l-appell huwa inammissibbli fl-intier tiegħu peress li għandu l-għan li l-fatti jiġu evalwati mill-ġdid. Madankollu, dan l-argument għandu jiġi miċħud minħabba li ma jittrattax fid-dettall l-argumenti ta’ Bayer. Barra minn hekk, l-osservazzjonijiet li ġejjin juru li din l-allegazzjoni ma hijiex valida. |
|
67. |
Finalment, għandu jiġi nnotat li minkejja li l-appell qiegħed isir f’isem Bayer CropScience AG u Bayer AG, l-ewwel kumpannija msemmija biss kienet involuta fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. L-ittra mehmuża mal-appell tiddikjara li n-negozju bis-sustanzi attivi imidakloprid u klotijanidin ġie ttrasferit minn Bayer CropScience AG lil Bayer AG f’Jannar tal‑2017. |
|
68. |
Skont l-Artikolu 56 tal-Istatut, appell jista’ jiġi ppreżentat biss mill-partijiet u mill-intervenjenti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali kif ukoll mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Fil-każ ta’ suċċessjoni universali, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-aventi kawża jista’ jkompli l-proċeduri legali mibdija mill-predeċessur tiegħu ( 35 ). Il-Qorti Ġenerali, min-naħa l-oħra, enfasizzat li suċċessjoni parzjali ma tagħmilx l-aventi kawża d-destinatarju ta’ deċiżjoni indirizzata lill-predeċessur tiegħu. L-aventi kawża ma jistax għalhekk jidħol f’azzjoni mibdija mill-predeċessur legali tiegħu kontra tali deċiżjoni ( 36 ). L-Artikoli 174 sa 176 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jinkludu wkoll dispożizzjonijiet speċjali dwar id-dħul tal-aventi kawża fi proċedura fil-qasam tal-proprjetà intellettwali. Għalkemm huwa minnu li l-kawża preżenti ma tikkonċernax id-destinatarju ta’ deċiżjoni, ir-rikors ta’ Bayer CropScience AG kien ammissibbli biss minħabba li, bħala r-rikorrenti, hija kienet affettwata direttament u individwalment mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. |
|
69. |
Issa, peress li dan is-suġġett tat-tilwima sadanittant ma baqax jeżisti, ma hemm l-ebda raġuni għaliex għandu jiġi verifikat jekk Bayer AG, bħala l-aventi kawża parzjali ta’ Bayer CropScience AG, tistax tidħol fil-proċedura. Fil-fatt, l-interess ġuridiku huwa diġà sostanzjalment distakkat miż-żewġ sustanzi attivi inkwistjoni u huwa bbażat essenzjalment fuq l-attività li fadal fil-qasam tal-protezzjoni tal-pjanti. Għalhekk, dan l-interess ġuridiku huwa biżżejjed sabiex Bayer CropScience AG titħalla tkompli l-proċeduri. |
|
70. |
Madankollu, sa fejn kien ippreżentat f’isem Bayer AG, l-appell huwa inammissibbli. |
C. L-ewwel aggravju – bidu tar-reviżjoni
|
71. |
Bl-ewwel aggravju, Bayer jargumentaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn iddeċidiet li żieda fil-livell ta’ ċertezza ta’ għarfien xjentifiku preċedenti tista’ titqies li hija għarfien xjentifiku ġdid, b’tali mod li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq reviżjoni tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti. |
|
72. |
Skont l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, il-Kummissjoni tista’ tirrevedi l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva fi kwalunkwe ħin. It-tieni sentenza tipprovdi li l-Kummissjoni għandha tqis it-talba ta’ Stat Membru għar-reviżjoni tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u tekniku ġdid u tad-data ta’ monitoraġġ. Meta, fid-dawl ta’ għarfien xjentifiku u tekniku ġdid, il-Kummissjoni tqis li hemm indikazzjonijiet li s-sustanza ma għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4, hija għandha, b’mod konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(1), tinforma lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet u lill-produttur tas-sustanza attiva, filwaqt li tiffissa perijodu għall-produttur sabiex iressaq l-opinjoni tiegħu. |
|
73. |
Il-Qorti Ġenerali ddikjarat, fil-punti 160 sa 162 tas-sentenza appellata, li l-kunċett ta’ għarfien xjentifiku u tekniku ġdid jindika l-limitu minimu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti. Il-limitu minimu ma jintlaħaqx jekk l-għarfien il-ġdid jikkonċerna biss sempliċi repetizzjonijiet ta’ għarfien preċedenti, preżunzjonijiet ġodda mingħajr bażi soda, kif ukoll kunsiderazzjonijiet politiċi mingħajr ebda konnessjoni max-xjenza. Fl-aħħar mill-aħħar, l-għarfien xjentifiku u tekniku ġdid b’hekk għandu jkollu rilevanza effettiva għall-finijiet tal-evalwazzjoni taż-żamma tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti. Fil-punt 179 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali speċifikat, f’dan ir-rigward, li r-riżultati li jikkonfermaw l-għarfien eżistenti jistgħu jiġu rrikonoxxuti bħala għarfien xjentifiku ġdid jekk ikunu bbażati fuq metodi ġodda li huma iktar affidabbli minn dawk użati qabel. |
|
74. |
Bayer jargumentaw li l-prinċipju ta’ ċertezza legali jirrikjedi li r-reviżjoni ta’ approvazzjoni temporanja tkun iġġustifikata biss jekk l-istat tal-għarfien xjentifiku u tekniku jinbidel. Il-leġiżlatur għamilha ċara billi żied il-kriterju ta’ għarfien “ġdid” mal-proposta tal-Kummissjoni. Il-konferma ta’ għarfien magħruf ma tilħaqx din il-kwalità. Inkella, ma jkun hemm l-ebda prerekwiżit għal reviżjoni u l-għan tal-proċedura ta’ approvazzjoni b’evalwazzjoni komprensiva tas-sustanza attiva jkun kompromess. AIC ukoll tinvoka ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali. |
|
75. |
Il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali fil-fatt huma vvizzjati minn żball ta’ liġi, iżda mhux fis-sens imressaq minn Bayer. Dan għaliex l-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti tippermetti lill-Kummissjoni tirrevedi l-approvazzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr ma timponi kundizzjonijiet oħra. |
|
76. |
Sa fejn fl-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti l-leġiżlatur jeżiġi għarfien ġdid, dan jikkostitwixxi obbligu għal każijiet speċjali, jiġifieri, l-ewwel, b’rabta mat-talba ta’ Stat Membru għal reviżjoni u, it-tieni, fil-każ li għarfien bħal dan jindika li s-sustanza ma għadhiex tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni. Fil-każ ta’ talba, l-għarfien il-ġdid jillimita d-diskrezzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tar-reviżjoni. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni tkun imbagħad obbligata tibda r-reviżjoni fid-dawl ta’ dan l-għarfien. Jekk ikun hemm l-indikazzjonijiet msemmija fit-tieni każ, hija għandha tinforma lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet u lill-produttur tas-sustanza attiva, u għandha tagħtihom opportunità sabiex iressqu l-opinjoni tagħhom. |
|
77. |
Madankollu, dan ma jfissirx li l-Kummissjoni tista’ tibda reviżjoni biss jekk ikun hemm għarfien ġdid. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja reċentement iddeċidiet li għarfien xjentifiku u tekniku ġdid huwa biss raġuni waħda possibbli għal reviżjoni (“notamment”, “u. a.”, “b’mod partikolari”) ( 37 ), u b’hekk tat ukoll lok għal raġunijiet oħra. |
|
78. |
Raġuni oħra għal reviżjoni tista’ tkun li l-leġiżlatur sadanittant iddeċieda li jistabbilixxi ċerti rekwiżiti iktar stretti ta’ protezzjoni. B’dan il-mod, il-Kummissjoni tiddikjara li l-protezzjoni tan-naħal hija iktar importanti taħt ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti milli kienet taħt id-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-pjanti preċedentement applikabbli, li abbażi tagħha kienet approvat is-sustanzi attivi inkwistjoni. DBEB/ÖEB għandhom ukoll raġun jindikaw li l-opinjoni tal-EFSA dwar in-nuqqasijiet tal-gwida tal-EPPO wasslet għal reviżjoni tal-approvazzjonijiet maħruġa bl-użu ta’ din il-gwida. Barra minn hekk, ikun ukoll konċepibbli li jiġu skoperti żbalji fil-proċedura ta’ approvazzjoni oriġinali. |
|
79. |
Din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti tippermetti reazzjoni malajr u flessibbli għal kull tħassib konċepibbli rigward approvazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk tista’ tfittex li tikseb livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, kif mitlub mill-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mill-Artikolu 9, mill-Artikolu 114(3) u mill-Artikolu 168(1) TFUE ( 38 ), u fl-istess ħin, b’mod konformi mal-Artikolu 3(3) TUE, mal-Artikolu 114(3) TFUE u mal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tipprova tikseb livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u titjib tal-kwalità ambjentali. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 1(3) u l-premessa 8, dawn huma wkoll għanijiet espliċiti tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti. |
|
80. |
Il-premessa 16, li fuqha jibbażaw ruħhom Bayer ma tbiddilx din l-interpretazzjoni. Għalkemm din il-premessa tirreferi għal “ċerti kondizzjonijiet”, dawn għandhom ikunu jeżistu sabiex tiġi emendata jew irtirata approvazzjoni, u mhux sabiex tinbeda reviżjoni. Huwa biss f’dan l-istadju tal-proċedura li japplikaw iċ-ċertezza legali u l-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi invokati minn Bayer. Skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, il-Kummissjoni tista’ temenda jew tirrevoka approvazzjoni biss jekk il-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 ma jkunux għadhom issodisfatti jew ċerta informazzjoni mitluba ma tkunx ingħatat. B’mod partikolari, fid-dawl taċ-ċertezza legali, din id-dispożizzjoni ma tippermettix li tiġi rtirata approvazzjoni għas-sempliċi raġuni li l-Kummissjoni tieħu deċiżjoni oħra abbażi ta’ fatti mhux mibdula fil-kuntest tas-setgħa diskrezzjonali tagħha f’dan ir-rigward ( 39 ). |
|
81. |
Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-interpretazzjoni tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti fis-sentenza appellata, b’mod partikolari fil-punt 162, hija vvizzjata bi żball ta’ liġi minħabba li l-bidu ta’ reviżjoni ma jeħtieġx għarfien xjentifiku ġdid. Madankollu, dan l-iżball ta’ liġi ma jwassalx għall-annullament tas-sentenza peress li ma jpoġġix fid-dubju r-riżultat tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali. F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li tiġi speċifikata l-motivazzjoni ( 40 ). Konsegwentement, l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud. |
D. It-tieni aggravju – gwida applikabbli għall-evalwazzjoni tar-riskju skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti
|
82. |
Bit-tieni aggravju, Bayer jilmentaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta kkonstatat li l-EFSA ma kellhiex tibbaża l-evalwazzjoni tar-riskju tagħha fuq il-gwida applikabbli fil-mument tar-reviżjoni. Din l-oġġezzjoni hija ġġustifikata bħala prinċipju, iżda fil-każ speċifiku ineżami ma għadhiex koperta mill-interess ġuridiku, b’tali mod li ma twassalx għall-annullament tas-sentenza appellata. |
|
83. |
Fir-rigward tal-mertu ta’ din l-allegazzjoni, għandu jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni, skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, għandha tadotta regolament sabiex tirtira jew temenda l-approvazzjoni jekk tikkonkludi li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 ma għadhomx issodisfatti. Sabiex tħejji din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni tista’ titlob lill-EFSA sabiex tipprovdi opinjoni jew sabiex tipprovdi appoġġ xjentifiku jew tekniku skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(2) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti. |
|
84. |
L-Artikolu 12(2) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jistipula li l-EFSA għandha tuża l-gwida disponibbli meta tevalwa jekk sustanza attiva x’aktarx tissodisfa l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4. Barra minn hekk, skont il-punt 3.8.3. tal-Anness II, sustanza attiva għandha tiġi evalwata abbażi ta’ evalwazzjoni tar-riskju xierqa skont il-gwida għat-testijiet aċċettata fuq il-livell tal-Unjoni jew internazzjonalment. |
|
85. |
Kif ikkonstatat il-Qorti Ġenerali fil-punt 249 tas-sentenza appellata, matul ir-reviżjoni ma kienet teżisti l-ebda gwida rilevanti tal-Unjoni, iżda kienet teżisti biss l-opinjoni preparatorja tal-EFSA ( 41 ). Min-naħa l-oħra, kien hemm gwida tal-EPPO rrikonoxxuta internazzjonalment li skont Bayer kellha tiġi applikata mill-EFSA. Il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma rrikjedietx l-applikazzjoni ta’ din il-gwida huwa żball ta’ liġi. |
|
86. |
Il-Qorti Ġenerali ċaħdet dan l-argument fil-punti 266 u 271 tas-sentenza appellata billi sostniet, essenzjalment, li ma setgħetx tintuża bħala bażi l-gwida disponibbli fil-mument tal-approvazzjoni iżda kellha tiġi applikata l-gwida attwali. |
|
87. |
Madankollu, Bayer jikkontestaw b’mod korrett dan l-argument tal-Qorti Ġenerali billi jiddikjaraw li dan ma jweġibx għall-argumenti tagħhom imressqa quddiem il-Qorti Ġenerali. L-appellanti partikolarment irreferew għall-gwida aġġornata ( 42 ). |
|
88. |
Huwa minnu li l-obbligu tal-Qorti Ġenerali li timmotiva s-sentenzi tagħha, kif joħroġ mill-Artikolu 36 u mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ma jfissirx li l-Qorti Ġenerali għandha tipprovdi espożizzjoni li ssegwi b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed l-argumenti mressqa mill-partijiet fit-tilwima. B’hekk, jekk il-motivazzjoni turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-Qorti Ġenerali, il-motivazzjoni tista’ tkun impliċita, bil-kundizzjoni li tippermetti lill-persuni kkonċernati jifhmu r-raġunijiet għaliex ittieħdu l-miżuri inkwistjoni u lill-Qorti tal-Ġustizzja jkollha elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha ( 43 ). |
|
89. |
Madankollu, fil-kawża preżenti l-Qorti Ġenerali ma weġbitx l-argumenti ta’ Bayer la b’mod espliċitu u lanqas b’mod impliċitu, iżda żnaturat il-kontenut tagħhom. Dan minn tal-inqas jikkostitwixxi insuffiċjenza ta’ motivazzjoni kif ukoll ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva ggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
|
90. |
Irrispettivament minn jekk ir-riferimenti fl-Artikolu 12(2) u fil-punt 3.8.3 tal-Anness II tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti għal gwida japplikawx bħala tali għall-applikazzjoni tal-Artikolu 21, dan l-iżball ta’ liġi kien deċiżiv għas-sentenza appellata. |
|
91. |
L-evalwazzjoni dwar jekk il-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti humiex issodisfatti essenzjalment teħtieġ evalwazzjoni xjentifika kumplessa li, fil-kuntest tagħha, il-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa u b’mod imparzjali l-aspetti kollha rilevanti tal-każ individwali ( 44 ). Il-gwida rilevanti definittivament hija fi kwalunkwe każ inkluża f’din l-evalwazzjoni, kif jikkonfermaw sempliċement l-Artikolu 12(2) u l-punt 3.8.3 tal-Anness II. |
|
92. |
Dan iżda ma jfissirx li l-Kummissjoni u l-EFSA għandhom isegwu din il-gwida b’mod letterali, peress li reviżjoni ma għandhiex għalfejn tirrepeti l-proċedura kollha ta’ approvazzjoni ( 45 ). Madankollu, sa fejn tkun rilevanti għall-kwistjonijiet affettwati mir-reviżjoni, il-gwida għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll. |
|
93. |
Peress li l-Qorti Ġenerali ma eżaminatx jekk il-gwida tal-EPPO ttiħditx suffiċjentement inkunsiderazzjoni, ma huwiex stabbilit jekk id-deċiżjoni kkontestata hijiex ibbażata fuq evalwazzjoni xierqa tal-informazzjoni rilevanti. Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li s-sentenza appellata hija vvizzjata bi żball ta’ liġi. |
|
94. |
Madankollu, sabiex tirrimedja dan l-iżball ta’ liġi, il-Qorti tal-Ġustizzja ser ikollha tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex twettaq l-evalwazzjoni li ma saritx. Għal dan il-għan, jistgħu jkunu rilevanti l-evalwazzjoni tal-gwida tal-EPPO fl-opinjoni tal-EFSA u l-argument tal-Kummissjoni li l-gwida tal-EPPO nnifisha ma hijiex xierqa għall-evalwazzjoni ta’ ċerti kwistjonijiet. Għandu jiġi eżaminat ukoll l-argument tal-Isvezja li l-EFSA kienet effettivament segwiet il-gwida tal-EPPO sa fejn din kienet rilevanti. |
|
95. |
Madankollu, l-interess ġuridiku ta’ Bayer ma jiġġustifikax dawn il-konsegwenzi legali. Huwa minnu li dan jinkludi kwistjonijiet fundamentali sa fejn il-gwida għandha tittieħed inkunsiderazzjoni f’reviżjoni, peress li din il-kwistjoni tista’ tiġi indirizzata wkoll b’rabta ma’ reviżjonijiet oħra. Madankollu, ma hemm l-ebda interess leġittimu sabiex jiġi ċċarat iktar is-sinjifikat tal-gwida tal-EPPO għaliex sadanittant l-EPPO rtirat il-gwida ( 46 ). Fl-istess ħin, hemm gwida iktar reċenti tal-EFSA, li għadha ma hijiex formalment applikabbli ( 47 ), iżda li minn tal-inqas tinkludi aspetti rilevanti mill-perspettiva xjentifika. |
|
96. |
Għalhekk il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi biss li l-konstatazzjoni fis-sens li ma kienx meħtieġ li tittieħed inkunsiderazzjoni l-gwida tal-EPPO fl-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni inkwistjoni hija vvizzjata bi żball ta’ liġi, mingħajr ma tannulla s-sentenza appellata fuq dan il-punt. |
E. It-tielet, ir-raba’ u l-ħames aggravju – kriterji għall-approvazzjoni
|
97. |
It-tielet, ir-raba’ u l-ħames aggravju jirrigwardaw l-applikazzjoni mill-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ prekawzjoni. Skont l-Artikolu 21(3), l-approvazzjoni għandha tiġi emendata jew irtirata jekk il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni, b’mod partikolari, li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 ma għadhomx issodisfatti. Kif diġà ġie spjegat, dan jiddependi minn jekk hemmx impatti ambjentali inaċċettabbli assoċjati mal-użu tas-sustanzi attivi. |
1. Fuq l-evalwazzjoni tar-riskji assoċjati mas-sustanzi attivi
|
98. |
Bl-ewwel parti tat-tielet aggravju u bil-ħames aggravju Bayer joġġezzjonaw għall-fatt li fil-punti 309 u 310 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali ppermettiet lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni bbażata fuq evalwazzjoni tar-riskju preliminari tal-EFSA minflok tistenna evalwazzjoni xjentifika iktar komprensiva u preċiża tar-riskji assoċjati mas-sustanzi attivi. |
|
99. |
F’dan ir-rigward, Bayer jibbażaw ruħhom fuq il-punt 3.8.3. tal-Anness II tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, li jipprovdi li l-evalwazzjoni tar-riskju għandha tkun xierqa, kif ukoll fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali. B’hekk, Bayer jagħtu l-impressjoni li l-Qorti Ġenerali aċċettat evalwazzjoni tar-riskju mhux kompluta u mgħaġġla. Madankollu, din il-pożizzjoni hija mingħajr bażi u ma tikkorrispondix għall-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali. |
|
100. |
Il-punti 306 sa 308 tas-sentenza appellata juru li l-evalwazzjoni tar-riskju tal-EFSA kienet ibbażata fuq l-għarfien xjentifiku disponibbli. Il-Qorti Ġenerali għamlet biss il-konstatazzjonijiet ikkontestati sabiex timmotiva għaliex l-EFSA u l-Kummissjoni ma kellhomx għalfejn jistennew sakemm il-gwida tal-Unjoni dwar l-evalwazzjoni tar-riskju tkun disponibbli, li kellha tinkludi b’mod partikolari qafas għall-provi fuq il-post. |
|
101. |
Fir-rigward tat-tul tal-evalwazzjoni tar-riskju, l-Isvezja kif ukoll l-organizzazzjonijiet ambjentali u l-assoċjazzjonijiet tal-apikultura intervenjenti ġustament jenfasizzaw li l-EFSA kellha tmien xhur sabiex tipprovdi l-opinjoni tagħha, filwaqt li l-Artikolu 21(2) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jipprovdi terminu ta’ tliet xhur biss. Għalhekk, din ma hijiex kwistjoni ta’ deċiżjoni mgħaġġla. |
|
102. |
Dan l-approċċ huwa ġġustifikat mill-prinċipju ta’ prekawzjoni, li kien applikabbli wkoll fil-kawża preżenti. |
|
103. |
Għalkemm huwa minnu li l-Artikolu 191(2) TFUE jipprevedi li l-politika dwar l-ambjent għandha tkun ibbażata, b’mod partikolari, fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni, ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-Pjanti ma kienx ibbażat fuq il-kompetenza ambjentali tal-Unjoni. Madankollu, il-prinċipju ta’ prekawzjoni għandu japplika wkoll fil-kuntest ta’ kompetenzi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari fil-protezzjoni tas-saħħa pubblika skont l-Artikolu 168 TFUE, kif ukoll meta l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jadottaw, skont il-politika agrikola komuni jew il-politika tas-suq intern, miżuri ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem ( 48 ). F’dan ir-rigward, mill-premessa 8 u mill-Artikolu 1(4) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jirriżulta li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament huma bbażati fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni ( 49 ). |
|
104. |
Għalhekk, l-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti u l-adegwatezza ta’ evalwazzjoni tar-riskju skont il-punt 3.8.3. tal-Anness II għandhom jiġu evalwati wkoll abbażi ta’ dan il-prinċipju. Min-naħa l-oħra, l-ilment ta’ AIC li l-Qorti Ġenerali kellha tippermetti li l-prinċipju ta’ prekawzjoni jintuża b’mod iżolat ma huwiex fondat. |
|
105. |
Applikazzjoni korretta tal-prinċipju ta’ prekawzjoni tippreżupponi, l-ewwel, l-identifikazzjoni tal-effetti potenzjalment negattivi li l-użu tas-sustanzi attivi inkwistjoni jista’ jkollu fuq is-saħħa, u, it-tieni, evalwazzjoni kompluta tar-riskju għas-saħħa bbażata fuq l-iktar data xjentifika affidabbli disponibbli u fuq l-iktar riżultati reċenti tar-riċerka internazzjonali ( 50 ). L-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw fir-rigward tar-riskji ambjentali ( 51 ). |
|
106. |
Madankollu, mill-prinċipju ta’ prekawzjoni jirriżulta li, meta jkun hemm inċertezzi dwar l-eżistenza jew il-portata tar-riskji, jistgħu jittieħdu miżuri ta’ protezzjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn li jkunu kompletament stabbiliti minn qabel ir-realtà u l-gravità ta’ dawn ir-riskji ( 52 ). Meta d-determinazzjoni b’ċertezza tal-eżistenza jew tal-portata tar-riskju allegat tirriżulta impossibbli, il-prinċipju ta’ prekawzjoni jiġġustifika l-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi. Dan ikun l-każ jekk ir-riżultati tal-istudji mwettqa ma jkunux konklużivi, iżda l-probabbiltà ta’ ħsara reali tippersisti fl-ipoteżi li r-riskju jimmaterjalizza ruħu ( 53 ). Għaldaqstant, miżuri ta’ protezzjoni jistgħu jittieħdu fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, anki jekk it-twettiq ta’ evalwazzjoni xjentifika tar-riskji kemm jista’ jkun kompleta fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ preżenti jkun impossibbli minħabba li ma jkunx hemm data xjentifika biżżejjed disponibbli ( 54 ). |
|
107. |
Il-Qorti Ġenerali tagħti interpretazzjonijiet differenti, pereżempju fil-punti 116, 118, 120 u 122 tas-sentenza appellata, fis-sens li l-prinċipju ta’ prekawzjoni jippermetti miżuri preventivi. B’hekk, hija toħloq konfużjoni terminoloġika bejn il-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-prinċipju ta’ prevenzjoni, li jissemma wkoll fl-Artikolu 191(2) TFUE. Għalkemm il-Qorti Ġenerali tista’ tibbaża ruħha fuq dikjarazzjonijiet fil-letteratura ( 55 ), jagħmel madankollu iktar sens li l-prinċipju ta’ prevenzjoni, li sa issa ġie diskuss b’mod inqas intensiv fil-ġurisprudenza, jintrabat prinċipalment mal-obbligu li tiġi evitata ħsara ambjentali, li skont l-għarfien disponibbli tkun ċertament ser isseħħ ( 56 ), filwaqt li l-prinċipju ta’ prekawzjoni jippermetti miżuri protettivi li għandhom jittieħdu jekk ikun hemm inċertezza dwar l-effetti ( 57 ). Madankollu, dan in-nuqqas ta’ preċiżjoni terminoloġika min-naħa tal-Qorti Ġenerali ma għandux impatt fuq il-validità tas-sentenza appellata, peress li mil-lat sostantiv is-sentenza ma hijiex fil-fatt ibbażata fuq miżuri preventivi, iżda fuq miżuri ta’ prekawzjoni. |
|
108. |
Fir-rigward tal-oġġezzjonijiet preżenti għas-sentenza appellata, huwa kruċjali li l-prinċipju ta’ prekawzjoni jirrikjedi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar għarfien xjentifiku disponibbli. Għalhekk, l-EFSA u l-Kummissjoni ma kellhomx idewmu l-evalwazzjoni tar-riskju sakemm kienu disponibbli iktar studji jew gwida ġdida tal-Unjoni ( 58 ). F’dan ir-rigward ma kien hemm l-ebda raġuni sabiex il-Qorti Ġenerali toġġezzjona. |
|
109. |
Barra minn hekk, l-għan tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat ma kienx li jistabbilixxi miżuri protettivi b’mod permanenti fuq il-bażi ta’ għarfien preliminari. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni diġà antiċipat progress fl-evalwazzjoni tar-riskju, peress li l-premessa 16 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni speċifikament indikat li fi żmien sentejn il-Kummissjoni kellha tibda immedjatament reviżjoni tal-għarfien xjentifiku l-ġdid li tkun irċeviet. Għaldaqstant, il-Parti B tal-entrata għas-sustanza attiva kkonċernata stipulat li l-kumpanniji kkonċernati kellhom jibagħtu iktar informazzjoni dwar ċerti riskji sal‑31 ta’ Diċembru 2014 ( 59 ). |
|
110. |
Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-tielet aggravju u l-ħames aggravju ma humiex fondati. |
2. Miżuri ta’ emerġenza abbażi tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti
|
111. |
Bit-tieni parti tat-tielet aggravju, Bayer japprofondixxu l-akkuża ta’ deċiżjoni mgħaġġla u huma tal-fehma li jekk deċiżjoni kienet partikolarment urġenti, il-Kummissjoni ma kellhiex tibbaża ruħha fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti iżda fuq l-Artikolu 69 tiegħu. |
|
112. |
Madankollu, dan l-argument ma kienx is-suġġett tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali u għaldaqstant skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 170(1) tar-Regoli tal-Proċedura huwa inammissibbli. |
|
113. |
Dan għaliex fil-kuntest ta’ appell il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata għall-evalwazzjoni tad-deċiżjoni legali fl-ewwel istanza. Issa, jekk parti tiġi awtorizzata tqajjem, għall-ewwel darba quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, argument favur jew kontra miżura kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija ma tkunx qajmet quddiem il-Qorti Ġenerali, jew, bħal fil-każ preżenti, li tkun qajmet tard wisq fil-kuntest tar-replika, dan ikun ifisser li tkun qiegħda tiġi awtorizzata tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li għandha kompetenza limitata fil-qasam tal-appell, tilwima iżjed estensiva minn dik li tkun ġiet deċiża mill-Qorti Ġenerali ( 60 ). |
|
114. |
Madankollu, dan l-argument lanqas ma huwa konvinċenti fuq il-mertu, peress li ma jidhirx li hemm xi raġuni għaliex il-Kummissjoni hija obbligata tapplika l-proċedura skont l-Artikoli 69 jew 70 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti meta jkunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 21 ( 61 ). |
3. L-ebda talba għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni ġdida
|
115. |
It-tielet parti tat-tielet aggravju tikkonċerna l-fatt li Bayer ma ngħatawx l-opportunità jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni aġġornata sabiex jeliminaw kwalunkwe dubju dwar jekk ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti kinux għadhom issodisfatti. |
|
116. |
Bayer jikkontestaw, f’dan ir-rigward, il-punt 142 tas-sentenza appellata. F’dan il-punt il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kummissjoni tista’ tirtira l-approvazzjoni tas-sustanzi attivi ta’ Bayer minħabba li d-data ġġenerata fil-qafas tal-istudji mwettqa għall-approvazzjoni oriġinali ma kinitx biżżejjed sabiex tirrifletti r-riskji kollha għan-naħal tas-sustanza attiva inkwistjoni fid-dawl tal-kundizzjonijiet mibdula għall-approvazzjoni. |
|
117. |
Naqbel ma’ Bayer li l-Kummissjoni tista’ tirtira jew temenda l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva biss wara li tkun tat lill-produttur l-opportunità li jikkummenta dwar dan. Għal ċerti każijiet, dan huwa espressament stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tal-Pjanti. Barra minn hekk, dan jirriżulta wkoll mill-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jipprovdi li kull persuna għandha d-dritt li tinstema’ qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li taffettwaha negattivament. |
|
118. |
Madankollu, kif sostniet il-Qorti Ġenerali fil-punt 435 tas-sentenza appellata, Bayer kellha, f’bosta okkażjonijiet, l-opportunità tesprimi l-opinjoni tagħha f’dan is-sens ( 62 ). |
|
119. |
Madankollu, fil-kuntest ta’ reviżjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, id-dritt għal smigħ ma jobbligax lill-Kummissjoni tagħti lill-produttur l-opportunità jwettaq studji ġodda sabiex jagħlaq kwalunkwe lakuna fis-sitwazzjoni tad-data. |
|
120. |
Huwa minnu li obbligu korrispondenti jeżisti fil-proċedura għall-approvazzjoni oriġinali tas-sustanza attiva skont l-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti ( 63 ) u possibbilment skont l-Artikoli 15 u 17 anki b’rabta mat-tiġdid ta’ approvazzjoni. Madankollu, l-Artikolu 21 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti ma jinkludi l-ebda riferiment komparabbli. |
|
121. |
Dan huwa loġiku wkoll minħabba li, qabel tiġi approvata, is-sustanza attiva ma tistax tintuża u tista’ tikkawża ħsara. Madankollu, jekk sussegwentement ikun hemm dubji dwar il-kompatibbiltà mal-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, li abbażi tagħha l-Kummissjoni tibda reviżjoni, f’dak il-każ l-istennija għal informazzjoni kompluta mill-produttur testendi l-perijodu li matulu r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent jippersistu. F’dan ir-rigward, fil-punt 443 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Kummissjoni u Bayer jaqblu li l-ġenerazzjoni tad-data meħtieġa sabiex jingħalqu dawn il-lakuni kienet ser tieħu mill-inqas sena jew sentejn mid-disponibbiltà tal-gwida. |
|
122. |
Kif il-Qorti Ġenerali tikkonstata fil-punt 442 tas-sentenza appellata, huwa għaldaqstant konformi mal-prinċipju ta’ prekawzjoni li, meta tirrevedi approvazzjoni, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda obbligu li tagħti lill-produttur l-opportunità li jagħlaq kwalunkwe lakuna fis-sitwazzjoni tad-data, iżda għandha sempliċement tagħtih l-opportunità li jippreżenta l-opinjoni tiegħu qabel ma tiġi emendata l-approvazzjoni ( 64 ). Ċertament, dan ma jeskludix il-fatt li l-Kummissjoni terġa’ tagħmel l-użu ta’ sustanzi attivi iktar faċli jekk il-produttur jirnexxielu iktar tard jagħlaq il-lakuni fis-sitwazzjoni tad-data u b’hekk jelimina r-riskji li jikkawżaw tħassib. |
|
123. |
Għaldaqstant, it-tielet parti tat-tielet aggravju hija infondata. |
4. Ċertezza legali b’rekwiżiti legali ġodda
|
124. |
Ir-raba’ parti tat-tielet aggravju tiżvela kontradizzjoni fil-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali. Minn naħa, fil-punti 160 sa 162 tas-sentenza appellata hija titlob għarfien xjentifiku ġdid għall-bidu tal-proċedura ta’ reviżjoni skont l-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, filwaqt li, min-naħa l-oħra, skont il-punt 142 tas-sentenza appellata, l-irtirar jew l-emenda tal-approvazzjoni skont l-Artikolu 21(3) jistgħu jkunu bbażati fuq kriterji għall-approvazzjoni ġodda iktar stretti. Għarfien ġdid jissemma wkoll fil-punt 142, iżda ma huwiex essenzjali għal kriterji ġodda. Fil-fatt, ikun kontradittorju li jiġu previsti kundizzjonijiet iktar estensivi jew kompletament differenti għall-bidu tal-proċedura ta’ reviżjoni milli għal deċiżjoni finali. |
|
125. |
Din il-kontradizzjoni tikkonferma l-iżball ta’ liġi li diġà ġie kkonstatat b’rabta mal-ewwel aggravju ( 65 ). Għarfien xjentifiku ġdid neċessarjament jikkostitwixxi biss każ konċepibbli wieħed li jiġġustifika reviżjoni. Reviżjoni bħal din għandha tkun possibbli wkoll fil-każ ta’ rekwiżiti ġodda għal approvazzjoni. |
|
126. |
Madankollu, l-istess bħall-iżball ta’ liġi msemmi iktar ’il fuq, din il-kontradizzjoni ma twassalx għall-annullament tas-sentenza appellata. Pjuttost, tali kontradizzjoni tiġi eliminata jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi l-proposta tiegħi u tiċċara, b’rabta mal-ewwel aggravju, li l-bidu ta’ reviżjoni ta’ approvazzjoni ma jeħtieġx informazzjoni ġdida. |
|
127. |
Għaldaqstant, ir-raba’ parti tat-tielet aggravju hija infondata. |
5. Ċertezza ikbar fir-rigward tar-riskji u data ġdida
|
128. |
Bl-ewwel parti tar-raba’ aggravju, Bayer jilmentaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tiddetermina livell xieraq ta’ ċertezza xjentifika fir-rigward tal-materjalizzazzjoni tar-riskju allegat meħtieġ għall-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni. |
|
129. |
Bayer jikkontestaw mill-ġdid il-punt 142 tas-sentenza appellata, iżda din id-darba jikkontestaw il-konstatazzjoni li huwa biżżejjed li l-Kummissjoni tipprovdi indizji serji u raġonevoli li jippermettu dubji raġonevoli dwar jekk is-sustanza attiva inkwistjoni tissodisfax il-kriterji għall-approvazzjoni. |
|
130. |
Madankollu, Bayer huma tal-fehma li l-ġurisprudenza turi li l-miżuri li jaffettwaw l-approvazzjonijiet eżistenti jeħtieġu, l-ewwel, livell ogħla ta’ ċertezza rigward il-materjalizzazzjoni tar-riskju allegat, li – it-tieni – ikun ibbażat fuq data xjentifika ġdida ( 66 ). |
|
131. |
B’rabta mar-reviżjoni ta’ approvazzjoni, l-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jeħtieġ, għal irtirar jew għal emenda, li l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 ma jkunux għadhom issodisfatti jew li ċerta informazzjoni ma ġietx sottomessa. Din id-dispożizzjoni ma teħtieġx l-iżvilupp ta’ għarfien xjentifiku ġdid ( 67 ), u lanqas ma teħtieġ ċertezza speċjali fir-rigward tal-materjalizzazzjoni tar-riskju rilevanti. |
|
132. |
Għalkemm l-Artikolu 21(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jsemmi diversi drabi l-għarfien ġdid, dan jikkonċerna biss ċerti każijiet li fihom issir reviżjoni tal-approvazzjoni ( 68 ). Konsegwentement, dan ir-riferiment għal għarfien ġdid ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżiti addizzjonali għall-emenda jew għall-irtirar ta’ approvazzjoni skont l-Artikolu 21(3). |
|
133. |
Fir-rigward tal-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tivverifika jekk is-sustanzi attivi għandhomx effetti inaċċettabbli fuq l-ambjent (Artikolu 4(2)(b) u (3)(e)). Peress li l-każ preżenti kien jikkonċerna l-protezzjoni tan-naħal, kellu jiġi evalwat, b’mod konformi mal-punt 3.8.3. tal-Anness II tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, jekk l-espożizzjoni tan-naħal tistax tkun “negliġibbli” u jekk, meta jitqiesu l-effetti fuq il-larva tan-naħal tal-għasel jew l-imġiba tan-naħal tal-għasel, jirriżultawx effetti akuti jew kroniċi inaċċettabbli fuq is-sopravvivenza u l-iżvilupp ta’ kolonji ( 69 ). |
|
134. |
Din hija l-istess evalwazzjoni li kellha titwettaq fil-kuntest tal-approvazzjoni inizjali tas-sustanza attiva. Bħala prinċipju, għalhekk, ma hemmx bżonn ta’ ċertezza ikbar fir-rigward tal-materjalizzazzjoni tar-riskji meta mqabbla mal-proċedura ta’ approvazzjoni inizjali. |
|
135. |
Madankollu, il-livell ta’ ċertezza jista’ jaffettwa l-kunsiderazzjoni ta’ jekk ċerti riskji assoċjati mas-sustanza attiva għadhomx “aċċettabbli” jew sarux “inaċċettabbli” għall-ambjent. Fil-każ ta’ livell ogħla ta’ ċertezza li riskju jimmaterjalizza ruħu, ħsara inqas li kien hemm biża’ dwarha tista’ diġà tisboq l-interess fl-użu tas-sustanza attiva milli fil-każ ta’ livell inqas ta’ ċerti riskji. |
|
136. |
Għalhekk nifhem l-argumenti ta’ Bayer li ċ-ċertezza legali u l-fiduċja fl-eżistenza kontinwa tal-approvazzjoni jikkostitwixxu fatturi addizzjonali fil-proċess tal-evalwazzjoni, li l-importanza tagħhom tonqos biss jekk hemm ċertezza ikbar dwar il-materjalizzazzjoni tar-riskji meta mqabbla mal-approvazzjoni inizjali. Barra minn hekk, tali ċertezza ikbar tirrikjedi wkoll għarfien ġdid, minħabba li ċ-ċertezza miksuba permezz tal-proċedura ta’ approvazzjoni – li skont Bayer ma hijiex biżżejjed għal emenda – kienet ibbażata fuq l-għarfien diġà disponibbli dak iż-żmien. |
|
137. |
Mal-ewwel daqqa ta’ għajn, din il-kunsiderazzjoni tista’ tidher plawżibbli, iżda fl-aħħar mill-aħħar ma tistax tiġi aċċettata. Dan għaliex il-limitu minimu stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti għall-użu ta’ sustanza attiva ma jistax jiddependi minn jekk din tkunx diġà ġiet approvata jew le. Bir-riferiment magħmul fl-Artikolu 21(3) għall-Artikolu 4, il-leġiżlatur stabbilixxa kważi eżattament l-istess limitu minimu bħal dak tal-approvazzjoni oriġinali. Kif sostnew De Bijenstichting u intervenjenti oħra, il-leġiżlatur ma interpretax l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva bħala dritt li jiġu kkawżati impatti ambjentali “inaċċettabbli”, iżda bħala sempliċi determinazzjoni li l-impatti ambjentali u r-riskji ambjentali identifikati huma aċċettabbli. Jekk, sussegwentement, din id-determinazzjoni tidher li ma hijiex korretta, l-Artikolu 21(3) jippermetti l-emenda jew l-irtirar tagħha. Għalhekk, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, ma hemmx bżonn ta’ ċertezza ikbar fir-rigward tal-materjalizzazzjoni tar-riskji meta mqabbla ma’ approvazzjoni. |
|
138. |
Is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Fidenato, iċċitata minn Bayer, ma twassalx għal rekwiżiti iktar onerużi dwar iċ-ċertezza fir-rigward tar-riskji ambjentali. Din is-sentenza kienet tikkonċerna miżuri ta’ emerġenza b’rabta ma’ għalf u ikel ġenetikament modifikati approvati skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ( 70 ). F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-espressjonijiet “evidenti” u “riskju serju”, użati f’dan l-artikolu, għandhom jinftiehmu bħala li jirreferu għal riskju sinjifikattiv li b’mod manifest jipperikola s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent ( 71 ). Fil-qafas tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, miżuri korrispondenti ma għandhomx jittieħdu fuq il-bażi tal-Artikolu 21 iżda fuq il-bażi l-Artikolu 69, fejn jintużaw l-istess termini bħal fl-Artikolu 34 tar-Regolament Nru 1829/2003. |
|
139. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja wkoll iddifferenzjat b’mod espliċitu bejn il-miżuri ta’ emerġenza msemmija u l-miżuri ta’ prekawzjoni ġenerali, li għalihom huwa biżżejjed li wara evalwazzjoni tal-informazzjoni disponibbli tkun iddeterminata l-possibbiltà ta’ effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa, iżda li dwarhom ikun għad hemm inċertezza xjentifika ( 72 ). Minn tal-inqas f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ma kkunsidratx li riskji sinjifikattivi kienu assolutament neċessarji sabiex ikunu ġġustifikati miżuri ta’ prevenzjoni li ma jkunux ta’ emerġenza. Għaldaqstant, din is-sentenza ma tipprovdix bażi sabiex jinstiltu rekwiżiti korrispondenti permezz ta’ interpretazzjoni tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti. |
|
140. |
Madankollu, nikkonċedi lil Bayer li bażi mhux mibdula għat-teħid ta’ deċiżjonijiet meta mqabbla mal-approvazzjoni speċifika ma tippermettix bħala prinċipju li l-Kummissjoni tibdel l-evalwazzjoni tagħha dwar jekk ċerti impatti ambjentali jew riskji ambjentali humiex “inaċċettabbli”. Hija funzjoni ċentrali taċ-ċertezza legali li ladarba twettaq l-evalwazzjoni tagħha tas-sitwazzjoni, l-amministrazzjoni ma tistax iddaħħalha inkwistjoni mingħajr raġunijiet suffiċjenti ( 73 ). Dan japplika iktar u iktar jekk din l-evalwazzjoni – bħal fil-każ tal-approvazzjoni ta’ sustanzi attivi – tkun suġġetta, fir-rigward tal-validità tagħha, għal limitazzjoni ratione temporis, jiġifieri d-detentur tal-approvazzjoni seta’ jpoġġi fiduċja speċjali fl-eżistenza tal-approvazzjoni matul dan il-perijodu ta’ validità. |
|
141. |
Bħala riżultat, għar-restrizzjoni ta’ approvazzjoni taħt l-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, isegwi li l-Kummissjoni jrid ikollha indizji ġodda li kienu jkunu suffiċjenti fil-proċedura ta’ approvazzjoni oriġinali sabiex tillimita l-approvazzjoni b’dan il-mod mill-bidu. |
|
142. |
Madankollu, dan ma jirriżultax fi żball ta’ liġi fis-sentenza appellata, peress li fil-punt 142 il-Qorti Ġenerali espressament għamlet il-konstatazzjoni kkontestata dwar l-indizji serji u validi li jippermettu dubji raġonevoli fl-isfond ta’ bażi mibdula, u għalhekk ġdida, għat-teħid ta’ deċiżjonijiet. |
|
143. |
Għaldaqstant, bidliet possibbli fil-bażi għat-teħid tad-deċiżjonijiet ma humiex limitati għal għarfien xjentifiku iżda jinkludu, għall-kuntrarju, bidliet fir-regola applikabbli, bħal dawk imsemmija fil-punt 142 tas-sentenza appellata ( 74 ). Meta mqabbel mad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-pjanti, li fuq il-bażi tagħha ngħataw l-approvazzjonijiet oriġinali, ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti enfasizza l-protezzjoni tan-naħal tal-għasel u speċifika b’mod iktar ġenerali d-dispożizzjonijiet dwar il-limitazzjoni tal-effetti ta’ ħsara. |
|
144. |
Barra minn hekk, anki l-opinjoni tal-EFSA msemmija fil-punti 233 sa 240 tas-sentenza appellata li minnha jiġu dedotti l-istat attwali tal-għarfien xjentifiku u n-nuqqasijiet tal-gwida tal-EPPO li ġiet użata fl-approvazzjoni tas-sustanzi attivi hija ġdida. Fil-punt 170, il-Qorti Ġenerali tat biss lil din l-opinjoni rwol subordinat għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, iżda għall-inqas il-konklużjonijiet tal-EFSA dwar iż-żewġ sustanzi attivi jirreferu wkoll għall-opinjoni ( 75 ). |
|
145. |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikat l-istudji l-ġodda mill‑2012 bħala raġuni konkreta għal reviżjoni, li x’aktarx kienu jikkonċernaw id-data l-ġdida ċċitata fil-punt 142 tas-sentenza appellata. Skont il-punt 198 tas-sentenza appellata, dawn l-istudji juru riżultat allarmanti b’rabta mal-kwistjoni dwar jekk huwiex eskluż impatt inaċċettabbli fuq speċi li ma jkunux fil-mira. |
|
146. |
Għaldaqstant, l-oġġezzjonijiet għall-kriterju fformulat mill-Qorti Ġenerali fil-punt 142 tas-sentenza appellata, li Bayer jibbażaw fuq in-nuqqas ta’ ċertezza ikbar dwar l-impatti ambjentali u fuq in-nuqqas ta’ għarfien ġdid, ma jistgħux jintlaqgħu. Konsegwentement, l-ewwel parti tar-raba’ aggravju hija infondata. |
6. Inverżjoni tal-oneru tal-prova
|
147. |
Fit-tielet parti tar-raba’ aggravju, Bayer jilmentaw li l-Qorti Ġenerali ordnatilhom jagħtu prova ta’ ċerti fatti, minkejja li l-Kummissjoni kellha tagħti prova li l-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni ma kinux għadhom jeżistu. |
|
148. |
Madankollu, Bayer naqsu milli jirrikonoxxu r-rekwiżiti ta’ prova fil-proċedura ta’ reviżjoni. Fuq dan il-punt, il-Kummissjoni ma hijiex responsabbli sabiex tipprovdi evidenza komprensiva li s-sustanza attiva tikser ir-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti. |
|
149. |
Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, l-applikant irid jipproduċi evidenza matul il-proċedura ta’ approvazzjoni li s-sustanza attiva tissodisfa l-kriterji stabbiliti minn dan ir-regolament ( 76 ). Dan it-tqassim tal-oneru tal-prova japplika wkoll għall-proċedura ta’ reviżjoni peress li, kif ġie rrilevat, din il-proċedura għandha l-għan li tilħaq l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-proċedura ta’ approvazzjoni. |
|
150. |
Il-punt tat-tluq huwa li d-detentur tal-approvazzjoni diġà wera, skont l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, li s-sustanza attiva tissodisfa r-rekwiżiti previsti fl-Artikolu 4. Iżda, jekk il-Kummissjoni, bħalma jingħad fil-punt 142 tas-sentenza appellata, tipprovdi indizji serji u validi li jippermettu dubji raġonevoli dwar jekk dawn ir-rekwiżiti humiex issodisfatti, terġa’ tqum il-kwistjoni tal-oneru tal-prova oriġinali. F’dan il-każ, id-detentur tal-approvazzjoni jrid jikkompleta l-evidenza tiegħu sabiex jinvalida l-indizji tal-Kummissjoni. |
|
151. |
Għandu jiġi rrikonoxxut li dan l-oneru tal-prova fid-dritt dwar il-protezzjoni tal-pjanti jista’ jkun serju jekk il-Kummissjoni tidentifika lakuni fid-data. Madankollu, id-detentur tal-approvazzjoni għandu jkun għalaq dawn il-lakuni fil-proċedura ta’ approvazzjoni oriġinali, jiġifieri qabel ma s-sustanza attiva tkun intużat għall-ewwel darba. |
|
152. |
Għaldaqstant, l-ilment dwar l-inverżjoni tal-oneru tal-prova huwa wkoll infondat. |
7. Riskji ipotetiċi
|
153. |
Madankollu, din il-konklużjoni provviżorja ma tipprekludix lil Bayer u lil AIC milli jinvokaw ġustament, fit-tieni parti tar-raba’ aggravju, żball ta’ liġi fl-applikazzjoni speċifika tal-oneru tal-prova. Dan jikkonċerna l-projbizzjonijiet tal-użu għal trattament fuq weraq u użu mhux kummerċjali bħala insettiċida. |
a) Fuq it-trattament fuq weraq
|
154. |
Bayer jilmentaw li l-Qorti Ġenerali kkonfermat il-projbizzjoni tat-trattament fuq weraq fil-punt 534 tas-sentenza appellata, peress li ċerti użi tas-sustanza attiva inkwistjoni li sa dak iż-żmien kienu awtorizzati setgħu joħolqu riskji inaċċettabbli għan-naħal, minkejja li dan l-użu ma kienx ġie investigat mill-EFSA. Bayer u AIC jilmentaw b’mod partikolari li l-Kummissjoni wettqet l-evalwazzjoni tar-riskju hija stess minflok ma ħalliet lill-EFSA twettaqha. Madankollu, huma l-esperti li huma responsabbli għall-evalwazzjoni tar-riskju. |
|
155. |
Din l-aħħar oġġezzjoni għandha tiġi rribattuta bil-fatt li l-kwistjonijiet imressqa quddiem l-EFSA skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jaqgħu fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni ( 77 ) u li l-EFSA għandha mbagħad tagħti l-kontribuzzjoni tagħha fi żmien tliet xhur. Din id-dispożizzjoni toriġina għalhekk minn evalwazzjoni tar-riskju b’portata limitata mill-EFSA, li ma hijiex assolutament meħtieġa. Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li l-Kummissjoni ma involvietx lill-EFSA fil-kwistjoni dwar it-trattament fuq weraq ma jdaħħalx f’dubju l-projbizzjoni tat-trattament fuq weraq. |
|
156. |
Bayer u AIC jinvokaw ukoll il-ġurisprudenza stabbilita fir-rigward tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, li skontha l-evalwazzjoni tar-riskju ma tistax tkun validament motivata b’kunsiderazzjonijiet purament ipotetiċi ( 78 ). Dawn jikkostitwixxu sempliċi suppożizzjonijiet li xjentifikament ikunu għadhom ma ġewx ivverifikati ( 79 ). B’kuntrast ma’ dan, tħassib fuq bażi xjentifika jissodisfa r-rekwiżiti ta’ dan il-prinċipju anki jekk l-inċertezza xjentifika tippersisti ( 80 ). |
|
157. |
Madankollu, Bayer tirribatti b’mod selettiv il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali sa fejn din tal-aħħar, fil-punt 534 tas-sentenza appellata, espressament ippermettiet biss projbizzjoni fuq użi mhux evalwati jekk u sal-punt li (il-Kummissjoni) setgħet raġonevolment tassumi li dawn kienu jqajmu riskji simili għal dawk tal-użi evalwati. |
|
158. |
L-evalwazzjoni ddettaljata tal-argumenti ppreżentati fil-punti 537 sa 545 tas-sentenza appellata turi wkoll li l-Qorti Ġenerali ma taċċettax sempliċi suppożizzjoni, li għadha ma hijiex xjentifikament ivverifikata, bħala “suppożizzjoni raġonevoli”. Pjuttost, fil-punt 542 hija ċaħdet parti mir-raġunament tal-Kummissjoni minħabba li l-istudju xjentifiku ċċitat ma kienx xieraq sabiex jissostanzja dan ir-raġunament. |
|
159. |
Min-naħa l-oħra, fil-punti 544 u 545, il-Qorti Ġenerali qieset li l-argumenti l-oħra tal-Kummissjoni kienu suffiċjenti sabiex jiġġustifikaw il-projbizzjoni. Huma juru li t-trattament fuq weraq jagħti lok għal depożitu tal-prodott għall-protezzjoni tal-pjanti inkwistjoni fuq il-ħamrija, minn fejn is-sustanzi attivi tiegħu jistgħu jiġu assorbiti mill-għeruq u mqassma fil-pjanta. B’dan il-mod, jistgħu finalment jiġu affettwati n-naħal. |
|
160. |
Għalhekk, għall-kuntrarju tal-opinjoni ta’ Bayer, il-Qorti Ġenerali ma ppermettiet l-ebda evalwazzjoni tar-riskju bbażata fuq kunsiderazzjonijiet purament ipotetiċi meta pprojbixxiet it-trattament fuq weraq. |
|
161. |
Din l-oġġezzjoni hija għaldaqstant infondata. |
b) Fuq il-projbizzjoni ta’ applikazzjonijiet mhux kummerċjali
|
162. |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-projbizzjoni fuq l-użu mhux kummerċjali tas-sustanzi attivi bħala insettiċida, l-ewwel nett għandu jitfakkar li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jippermetti ċerti applikazzjonijiet kummerċjali, iżda ma jipprojbixxix kompletament l-użu mhux kummerċjali. |
|
163. |
Fir-rigward ta’ din il-projbizzjoni iktar estensiva, Bayer jikkritikaw il-fatt li fil-punt 558 tas-sentenza appellata l-Qorti Ġenerali kkonstatat li ma jistax jiġi eskluż użu ħażin, li ma jirrispettax l-istruzzjonijiet għall-użu, partikolarment fir-rigward ta’ utenti mhux kummerċjali. Fl-istess ħin, fil-punt 553 hija rrikkonoxxiet li la l-Kummissjoni u lanqas ir-rikorrenti ma kienu wrew jekk kinitx teżisti tali probabbiltà jew le. |
|
164. |
Din l-oġġezzjoni hija ġġustifikata. Fil-punti 551 u 552 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali taċċetta l-argument prinċipali tal-Kummissjoni li hija l-Kummissjoni stess li għandha r-responsabbiltà tiddetermina l-livell aċċettabbli ta’ riskju bbażat fuq kunsiderazzjonijiet politiċi. Sa fejn fil-punti 553 sa 556 il-Qorti Ġenerali tqis kunsiderazzjonijiet xjentifiċi, jiġifieri żewġ stħarriġiet, dan isir esklużivament fuq l-inizjattiva ta’ Bayer. |
|
165. |
Matul is-seduta, il-Kummissjoni spjegat li fid-dritt tal-Unjoni huwa normali li ssir distinzjoni bejn użi kummerċjali u mhux kummerċjali ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti. Hija bbażat ruħha, minn naħa, fuq id-definizzjoni ta’ utent professjonali prevista fil-punt 25 tal-Artikolu 3 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti u, min-naħa l-oħra, fuq il-fatt li, fil-premessa 17 tad-Direttiva li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi ( 81 ), il-leġiżlatur ikkonstata li l-użu skorrett x’aktarx iseħħ fi ħdan il-grupp ta’ utenti mhux professjonali minħabba n-nuqqas ta’ konoxxenza tagħhom. |
|
166. |
Madankollu, dan ma jbiddel xejn mill-fatt li l-Kummissjoni rrinunzjat għal kwalunkwe evalwazzjoni tad-data xjentifika disponibbli, bħalma huma l-istħarriġiet imressqa minn Bayer, fir-rigward tal-projbizzjonijiet speċifiċi fuq utenti mhux kummerċjali. Madankollu, dan huwa meħtieġ meta jittieħdu miżuri ta’ prekawzjoni ( 82 ). |
|
167. |
Jista’ jkun li sussegwentement, fil-kuntest tal-ibbilanċjar ta’ jekk ir-riskji humiex aċċettabbli, l-interessi tal-utenti mhux kummerċjali fl-użu ta’ ċerti prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti huma inqas minn dawk ta’ utenti kummerċjali. Riskji speċjali jistgħu jkunu assoċjati wkoll ma’ utenti mhux professjonali, pereżempju minħabba n-nuqqas ta’ kwalifiki professjonali tagħhom jew minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ ġonna privati. Madankollu, dan ma jfissirx li sempliċi preżunzjonijiet huma biżżejjed għar-restrizzjonijiet mingħajr ma jitqies l-għarfien xjentifiku disponibbli. |
|
168. |
Għalhekk, l-appell ta’ Bayer huwa fondat fuq dan il-punt. Is-sentenza appellata għandha għalhekk tiġi annullata sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tal-projbizzjoni tal-użu mhux kummerċjali tal-klotijanidin u l-imidakloprid bħala insettiċida sa fejn din il-projbizzjoni kienet iktar estensiva minn dik fuq l-użu kummerċjali. Ma hemmx dubji dwar l-interess ġuridiku fuq dan il-punt. Għall-kuntrarju, in-nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ informazzjoni rilevanti, li ma ġiex irrikonoxxut mill-Qorti Ġenerali, jaffettwa direttament ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, b’tali mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tannullah anki f’dan ir-rigward. |
F. Is-sitt aggravju – il-portata tal-evalwazzjoni tal-impatt
|
169. |
Bis-sitt aggravju Bayer jikkontestaw l-evalwazzjoni magħmula fil-punti 459 sa 461 tas-sentenza appellata fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni. Għall-Qorti Ġenerali kien suffiċjenti li l-Kummissjoni tiffamiljarizza ruħha mal-effetti tal-miżura (punt 460), u kkonstatat li l-portata u l-forma tal-evalwazzjoni huma fid-diskrezzjoni tal-Kummissjoni (punti 459 u 460). Finalment, għall-Qorti Ġenerali kien suffiċjenti sommarju f’erba’ punti ta’ studju ppreżentat, inter alia, minn Bayer dwar l-impatti ekonomiċi, għalkemm il-Kummissjoni ma kellhiex stampa sħiħa tal-alternattivi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (punt 461). Bħala riżultat, l-obbligu li titwettaq evalwazzjoni tal-impatt jitlef l-importanza tiegħu. |
|
170. |
Naqbel ma’ Bayer li fil-preparazzjoni tagħha tal-politika dwar l-ambjent, l-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-vantaġġi u l-piżijiet li jistgħu jirriżultaw minn azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 191(3) TFUE. |
|
171. |
Huwa minnu wkoll li l-prinċipju ta’ prekawzjoni għandu jiġi applikat billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Konsegwentement, l-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni ma jistgħux jeċċedu l-limiti ta’ dak li huwa meħtieġ u neċessarju għat-twettiq tal-għanijiet leġittimi li jridu jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni. Għalhekk, meta jkun hemm possibbiltà ta’ għażla bejn diversi miżuri xierqa, għandha tintgħażel l-inqas waħda restrittiva, u l-inkonvenjenzi li jinħolqu ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet previsti ( 83 ). |
|
172. |
F’dan il-kuntest, kuntrarjament għall-fehma tal-Kummissjoni, ma għandhomx jitqiesu biss l-effetti ħżiena tas-sustanzi attivi fuq l-ambjent, b’mod partikolari fuq in-naħal, iżda wkoll il-lakuni fid-data u r-riskji identifikati f’dan ir-rigward. Għall-kuntrarju, kwistjonijiet soċjoekonomiċi għandhom jiġu kkunsidrati, għall-inqas sa fejn l-Artikolu 21(3) tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jħalli marġni ta’ diskrezzjoni, li fil-qafas tiegħu l-Kummissjoni tista’ tapplika l-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
173. |
Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti, tali marġni huwa eskluż fil-każ ta’ effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ilma ta’ taħt l-art, għalkemm l-effetti rilevanti fuq l-ambjent hawnhekk jipprekludu biss l-approvazzjoni ta’ sustanza attiva jekk ikunu “inaċċettabbli”. Skont il-punt 3.8.3 tal-Anness II, għandhom jiġu evitati konsegwenzi “inaċċettabbli” b’mod partikolari fuq kolonji tan-naħal tal-għasel ( 84 ). |
|
174. |
Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-miżura inkwistjoni, jiġifieri r-restrizzjoni tal-approvazzjonijiet, u kwalunkwe miżura alternattiva. |
|
175. |
Madankollu, l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha għandu jkun distint mir-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Dan huwa partikolarment ristrett fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni, iżda huwa mill-inqas meħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li adottaw l-att inkwistjoni jkunu jistgħu juru lill-Qorti tal-Ġustizzja li fil-fatt eżerċitaw id-diskrezzjoni tagħhom meta adottaw l-att. Dan jippreżupponi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi kollha u taċ-ċirkustanzi rilevanti tas-sitwazzjoni li dan l-att kien intiż li jirregola. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, tal-inqas, ikunu f’pożizzjoni li jipprovdu u jesponu b’mod ċar u mhux ekwivoku d-data bażika li kellha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex fuqha jkunu bbażati l-miżuri kkontestati ta’ dan l-att u li fuqha jiddependi l-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħhom ( 85 ). Fil-każ tal-eżerċizzju tas-setgħat ta’ implimentazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni, dawn l-obbligi ta’ preżentazzjoni ta’ provi għandhom japplikaw a fortiori ( 86 ). |
|
176. |
Madankollu, għandu jitqies ukoll li s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tal-Kummissjoni, li timplika stħarriġ ġudizzjarju limitat tal-eżerċizzju tagħha ( 87 ), ma tirrigwardax esklużivament in-natura u l-portata tad-dispożizzjonijiet li għandhom jittieħdu, iżda wkoll, sa ċertu punt, il-konstatazzjoni tad-data bażika ( 88 ). B’mod partikolari, il-forma li fiha d-data bażika kkunsidrata hija elenkata hija irrilevanti. Filwaqt li l-analiżi formali estensiva tal-impatt tista’ tkun utli ħafna ( 89 ), il-Kummissjoni tista’ tqis ukoll kull sors ieħor ta’ informazzjoni ( 90 ). |
|
177. |
Il-Qorti Ġenerali qabblet b’mod korrett l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-effetti ħżiena tar-regola kkontestata ma’ dawn il-kriterji. |
|
178. |
Fir-rigward tal-konsegwenzi ekonomiċi, fil-punt 461 tas-sentenza appellata, hija korrettament iddeduċiet, mill-erba’ punti msemmija, li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-istudju fil-qosor inkluż fihom. Barra minn hekk, fil-punti 464 u 465 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat li l-Istati Membri li diġà kellhom esperjenza bil-projbizzjoni ta’ neonikotinojdi ma kinux innotifikaw lill-Kummissjoni dwar xi żvantaġġ partikolari għall-produttività jew għall-ambjent. |
|
179. |
B’rabta ma’ dan l-aggravju, Bayer u b’mod partikolari n-NFU lmentaw li s-sinjifikat ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti alternattivi ma kienx ġie evalwat b’mod adegwat. |
|
180. |
F’dan ir-rigward, huwa minnu li l-iżvantaġġi marbuta mar-restrizzjonijiet jiddependu mill-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li l-bdiewa xorta jkunu jistgħu jużaw. Ir-relazzjoni bejn il-prezz u r-rendiment tagħhom tinfluwenza l-produttività tal-bdiewa u għandhom jitqiesu wkoll l-effetti ħżiena tal-użu miżjud tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent. |
|
181. |
Kif jirriżulta mill-punt 468 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni kellha ħarsa ġenerali komprensiva tas-sustanzi attivi li approvat, u kienet ukoll konxja mill-benefiċċji tagħhom għall-agrikoltura u mill-effetti tagħhom fuq is-saħħa u l-ambjent. Il-Kummissjoni qieset ukoll dan l-għarfien, billi kienet taf li żewġ neonikotinojdi oħra kienu għadhom disponibbli dak iż-żmien ( 91 ). |
|
182. |
Madankollu, il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn tinvestiga sa liema punt l-Istati Membri kienu diġà awtorizzaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti bbażati fuq sustanzi attivi oħra li setgħu jissostitwixxu dawk li kienu ser jiġu eliminati taħt ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. Filwaqt li kien ikun possibbli li tinkiseb din l-informazzjoni mill-Istati Membri, din kienet tkun biss stampa ta’ dak il-mument. Kellu jiġi speċifikament preżunt li, bħala riżultat tar-regola l-ġdida, il-produtturi kellhom jirreġistraw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fir-rigward ta’ organiżmi ta’ ħsara kkonċernati abbażi ta’ sustanzi attivi li kienu għadhom approvati. |
|
183. |
Fil-punt 463 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat ukoll b’mod korrett li l-Artikolu 53 tar-Regolament dwar il-protezzjoni tal-pjanti jippermetti li jiġu evitati konsegwenzi irraġonevoli tar-restrizzjonijiet inkwistjoni. Skont dan l-artikolu, l-Istati Membri jistgħu japprovaw temporanjament it-tqegħid fis-suq ta’ prodott għall-protezzjoni tal-pjanti bbażat fuq sustanzi attivi mhux approvati għal użu limitat u kkontrollat, sakemm din il-miżura tidher li hija meħtieġa fid-dawl ta’ riskju li ma jkunx jista’ jiġi evitat b’mod ieħor. Għalhekk, il-Kummissjoni setgħet tassumi li r-restrizzjonijiet li imponiet ma japplikawx assolutament u mingħajr tibdil, iżda li l-Istati Membri jippermettu eċċezzjonijiet f’każijiet urġenti. |
|
184. |
Filwaqt li n-NFU targumenta li l-prattika tal-applikazzjoni ta’ din l-eċċezzjoni fir-Renju Unit hija ferm restrittiva, huwa preċiżament b’dan il-mod li jimmaterjalizza ruħu l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Jekk l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jaslu għall-konklużjoni li l-effetti ħżiena f’każ individwali speċifiku jipprekludu approvazzjoni derogatorja, jiġifieri li l-iżvantaġġi ta’ deroga jegħlbu l-vantaġġi tagħha, il-prinċipju ta’ proporzjonalità ma jeħtieġx awtorizzazzjoni ġenerali iktar ġeneruża. |
|
185. |
Barra minn hekk, minħabba li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jibbilanċjaw l-interessi kunfliġġenti f’kuntest bħal dan, il-Kummissjoni ma tistax tkun mistennija li tantiċipa l-prattika tagħhom meta tirrevedi approvazzjoni. |
|
186. |
Minn dan isegwi li s-sitt aggravju ma huwiex fondat. |
VI. Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali
|
187. |
Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali, il-Qorti tal-Ġustizzja stess tista’ definittivament tiddeċiedi fuq il-kawża, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża, jew tista’ tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali. |
|
188. |
Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali għandha tiġi annullata biss sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors fir-rigward tal-projbizzjoni fuq l-użu mhux kummerċjali ta’ klotijanidin u imidakloprid bħala insettiċida sa fejn din il-projbizzjoni kienet iktar estensiva minn dik fuq l-użu kummerċjali. Il-kawża hija fi stat li tiġi deċiża dwar dan il-punt, billi huwa ċar li l-Kummissjoni ma bbażatx ruħha fuq l-għarfien xjentifiku disponibbli f’dan ir-rigward. Għalhekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat għandu jiġi annullat fuq dan il-punt. |
VII. Spejjeż
|
189. |
Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat jew meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi l-kawża hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. |
|
190. |
Konformement mal-Artikolu 138(1) tal-istess regoli, applikabbli għall-appell skont l-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 138(3) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-partijiet jitilfu rispettivament fuq waħda jew iktar mit-talbiet tagħhom, kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. L-ewwel sentenza tal-Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali tinkludi l-istess regola. |
|
191. |
Il-Kummissjoni u Bayer għandhom għalhekk ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom li jirriżultaw mill-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
192. |
Dan japplika wkoll fir-rigward tal-appell inammissibbli ppreżentat f’isem Bayer AG, peress li dan ma kkawżax spejjeż addizzjonali għall-partijiet l-oħra meta mqabbel mal-appell ammissibbli ta’ Bayer CropScience AG. |
|
193. |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 184(4) tar-Regoli tal-Proċedura, meta intervenjent fl-ewwel istanza ma jkunx ippreżenta l-appell huwa stess, dan l-intervenjent jista’ jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-proċedura fl-appell biss jekk ikun ipparteċipa fil-fażi bil-miktub jew orali tal-proċedura. Meta tali intervenjent jipparteċipa fil-proċedura, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li l-intervenjent għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. Għalhekk, fid-dawl tal-eżitu proċedurali, nipproponi li l-intervenjenti li ħadu sehem fil-kawża preżenti jiġu kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom ( 92 ). |
|
194. |
Barra minn hekk, id-deċiżjoni dwar l-ispejjeż għandha wkoll tiġi kkorreġuta għall-intervenjenti fl-ewwel istanza. Dawn għandhom ukoll ibatu l-ispejjeż tagħhom skont l-Artikolu 138(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali. |
|
195. |
Finalment, fir-rigward ta’ De Bijenstichting nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tapplika l-Artikolu 140(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li jipprovdi li hija tista’ tiddeċiedi li din għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess. |
VIII. Konklużjoni
|
196. |
Għaldaqstant, nipproponi li fil-kawża preżenti l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il‑Ġermaniż.
( 2 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013 tal‑24 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (ĠU 2013, L 139, p. 12).
( 3 ) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).
( 4 ) Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal‑15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332).
( 5 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2006/41/KE tas‑7 ta’ Lulju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE għall-inklużjoni tal-clothianidin u l-pethoxamid bħala sustanzi attivi (ĠU 2008, L 348M, p. 632, rettifika fil-ĠU 2009, L 84M, p. 2009).
( 6 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2008/116/KE tal‑15 ta’ Diċembru 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-aclonifen, l-imidacloprid u l-metazachlor bħala sustanzi attivi (ĠU 2008, L 337, p. 86).
( 7 ) EFSA Panel on Plant Protection Products and their Residues (PPR), Scientific Opinion on the science behind the development of a risk assessment of Plant Protection Products on bees (Apis mellifera, Bombus spp. and solitary bees). EFSA Journal 2012, 10(5) 2668 (doi:10.2903/j.efsa.2012.2668).
( 8 ) Punti 241 sa 243.
( 9 ) EPPO, Annual Report and Council Recommendations 2018, EPPO Bulletin, (2019) 49, p. 509 (602).
( 10 ) Direttiva tal-Kummissjoni 2010/21/UE tat‑12 ta’ Marzu 2010 li temenda l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi relatati ma’ clothianidin, thiamethoxam, fipronil u imidacloprid (ĠU 2010, L 65, p. 27).
( 11 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/784 tad‑29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva klotijanidin (ĠU 2018, L 132, p. 35).
( 12 ) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/783 tad‑29 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva imidakloprid (ĠU 2018, L 132, p. 31).
( 13 ) https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/public/?event=activesubstance.detail&language=MT&selectedID=1154.
( 14 ) Sentenzi tat‑22 ta’ Marzu 1961, S.N.U.P.A.T. vs L-Awtorità Għolja (42/59 u 49/59, EU:C:1961:5, p. 172); tal‑4 ta’ Ottubru 2012, Byankov (C‑249/11, EU:C:2012:608, punt 77); u tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Incyte (C‑492/16, EU:C:2017:995, punt 48).
( 15 ) Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Campos Sánchez-Bordona fil-kawża Repower vs EUIPO (C‑281/18 P, EU:C:2019:426, punti 34 u 35).
( 16 ) Sentenza tad‑9 ta’ Marzu 1978, Herpels vs Il‑Kummissjoni (54/77, EU:C:1978:45, punt 38).
( 17 ) Ara f’dan ir-rigward iktar ’il quddiem, punti 137 sa 138.
( 18 ) Ara f’dan is-sens, fir-rigward tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-pjanti, is-sentenzi tat-18 ta’ Lulju 2007, Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni (C‑326/05 P, EU:C:2007:443, punti 75 u 76), kif ukoll tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Gowan Comércio Internacional e Serviços (C‑77/09, EU:C:2010:803, punti 55 u 56).
( 19 ) Digrieti tal‑15 ta’ April 2010, Makhteshim-Agan Holding et vs Il‑Kummissjoni (C‑517/08 P, mhux ippubblikat, EU:C:2010:190, punt 62), u tas‑7 ta’ Mejju 2013, Dow AgroSciences et vs Il‑Kummissjoni (C‑584/11 P, mhux ippubblikat, EU:C:2013:281, punt 73).
( 20 ) Ara f’dan is-sens, fir-rigward tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-pjanti, is-sentenzi tat‑18 ta’ Lulju 2007, Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni (C‑326/05 P, EU:C:2007:443, punt 76), kif ukoll tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Gowan Comércio Internacional e Serviços (C‑77/09, EU:C:2010:803, punt 56).
( 21 ) Ara f’dan is-sens, fir-rigward tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-pjanti, is-sentenzi tat‑18 ta’ Lulju 2007, Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni (C‑326/05 P, EU:C:2007:443, punt 77), kif ukoll tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Gowan Comércio Internacional e Serviços (C‑77/09, EU:C:2010:803, punt 57).
( 22 ) COM(2000) 1 final.
( 23 ) Sentenza tal‑11 ta’ Settembru 2002, Pfizer Animal Health vs Il‑Kunsill (T‑13/99, EU:T:2002:209, punt 119)
( 24 ) Bħala eżempju ara s-sentenzi tal‑1 ta’ April 2008, Il‑Parlament u Id‑Danimarka vs Il‑Kummissjoni (C‑14/06 u C‑295/06, EU:C:2008:176, punt 75); tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Gowan Comércio Internacional e Serviços (C‑77/09, EU:C:2010:803, punti 71 sa 73); tal‑21 ta’ Lulju 2011, Etimine (C‑15/10, EU:C:2011:504, punt 129); u tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punti 41 sa 43).
( 25 ) Sentenzi tad‑29 ta’ Novembru 2007, Stadtwerke Schwäbisch Hall et vs Il‑Kummissjoni (C‑176/06 P, mhux ippubblikata, EU:C:2007:730, punt 18), u tad‑29 ta’ Lulju 2019, Bayerische Motoren Werke u Freistaat Sachsen vs Il‑Kummissjoni (C‑654/17 P, EU:C:2019:634, punt 44).
( 26 ) Sentenzi tas‑7 ta’ Ġunju 2007, Wunenburger vs Il‑Kummissjoni (C‑362/05 P, EU:C:2007:322, punt 42), u tat‑23 ta’ Diċembru 2015, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑595/14, EU:C:2015:847, punt 17), kif ukoll id-digriet tas‑17 ta’ Diċembru 2019, Rogesa vs Il‑Kummissjoni (C‑568/18 P, mhux ippubblikat, EU:C:2019:1092, punt 25).
( 27 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 32.
( 28 ) Sentenzi tat‑28 ta’ Mejju 2013, Abdulrahim vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑239/12 P, EU:C:2013:331, punt 62), u tat‑23 ta’ Diċembru 2015, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑595/14, EU:C:2015:847, punt 16).
( 29 ) Sentenzi tas‑6 ta’ Marzu 1979, Simmenthal vs Il‑Kummissjoni (92/78, EU:C:1979:53, punt 32); tal‑24 ta’ Ġunju 1986, AKZO Chemie u AKZO Chemie UK vs Il‑Kummissjoni (53/85, EU:C:1986:256, punt 21); tas‑7 ta’ Ġunju 2007, Wunenburger vs Il‑Kummissjoni (C‑362/05 P, EU:C:2007:322, punt 50); tat‑28 ta’ Mejju 2013, Abdulrahim vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑239/12 P, EU:C:2013:331, punt 63); u tal‑4 ta’ Settembru 2018, ClientEarth vs Il‑Kummissjoni (C‑57/16 P, EU:C:2018:660, punt 48).
( 30 ) Sentenzi tat‑28 ta’ Mejju 2013, Abdulrahim vs Il‑Kunsill u Il‑Kummissjoni (C‑239/12 P, EU:C:2013:331, punt 65); tat‑23 ta’ Diċembru 2015, Il‑Parlament vs Il‑Kunsill (C‑595/14, EU:C:2015:847, punt 18); u tat‑30 ta’ April 2020, Izba Gospodarcza Producentów i Operatorów Urządzeń Rozrywkowych vs Il‑Kummissjoni (C‑560/18 P, EU:C:2020:330, punt 41).
( 31 ) B’mod differenti fis-sentenza tas‑27 ta’ Ġunju 2013, Xeda International u Pace International vs Il‑Kummissjoni (C‑149/12 P, mhux ippubblikata, EU:C:2013:433, punti 34).
( 32 ) Dwar il-ħtieġa ta’ ksur serju ara s-sentenza tal‑10 ta’ Settembru 2019, HTTS vs Il‑Kunsill (C‑123/18 P, EU:C:2019:694, punti 32 u 33 kif ukoll 42 u 43).
( 33 ) Iktar ’il quddiem, il-punti 94 u 168.
( 34 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 1999, Il‑Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products et (C‑310/97 P, EU:C:1999:407, punti 52 sa 55).
( 35 ) Sentenzi tal‑20 ta’ Ottubru 1983, Gutmann vs Il‑Kummissjoni (92/82, EU:C:1983:286, punt 2), u tat‑23 ta’ April 1986, Les Verts vs Il‑Parlament (294/83, EU:C:1986:166, punti 15 sa 18).
( 36 ) Sentenzi tat‑8 ta’ Lulju 2004, JFE Engineering vs Il‑Kummissjoni (T‑67/00, T‑68/00, T‑71/00 u T‑78/00, EU:T:2004:221, punti 47 sa 50), u tal‑14 ta’ Diċembru 2006, Raiffeisen Zentralbank Österreich et vs Il‑Kummissjoni (T‑259/02 sa T‑264/02 u T‑271/02, EU:T:2006:396, punti 72 sa 74).
( 37 ) Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 99).
( 38 ) Ara s-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 42 u l-ġurisprudenza hemmhekk iċċitata).
( 39 ) Ara iktar ’il quddiem, il-punt 140.
( 40 ) Ara s-sentenza tat‑23 ta’ Jannar 2019, Deza vs ECHA (C‑419/17 P, EU:C:2019:52, punt 87).
( 41 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 18.
( 42 ) Punti 109 u 116 tar-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali.
( 43 ) Sentenzi tat‑8 ta’ Frar 2007, Groupe Danone vs Il‑Kummissjoni (C‑3/06 P, EU:C:2007:88, punt 46), u tal‑10 ta’ Lulju 2019, VG vs Il‑Kummissjoni (C‑19/18 P, EU:C:2019:578, punt 31).
( 44 ) Ara f’dan is-sens fir-rigward tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-pjanti s-sentenzi tat‑18 ta’ Lulju 2007, Industrias Químicas del Vallés vs Il‑Kummissjoni (C‑326/05 P, EU:C:2007:443, punti 75 u 77), kif ukoll tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Gowan Comércio Internacional e Serviços (C‑77/09, EU:C:2010:803, punti 55 u 57).
( 45 ) Ara wkoll l-osservazzjonijiet iktar ’il quddiem dwar it-tielet, ir-raba’ u l-ħames aggravju.
( 46 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 20
( 47 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 19.
( 48 ) Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 41 u l-ġurisprudenza hemmhekk iċċitata).
( 49 ) Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 44 u l-ġurisprudenza hemmhekk iċċitata).
( 50 ) Sentenzi tat‑23 ta’ Settembru 2003, Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka (C‑192/01, EU:C:2003:492, punt 51); tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Gowan Comércio Internacional e Serviços (C‑77/09, EU:C:2010:803, punt 75); kif ukoll tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata fih kif ukoll il-punt 94).
( 51 ) Sentenza tat‑28 ta’ Marzu 2019, Verlezza et (C‑487/17 sa C‑489/17, EU:C:2019:270, punt 57). Ara wkoll is-sentenzi tad‑29 ta’ Lulju 2019, Inter-Environnement Wallonie u Bond Beter Leefmilieu Vlaanderen (C‑411/17, EU:C:2019:622, punt 134); tal‑10 ta’ Ottubru 2019, Luonnonsuojeluyhdistys Tapiola (C‑674/17, EU:C:2019:851, punt 66); u tal‑24 ta’ Ottubru 2019, Prato Nevoso Termo Energy (C‑212/18, EU:C:2019:898, punt 58).
( 52 ) Sentenzi tal‑5 ta’ Mejju 1998, National Farmers’ Union et (C‑157/96, EU:C:1998:191, punti 63 u 64); tad‑9 ta’ Settembru 2003, Monsanto Agricoltura Italia et (C‑236/01, EU:C:2003:431, punt 111); kif ukoll tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 43).
( 53 ) Sentenzi tat‑23 ta’ Settembru 2003, Il‑Kummissjoni vs Id‑Danimarka (C‑192/01, EU:C:2003:492, punt 52); tat‑28 ta’ Jannar 2010, Il‑Kummissjoni vs Franza (C‑333/08, EU:C:2010:44, punt 93); tad‑29 ta’ April 2010, Solgar et (C‑446/08, EU:C:2010:233, punt 70); kif ukoll tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 43).
( 54 ) Sentenza tad‑9 ta’ Settembru 2003, Monsanto Agricoltura Italia et (C‑236/01, EU:C:2003:431, punt 112).
( 55 ) Krämer, L., f’von der Groeben/Schwarze (Hrsg.), Kommentar zum Vertrag über die Europäische Union und zur Gründung der Europäischen Gemeinschaft, is-seba’ edizzjoni, Nomos, Baden-Baden, 2015, Artikolu 191 TFUE, punt 40; Scherer, J. u Heselhaus, S., Umweltrecht, punt 36, f’Dauses (Hrsg.), Handbuch des EU-Wirtschaftsrechts, C. H. Beck, München, EL 49, Novembru 2019.
( 56 ) Ara s-sentenzi tal‑5 ta’ Ottubru 1999, Lirussi u Bizzaro (C‑175/98 u C‑177/98, EU:C:1999:486, punt 51); tat‑22 ta’ Ġunju 2000, Fornasar et (C‑318/98, EU:C:2000:337, punt 37); u tas‑26 ta’ April 2005, Il‑Kummissjoni vs L‑Irlanda (C‑494/01, EU:C:2005:250, punt 165).
( 57 ) Ara Calliess, C. f’Calliess/Ruffert (Hrsg.), EUV/AEUV, il-ħames edizzjoni, 2016, Artikolu 191 TFUE, punt 32 u 33; Kahl, W. fi Streinz (Hrsg.), EUV/AEUV, it-tielet edizzjoni, 2018, Artikolu 114 TFUE, punt 81 u 82; kif ukoll Nettesheim, M. fi Grabitz/Hilf/Nettesheim (Hrsg.), Das Recht der Europäischen Union, 44. Suppliment, Mejju 2011, Artikolu 191, punt 89.
( 58 ) Ara wkoll is-sentenza tal‑21 ta’ Lulju 2011, Etimine (C‑15/10, EU:C:2011:504, punti 128 u 129).
( 59 ) Is-sitwazzjoni kienet simili fir-rigward tar-regola li fuqha kienet ibbażata s-sentenza tat‑8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C‑343/09, EU:C:2010:419, punti 60 u 64).
( 60 ) Sentenzi tal‑1 ta’ Ġunju 1994, Il‑Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi et (C‑136/92 P, EU:C:1994:211, punt 59); tat‑28 ta’ Ġunju 2005, Dansk Rørindustri et vs Il‑Kummissjoni (C‑189/02 P, C‑202/02 P, C‑205/02 P sa C 208/02 P u C‑213/02 P, EU:C:2005:408, punt 165); u tas‑16 ta’ Novembru 2017, Ludwig-Bölkow-Systemtechnik vs Il‑Kummissjoni (C‑250/16 P, EU:C:2017:871, punt 29).
( 61 ) Ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Union des industries de la protection des plantes (C‑514/19, EU:C:2020:422, punti 91 u 92).
( 62 ) Ara iktar ’il fuq, il-punt 30.
( 63 ) Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 92).
( 64 ) Ara wkoll is-sentenza tal‑21 ta’ Lulju 2011, Etimine (C‑15/10, EU:C:2011:504, punti 128 u 129).
( 65 ) Ara iktar ’il fuq, il-punti 75 et seq.
( 66 ) Bayer isemmu s-sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2017, Fidenato et (C‑111/16, EU:C:2017:676, punt 52), il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bobek fil-kawża Fidenato et (EU:C:2017:248, punti 74 sa 77) kif ukoll tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas‑26 ta’ Novembru 2002, Artegodan vs Il‑Kummissjoni (T‑74/00, T‑76/00, T‑83/00 sa T‑85/00, T‑132/00, T‑137/00 u T‑141/00, EU:T:2002:283, punti 192 u 195).
( 67 ) Sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 99). Ara wkoll il-punti 76 u 115 iktar ’il fuq.
( 68 ) Ara, iktar ’il fuq, il-punt 76.
( 69 ) Ara, iktar ’il fuq, il-punti 44 sa 49.
( 70 ) Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑22 ta’ Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432).
( 71 ) Sentenzi tat‑8 ta’ Settembru 2011, Monsanto et (C‑58/10 sa C‑68/10, EU:C:2011:553, punt 76), u tat‑13 ta’ Settembru 2017, Fidenato et (C‑111/16, EU:C:2017:676, punt 51).
( 72 ) Sentenza tat‑13 ta’ Settembru 2017, Fidenato et (C‑111/16, EU:C:2017:676, punti 50, 52 u 53).
( 73 ) Għal spjegazzjoni dwar l-informazzjoni doganali vinkolanti ara s-sentenzi tad‑29 ta’ Jannar 1998, Lopex Export (C‑315/96, EU:C:1998:31, punt 28); tat‑2 ta’ Diċembru 2010, Schenker (C‑199/09, EU:C:2010:728, punt 16); u tas‑7 ta’ April 2011, Sony Supply Chain Solutions (Europe) (C‑153/10, EU:C:2011:224, punt 24).
( 74 ) Ara s-sentenza tad‑29 ta’ Jannar 1998, Lopex Export (C‑315/96, EU:C:1998:31, punti 28 u 29).
( 75 ) EFSA, Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment for bees for the active substance clothianidin. EFSA Journal 2013, 11(1):3066 (doi:10.2903/j.efsa.2013.3066), p. 6, u European Food Safety Authority, Conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment for bees for the active substance imidacloprid. EFSA Journal 2013, 11(1):3068 (doi:10.2903/j.efsa.2013.3068), p. 6.
( 76 ) Ara s-sentenzi tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Gowan Comércio Internacional e Serviços (C‑77/09, EU:C:2010:803, punt 58), u tal‑1 ta’ Ottubru 2019, Blaise et (C‑616/17, EU:C:2019:800, punt 79).
( 77 ) Ara wkoll is-sentenzi tat‑13 ta’ Settembru 2007, Land Oberösterreich u l‑Awstrija vs Il‑Kummissjoni (C‑439/05 P u C‑454/05 P, EU:C:2007:510, punt 32), u tas‑6 ta’ Novembru 2008, Ir-Renju tal-Olanda vs Il‑Kummissjoni (C‑405/07 P, EU:C:2008:613, punt 67).
( 78 ) Sentenzi tad‑9 ta’ Settembru 2003, Monsanto Agricoltura Italia et (C‑236/01, EU:C:2003:431, punt 106); tat‑28 ta’ Jannar 2010, Il‑Kummissjoni vs Franza (C‑333/08, EU:C:2010:44, punt 91); u tad‑19 ta’ Jannar 2017, Queisser Pharma (C‑282/15, EU:C:2017:26, punt 60).
( 79 ) Sentenzi tad‑9 ta’ Settembru 2003, Monsanto Agricoltura Italia et (C‑236/01, EU:C:2003:431, punt 106); tat‑8 ta’ Settembru 2011, Monsanto et (C‑58/10 sa C‑68/10, EU:C:2011:553, punt 77); u tat‑13 ta’ Settembru 2017, Fidenato et (C‑111/16, EU:C:2017:676, punt 51).
( 80 ) Sentenza tat‑22 ta’ Diċembru 2010, Gowan Comércio Internacional e Serviços (C‑77/09, EU:C:2010:803, punti 78 u 79).
( 81 ) Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑21 ta’ Ottubru 2009 (ĠU 2009, L 309, p. 71, rettifika fil-ĠU 2010, L 161, p. 11).
( 82 ) Ara, iktar ’il fuq, il-punt 105.
( 83 ) Sentenzi tat‑8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C‑343/09, EU:C:2010:419, punt 45 u 60 sa 62), u tad‑9 ta’ Ġunju 2016, Pesce et (C‑78/16 u C‑79/16, EU:C:2016:428, punt 48).
( 84 ) Ara, iktar ’il fuq, il-punti 44 sa 49.
( 85 ) Ara s-sentenzi tas‑7 ta’ Settembru 2006, Spanja vs Il‑Kunsill (C‑310/04, EU:C:2006:521, punti 122 u 123); tat‑8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C‑343/09, EU:C:2010:419, punt 34); kif ukoll tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 73).
( 86 ) Digrieti tat‑22 ta’ Mejju 2014, Bilbaína de Alquitranes et vs ECHA (C‑287/13 P, mhux ippubblikat, EU:C:2014:599, punt 20), u tal‑4 ta’ Settembru 2014, Rütgers Germany et vs ECHA (C‑290/13 P, mhux ippubblikat, EU:C:2014:2174, punt 26).
( 87 ) Ara, iktar ’il fuq, il-punt 50.
( 88 ) Ara s-sentenzi tat‑12 ta’ Lulju 1979, L‑Italja vs Il‑Kunsill (166/78, EU:C:1979:195, punt 14); tal‑25 ta’ Ġunju 1997, L‑Italja vs Il‑Kummissjoni (C‑285/94, EU:C:1997:313, punt 23); tad‑9 ta’ Novembru 2006, Agraz et vs Il‑Kummissjoni (C‑243/05 P, EU:C:2006:708, punt 73); tat‑8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C‑343/09, EU:C:2010:419, punt 33); u tat‑30 ta’ April 2019, L‑Italja vs Il‑Kunsill (Kwota tas-sajd għall-pixxispad fil-Mediterran) (C‑611/17, EU:C:2019:332, punt 57).
( 89 ) Ara s-sentenzi tat‑8 ta’ Ġunju 2010, Vodafone et (C‑58/08, EU:C:2010:321, punti 55, 58 u 65), kif ukoll tat‑12 ta’ Mejju 2011, Il‑Lussemburgu vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑176/09, EU:C:2011:290, punt 65).
( 90 ) Ara s-sentenzi tat‑13 ta’ Marzu 2019, Il‑Polonja vs Il‑Parlament u Il‑Kunsill (C‑128/17, EU:C:2019:194, punt 31), spjegata permezz tas-sentenzi tat‑8 ta’ Lulju 2010, Afton Chemical (C‑343/09, EU:C:2010:419, punt 36, 37 u 40), u tal‑4 ta’ Mejju 2016, Pillbox 38 (C‑477/14, EU:C:2016:324, punti 64 sa 66).
( 91 ) Anness 23 għar-rikors, p. 3 (p. 633 tal-Annessi).
( 92 ) Ara s-sentenza tal‑11 ta’ Settembru 2014, MasterCard et vs Il‑Kummissjoni (C‑382/12 P, EU:C:2014:2201, punt 265).