KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
SZPUNAR
ippreżentati fis‑26 ta’ Novembru 2019 ( 1 )
Kawża C‑344/18
ISS Facility Services NV
vs
Sonia Govaerts,
Atalian NV, li kienet Euroclean NV
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-arbeidshof te Gent (il-Qorti Industrijali ta’ Gent, il-Belġju))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2001/23/KE – Artikolu 3(1) – Trasferimenti ta’ impriżi – Salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema – Kuntratt pubbliku li jirrigwarda s-servizzi ta’ tindif – Attribuzzjoni tal-lottijiet tal-kuntratt lil żewġ offerenti rebbieħa ġodda – Impjieg mill-ġdid ta’ ħaddiem tal-ex offerent rebbieħ uniku assenjat fil-lottijiet kollha tal-kuntratt – Konsegwenzi tat-trasferiment ta’ entità ekonomika lil żewġ ċessjonarji”
I. Introduzzjoni
|
1. |
Fil-kawża preżenti, l-arbeidshof te Gent (il-Qorti Industrijali ta’ Gent, il-Belġju) għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23/KE ( 2 ). |
|
2. |
Din id-domanda saret fil-kuntest ta’ kawża bejn Sonia Govaerts u, minn naħa, ISS Facility Services NV, li hija kienet impjegata magħha, u, min-naħa l-oħra, Atalian NV, dwar it-tkeċċija tagħha u l-konsegwenzi tagħha wara l-aġġudikazzjoni mill-ġdid lil din tal-aħħar tal-kuntratt pubbliku inizjalment miżmum minn dik tal-ewwel. |
|
3. |
L-eżami ta’ din id-domanda ser iwassal lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi għall-ewwel darba dwar il-konsegwenzi tat-trasferiment ta’ entità ekonomika lil żewġ ċessjonarji fir-rigward tas-salvagwardja tad-drittijiet u tal-obbligi tal-ħaddiema mogħtija fl-Artikolu 3(1)tad-Direttiva 2001/23. |
II. Il-kuntest ġuridiku
A. Id-dritt tal-Unjoni
|
4. |
Il-premessa 3 tad-Direttiva 2001/23 tistabbilixxi: “Huwa neċessarju li jigi pprovdut għall-protezzjoni ta’ l-impjegati fil-każ li jinbidel min jimpjega, b’mod partikulari, sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu salvagwardjati.” |
|
5. |
L-Artikolu 1(1)(a) u (b) ta’ din id-direttiva jipprevedi:
|
|
6. |
L-Artikolu 2(2)tal-imsemmija direttiva, huwa fformulat kif ġej: “Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali f’dak li jirrigwarda d-definizzjoni ta’ kuntratt ta’ mpjieg jew relazzjoni ta’ mpjieg. Madanakollu, l-Istati Membri m’għandhomx jeskludu mill-iskop ta’ din id-Direttiva kuntratti ta’ mpjieg jew relazzjonijiet ta’ mpjieg biss minħabba:
[…]” |
|
7. |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) ta’ din l-istess direttiva: “Id-drittijiet u l-obbliġi ta’ min jagħmel it-trasferiment ikkawżati minn kuntratt ta’ mpjieg jew minn relazzjoni ta’ mpjieg eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu trasferiti lil min lilu jsir it-trasferiment.” |
|
8. |
Skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2001/23: “1. It-trasferiment ta’ l-impriża, n-negozju jew xi parti mill-impriza jew negozju m’għandux fih innifsu jikkostitwixixi bażi għal tkeċċija minn min jagħmel it-trasferiment jew minn min lilu jsir it-trasferiment. Din id-dispożizzjoni m’għandhiex tkun ta’ xkiel għal tkeċċijiet li jistgħu iseħħu għal raġunijiet ekonomiċi, tekniċi jew ta’ l-organizzazzjoni li jinvolvu bidliet fin-nies li jkunu jaħdmu. […] 2. Jekk il-kuntratt ta’ l-impjieg jew ir-relazzjoni tax-xogħol jintemmu minħabba li t-trasferiment jinvolvi bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment ta’ l-impjegat, min jimpjega għandu jitqies bħala responsabbli għat-tmiem tal-kuntratt ta’ l-impjieg jew ir-relazzjoni ta’ l-impjieg.” |
B. Id-dritt Belġjan
|
9. |
Il-Ftehim Kollettiv tax-Xogħol Nru 32a tas‑7 ta’ Ġunju 1985 dwar is-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ bidla tal-persuna li timpjega minħabba trasferiment li jirriżulta minn ftehim ta’ impriża u li jirregola d-drittijiet tal-ħaddiema impjegati mill-ġdid fil-każ ta’ akkwist tal-attiv wara falliment jew arranġament ġuridiku bi trasferiment tal-attiv, li sar obbligatorju permezz ta’ Digriet Irjali tal‑25 ta’ Lulju 1985 ( 3 ), hekk kif emendat bil-Ftehim Kollettiv tax-Xogħol Nru 32d tat‑13 ta’ Marzu 2002, li sar obbligatorju permezz ta’ Digriet Irjali tal‑14 ta’ Marzu 2002 ( 4 ) (iktar ’il quddiem il-“Ftehim Kollettiv Nru 32a”), jittrasponi fid-dritt Belġjan id-Direttiva 2001/23. |
|
10. |
Skont l-Artikolu 1 tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a: “Dan il-ftehim kollettiv tax-xogħol għandu bħala għan ewlieni li jiggarantixxi:
Barra minn hekk, dan il-ftehim jirregola l-informazzjoni tal-ħaddiema kkonċernati minn trasfriment meta ma jkunx hemm rappreżentanti tal-ħaddiema fl-impriża.” |
|
11. |
Skont l-Artikolu 2 tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a: “Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-ftehim kollettiv tax-xogħol it-terminu:
[…]” |
|
12. |
L-Artikolu 6 tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a jipprevedi: “Dan il-kapitolu japplika għal kull bidla tal-persuna li timpjega li tirriżulta minn trasferiment li jirriżulta minn ftehim ta’ impriża jew ta’ parti ta’ impriża, bl-esklużjoni tal-każijiet previsti fil-Kapitolu III ta’ dan il-ftehim kollettiv tax-xogħol. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1, f’dan il-ftehim kollettiv tax-xogħol għandu jitqies bħala trasferiment, it-trasferiment ta’ entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha, jigifieri għaqda organizzata ta’ riżorsi, bil-għan ta’ twettiq ta’ attività ekonomika, irrispettivament minn hekk din tkunx ċentrali jew anċillari.” |
|
13. |
L-Artikolu 7 tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a jipprovdi kif ġej: “Id-drittijiet u l-obbliġi taċ-ċedent li jirriżultaw minn kuntratti ta’ xogħol eżistenti fid-data tat-trasferiment fis-sens tal-Artikolu 1(1) għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu ttrasferiti liċ-ċessjonarju.” |
|
14. |
L-Artikolu 10 tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a jipprovdi: “Jekk il-kuntratt ta’ xogħol jiġi xolt peress li t-trasferiment, fis-sens tal-Artikolu 1(1) iwassal għal bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment tal-ħaddiem, il-persuna li timpjega għandha titqies bħala responsabbli għax-xoljiment tal-kuntratt tax-xogħol.” |
III. Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali, id-domanda preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
15. |
S. Govaerts kienet impjegata bħala fattiga mis‑16 ta’ Novembru 1992 mal-kumpannija Multiple Immo Services NV, u wara mas-suċċessuri fid-dritt tagħha, l-ewwel il-kumpannija CCA NV u wara l-kumpannija ISS Facility Services. Hija kienet marbuta mal-persuna li timpjegaha permezz ta’ tliet kuntratti ta’ xogħol part-time distinti. |
|
16. |
Fl‑1 ta’ Settembru 2004, S. Govaerts ikkonkludiet kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat ġdid ma’ ISS Facility Services, filwaqt li żammet l-anzjanità tagħha miksuba mis‑16 ta’ Novembru 1992. ISS Facility Services kienet responsabbli għat-tindif u għall-manutenzjoni ta’ diversi bini fil-belt ta’ Gent imqassam fi tliet lottijiet. L-ewwel lott kien jinkludi l-mużewijiet u l-bini storiku, it-tieni lott kien jinkludi l-libreriji u ċ-ċentri ċiviċi u, it-tielet lott kien jinkludi l-bini amministrattiv. Fl‑1 ta’ April 2013, S. Govaerts saret maniġer responsabbli għal tliet siti li jikkorrispondu għal dawn il-lottijiet. Hija kienet taħt inkapaċità għax-xogħol mit‑23 ta’ April sas‑26 ta’ Lulju 2013. |
|
17. |
Il-belt ta’ Gent nediet sejħa għal offerti fir-rigward tal-lottijiet kollha imsemmija iktar ’il fuq, għall-perijodu ta’ bejn l‑1 ta’ Settembru 2013 u l‑31 ta’ Awwissu 2016. Fit-tmiem ta’ din il-proċedura, fit‑13 ta’ Ġunju 2013, ISS Facility Services ma ntgħażlitx. L-ewwel u t-tielet lott ġew attribwiti lil Atalian, filwaqt li t-tieni lott ġie attribwit lil Cleaning Masters. |
|
18. |
Fl‑1 ta’ Lulju 2013, ISS Facility Services informat lil Atalian li, peress li S. Govaerts kienet taħdem full-time f’dawn is-siti, li madwar 85 % minnhom kienu ttieħdu minn Atalian, il-Ftehim Kollettiv Nru 32a kellu jiġi applikat fir-rigward tagħha. Atalian ikkontestat din l-analiżi fit‑3 ta’ Lulju 2013. |
|
19. |
Permezz ta’ ittra rreġistrata tat‑30 ta’ Awwissu 2013, ISS Facility Services informat lil S. Govaerts li, minħabba t-trasferiment tal-impriża u l-assenjazzjoni tagħha fis-siti li jikkorrispondu għall-lottijiet 1 u 3, hija kienet ser tidħol fis-servizz ta’ Atalian mill‑1 ta’ Settembru 2013, data li minnha hija ma kinitx ser tibqa’ tagħmel iktar parti mill-persunal ta’ ISS Facility Services. Bħala konsegwenza ta’ dan, ISS Facility Services ħarġet lil S. Govaerts ċertifikat ta’ qgħad li jindika d-data tal‑31 ta’ Awwissu 2013 bħala l-aħħar ġurnata ta’ impjieg. |
|
20. |
Permezz ta’ ittra rreġistrata tat‑30 ta’ Awwissu 2013, ISS Facility Services indikat lil Atalian li l-kuntratt ta’ xogħol ta’ S. Govaerts kien ser jiġi ttrasferit lilha ipso jure mill‑1 ta’ Settembru 2013 u li, mit-Tnejn, 2 ta’ Settembru 2013, S. Govaerts kienet ser tkun tista’ tirrapporta biss lil Atalian. |
|
21. |
Fit‑3 ta’ Settembru 2013, Atalian għarrfet lil ISS Facility Services li hija ma kinitx tqis li kien sar trasferiment ta’ impriża fis-sens tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a u li, għaldaqstant, ma kien hemm ebda relazzjoni kuntrattwali li torbotha ma’ S. Govaerts. |
|
22. |
Fit‑18 ta’ Novembru 2013, S. Govaerts ippreżentat rikors kemm kontra ISS Facility Services kif ukoll kontra Atalian quddiem l-arbeidsrechtbank te Gent (it-Tribunal Industrijali ta’ Gent, il-Belġju) intiż sabiex tikseb il-ħlas ta’ kumpensi għal avviż tat-temm ta’ impjieg, ta’ bonus tal-aħħar tas-sena pro rata temporis, kif ukoll ta’ bonus għal vaganzi għall-perijodi ta’ riferiment annwali 2012 u 2013. |
|
23. |
Permezz ta’ sentenza tal‑15 ta’ Ottubru 2015, din il-qorti qieset li t-tkeċċija ta’ S. Govaerts kienet irregolari u kkundannat lil ISS Facility Services tħallas kumpens għal avviż tat-temm ta’ impjieg ta’ EUR 81 561.07, bonus tal-aħħar tas-sena ta’ EUR 1 841.92 u bonus għal vaganzi ta’ EUR 4 343.28, flimkien mal-interessi f’dak li jirrigwarda dawn it-tliet ammonti. Minn naħa tiegħu, ir-rikors kontra Atalian ġie deċiż inammissibbli. |
|
24. |
Din il-qorti ddeċidiet b’mod partikolari, li l-Ftehim Kollettiv Nru 32a ma kienx applikabbli fir-rigward ta’ S. Govaerts sa fejn hija kienet responsabbli, bħala maniġer, għall-ippjanar tax-xogħlijiet ta’ tindif u għat-twettiq tagħhom, jiġifieri li hija kienet inkarigata mill-kompiti amministrattivi u organizzattivi u ma kinitx tipparteċipa, fis-siti tal-belt ta’ Gent, fix-xogħlijiet ta’ tindif li kienu s-suġġett tat-trasferiment. Bħala konsegwenza, S. Govaerts ma kinitx awtomatikament daħlet fis-servizz ta’ Atalian fl‑1 ta’ Settembru 2013. |
|
25. |
ISS Facility Services appellat minn din is-sentenza quddiem l-arbeidshof te Gent (il-Qorti Industrijali ta’ Gent). Hija sostniet li, b’applikazzjoni tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a, il-kuntratt ta’ xogħol ta’ S. Govaerts kien ġie ttrasferit, mill‑1 ta’ Settembru 2013, f’ammont ta’ 85 % lil Atalian u f’ammont ta’ 15 % lil Cleaning Masters. |
|
26. |
Bil-kontra tal-arbeidsrechtbank te Gent (it-Tribunal Industrijali ta’ Gent), il-qorti tar-rinviju tqis li, fil-kawża preżenti, l-identità tal-entità ekonomika kienet inżammet fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/23 u li għaldaqstant kien seħħ trasferiment ta’ impriża fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Minn dan hija tiddeduċi li, konformement mal-Artikolu 7 tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a li jirriproduċi l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent mill-kuntratti ta’ xogħol eżistenti fid-data tat-trasferiment, jiġifieri l‑1 ta’ Settembru 2013, kienu ġew, minħabba dan it-trasferiment, ittrasferiti ipso jure lil Atalian u lil Cleaning Masters fil-kapaċità tagħhom ta’ ċessjonarji. |
|
27. |
Sa fejn il-kompiti ta’ S. Govaerts jirrigwardaw esklużivament is-siti tal-belt ta’ Gent, il-qorti tar-rinviju tqis li hija kienet tagħmel parti, fl‑1 ta’ Settembru 2013, mill-impriża ttrasferita. Għaldaqstant, hija tistaqsi dwar il-konsegwenzi, fid-dawl tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23, ta’ dan it-trasferiment ta’ impriża fir-rigward tal-kuntratt ta’ xogħol ta’ S. Govaerts. |
|
28. |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-arbeidshof te Gent (il-Qorti Industrijali ta’ Gent), permezz ta’ deċiżjoni tal‑14 ta’ Mejju 2018, li wasslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fil‑25 ta’ Mejju 2018, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domanda preliminari li ġejja lill-Qorti tal-Ġustizzja: “L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva [2001/23] għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ trasferiment simultanju ta’ diversi partijiet ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 1(1) [ta’ din id-direttiva], lil diversi ċessjonarji, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol, li jeżistu fid-data tat-trasferiment, ta’ ħaddiem li kien impjegat f’kull waħda mill-partijiet ittrasferiti, huma ttrasferiti lil kull wieħed miċ-ċessjonarji, madankollu proporzjonalment mal-firxa tal-impjieg tal-ħaddiem inkwistjoni fil-parti tal-impriża akkwistata minn kull wieħed miċ-ċessjonarji, jew [fis-sens] li d-drittijiet u l-obbligi msemmija iktar ’il fuq huma ttrasferiti sħaħ liċ-ċessjonarju li akkwista l-parti tal-impriża li fiha l-ħaddiem inkwistjoni kien impjegat prinċipalment, jew ukoll [fis-sens] li, jekk id-dispożizzjonijiet [tal-imsemmija direttiva] ma jistgħux jiġu interpretati b’ebda mill-modi msemmija iktar ’il fuq, ma hemm trasferiment ta’ drittijiet u obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol tal-ħaddiem inkwistjoni lil ebda miċ-ċessjonarji, liema fatt huwa l-istess fil-każ meta ma jkunx possibbli li tiġi ddeterminata separatament il-firxa tal-impjieg tal-ħaddiem f’kull waħda mill-partijiet ittrasferiti mill-impriża?” |
|
29. |
Osservazzjonijiet bil-miktub ġew ippreżentati minn S. Govaerts, minn ISS Facility Services, minn Atalian kif ukoll mill-Kummissjoni Ewropea. Il-partijiet kollha dehru sabiex jippreżentaw l-osservazzjonijiet orali tagħhom waqt is-seduta li nżammet fit‑8 ta’ Mejju 2019. |
IV. Analiżi
A. Kummenti preliminari
|
30. |
L-ewwel u t-tieni premessa tad-Direttiva 77/187/KEE ( 5 ) jistabbilixxu li “[l]-iżvilupp ekonomiku qiegħed iwassal, kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll fuq il-livell Komunitarju, għal bidliet fl-istrutturi tal-impriż li jseħħu, fost oħrajn, permezz ta’ trasferimenti ta’ impriżi, ta’ negozji jew ta’ partijiet ta’ negozji lil persuni oħra li jimpjegaw, b’riżultat ta’ trasferimenti jew ta’ amalgamazzjonijiet” [traduzzjoni mhux uffiċjali] u li, f’dan il-kuntest, “[d]ispożizzjonijiet huma neċessarji għall-protezzjoni tal-ħaddiema […] b’mod partikolari sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tagħhom ikunu ssalvagwardati” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. |
|
31. |
Dawn il-premessi ġew irriprodotti fid-Direttiva 2001/23, li ħassret u ssostitwixxiet id-Direttiva 77/187 ( 6 ). |
|
32. |
Għandu jitfakkar fil-qosor li, hekk kif enfassizzat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, id-Direttiva 77/187 tipprevedi biss armonizzazzjoni parzjali tad-dritt industrijali nazzjonali, billi testendi, essenzjalment, il-protezzjoni ggarantita lill-ħaddiema b’mod awtonomu mid-dritt tal-Istati Membri differenti ukoll għall-każ ta’ trasferiment tal-impriza ( 7 ). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet repetutament li d-Direttiva 2001/23 hija intiża li tiżgura s-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ bidla tal-persuna li timpjega billi tippermettilhom jibqgħu fis-servizz tal-persuna l-ġdida li timpjega bl-istess kundizzjonijiet bħal dawk miftiehma maċ-ċedent ( 8 ). Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan tad-Direttiva 2001/23 huwa għaldaqstant li tiġi ggarantita, sa fejn ikun possibbli, il-kontinwazzjoni tal-kuntratt ta’ xogħol jew tar-relazzjoni ta’ xogħol, mingħajr tibdil, maċ-ċessjonarju, sabiex jiġi evitat li l-ħaddiema kkonċernati mit-trasferiment tal-impriża jitqiegħdu f’pożizzjoni inqas favorevoli sempliċement minħabba dan it-trasferiment ( 9 ). Madankollu, id-Direttiva 2001/23 ma għandhiex bħala għan li jiġu evitati r-ristrutturazzjonijiet tal-impriżi intiżi sabiex dawn isiru iktar kompetittivi u effikaċi. Fil-fatt, din id-direttiva tindirizza biss il-konsegwenzi soċjali ta’ tali ristrutturazzjonijiet billi tnaqqas l-effetti tagħhom. Għalkemm, konformement mal-għan tal-imsemmija direttiva, għandhom jiġu protetti l-interessi tal-ħaddiema kkonċernati mit-trasferiment, madankollu ma jistgħux jiġu mxekkla dawk taċ-ċessjonarju, li għandu jkun fil-pożizzjoni li jagħmel l-aġġustamenti u t-tibdiliet meħtieġa għat-tkomplija tal-attività tiegħu ( 10 ). Hekk kif fakkret ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja fil-ġurisprudenza tagħha, id-Direttiva 2001/23 ma tfittixx biss li tissalvagwarda, waqt trasferiment ta’ impriża, l-interessi tal-ħaddiema, iżda tfittex ukoll li tiżgura bilanċ ġust bejn l-interessi ta’ dawn tal-aħħar, minn naħa, u dawk taċ-ċessjonarju, min-naħa l-oħra ( 11 ). |
|
33. |
Qabel kollox, id-Direttiva 77/187 ġiet emendata fir-rigward tal-mertu permezz tad-Direttiva 98/50/KE ( 12 ) sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, u sussegwentement ġiet ikkodifikata, mingħajr emendi fir-rigward tal-mertu, permezz tad-Direttiva 2001/23. B’mod partikolari, il-kunċett ta’ “trasferiment ta’ impriża” ġie introdott permezz tad-Direttiva 98/50 u jidher fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2001/23. Għaldaqstant, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relatata mad-Direttiva 77/187 tirriżulta utli ħafna għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/23. Din il-ġurisprudenza, sa fejn hija essenzjalment ibbażata fuq evalwazzjoni każ b’każ, hija utli wkoll sabiex jinftiehmu l-kunċett ta’ “trasferiment ta’ impriża” fis-sens tad-Direttiva 2001/23 u l-konsegwenzi, għal ħaddiem, ta’ tali trasferiment abbażi tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. |
B. Fuq id-domanda preliminari
|
34. |
Mill-kuntest fattwali u ġuridiku tal-kawża prinċipali jirriżulta li S. Govaerts kienet impjegata minn ISS Facility Services bħala maniġer responsabbli għas-servizzi ta’ tindif u ta’ manutenzjoni pprovduti minn din l-impriża lill-belt ta’ Gent. Dan il-kuntratt, li kien jirrigwarda bini muniċipali mqassam fi tliet lottijiet, kien is-suġġett ta’ sejħa għal offerti ġdida, li fit-tmiem tagħha dawn il-lottijiet ġew attribwiti lil żewġ impriżi ġodda tat-tindif, il-kumpannija Atalian, minn naħa, li kisbet żewġ lottijiet, u l-kumpannija Cleaning Masters, min-naħa l-oħra, li kisbet lott wieħed. |
|
35. |
Permezz tad-domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, essenzjalment, fuq il-punt dwar jekk l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, fil-każ ta’ trasferiment simultanju lil diversi ċessjonarji ta’ diversi partijiet ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol eżistenti fid-data tat-trasferiment, għal kull waħda mill-partijiet tal-impriża ttrasferita, huma ttrasferiti lil kull wieħed miċ-ċessjonarji pro rata għall-funzjonijiet eżerċitati mill-ħaddiem. |
|
36. |
Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi ddeterminat minn qabel jekk id-Direttiva 2001/23 hijiex applikabbli fil-każ inkwistjoni. Fil-fatt, id-Direttiva 2001/23 hija intiża li tapplika għall-kawża prinċipali biss jekk hemm “trasferiment ta’ impriża” fis-sens tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva. |
|
37. |
Qabel kollox, infakkar li l-evalwazzjonijiet ta’ fatt neċessarji sabiex tiġi stabbilita jew le l-eżistenza ta’ trasferiment ta’ impriża jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti nazzjonali, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-elementi ta’ interpretazzjoni speċifiċi fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ( 13 ). |
|
38. |
Għandu jiġi kkonstatat li, għalkemm il-qorti tar-rinviju, fid-deċiżjoni tagħha, ma tesprimix dubji fir-rigward tal-applikabbiltà tad-Direttiva 2001/23 għall-kawża prinċipali, il-partijiet li ppreżentaw osservazzjonijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għall-kuntrarju ddefendew pożizzjoni differenti fuq il-punt dwar jekk hemmx jew le “trasferiment ta’ impriża” fis-sens tal-Artikolu 1(1) ta’ din id-direttiva. |
|
39. |
ISS Facility Services u l-Kummissjoni jsostnu li l-entità ekonomika ġiet ittrasferita fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23. Għall-kuntrarju, S. Govaerts u Atalian isostnu li ma jistax ikun hemm trasferiment ta’ impriża fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta entità ekonomika tiġi ttrasferita lil diversi ċessjonarji. |
|
40. |
Minn dan isegwi li ser neżamina, fl-ewwel lok, l-applikabbiltà tad-Direttiva 2001/23, qabel ma niċċara, fit-tieni lok, il-portata tal-protezzjoni tad-drittijiet u tal-obbligi tal-ħaddiema mogħtija fl-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva. |
1. Il-kwistjoni tal-applikabbiltà tad-Direttiva 2001/23
|
41. |
Qabel kollox, għandu jitfakkar li, abbażi tal-Artikolu 1(1)(ċ) tad-Direttiva 2001/23, din tapplika għall-impriżi pubbliċi u privati li jeżerċitaw attivita ekonomika, kemm jekk bi skop ta’ lukru kif ukoll jekk le. Barra minn hekk, it-trasferiment ta’ attività ekonomika minn persuna ġuridika rregolata mid-dritt pubbliku lil persuna ġuridika rregolata mid-dritt privat ( 14 ) jew, bil-kontra, minn impriża privata lis-settur pubbliku ( 15 ) ma huwiex eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, hija biss ir-riorganizzazzjoni tal-istrutturi tal-amministrazzjoni pubblika jew it-trasferiment ta’ funzjonijiet amministrattivi bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi li hija eskluża ( 16 ). Minn dan isegwi li l-fatt li waħda mill-partijiet ikkonċernati tkun, bħal fil-kawża prinċipali, muniċipalità, jiġifieri, f’dan il-każ, il-belt ta’ Gent, ma jipprekludix, fih innifsu, li d-Direttiva 2001/23 tkun applikabbli ( 17 ). |
|
42. |
Sussegwentement, mill-kliem stess tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2001/23 jirriżulta li l-applikazzjoni tagħha hija suġġetta għal tliet kundizzjonijiet: it-trasferiment għandu jwassal għal bidla fir-rigward tal-persuna li timpjega, għandu jirrigwarda impriża, negozju jew parti ta’ negozju, u għandu jirriżulta minn ftehim. Dawn it-tliet kundizzjonijiet diġà ġew eżaminati mill-Qorti tal-Ġustizzja f’ġurisprudenza abbundanti. Għal finijiet ta’ ċarezza, nixtieq madankollu nerġa’ nittratta fil-qosor kull waħda minnhom, filwaqt li nillimita ruħi għall-aspetti relatati mal-partikolaritajiet ta’ din il-kawża. |
a) It-trasferiment għandu jkun marbut mal-bidla fir-rigward tal-persuna li timpjega u jirriżulta minn ftehim
|
43. |
Fir-rigward taż-żewġ kundizzjonijiet li jipprovdu li t-trasferiment għandu jkun marbut mal-bidla fir-rigward tal-persuna li timpjega u jirriżulta minn ftehim, hemm lok li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja, fil-ġurisprudenza tagħha, qieset li l-kunċett ta’ “trasferiment li jirriżulta minn ftehim” fis-sens tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2001/23 għandu jiġi interpretat b’mod “biżżejjed flessibbli […] sabiex jintlaħaq l-għan tad-Direttiva li huwa […] li jiġu protetti l-impjegati f’każ ta’ trasferiment tal-impriża tagħhom” ( 18 ). B’hekk, il-Qorti tla-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23 jestendi għall-“possibbiltajiet kollha ta’ tibdil, fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kuntrattwali, tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-operazzjoni tal-impriża […] li […] tassumi l-obbligi tal-persuna li timpjegaha fir-rigward tal-impjegati tal-impriża” ( 19 ), irrispettivament minn jekk il-proprjetà tal-impriża ġietx ittrasferita jew jekk jeżistux relazzjonijiet kuntrattwali diretti bejn iċ-ċedent u ċ-ċessjonarju ( 20 ). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja, billi bbażat ruħha dejjem fuq l-għan segwit mid-Direttiva 2001/23, iddeċidiet li din tista’ tapplika indipendentement min-natura tat-tranżazzjoni legali li permezz tagħha impriża tissuċċedi lil impriża oħra u min-nuqqas ta’ rabtiet kuntrattwali diretti bejn il-persuni li jimpjegaw suċċessivi ( 21 ). Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta b’mod ċar li l-modalitajiet tat-trasferiment huma irrilevanti. |
|
44. |
Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat fil-ġurisprudenza tagħha, l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23 għall-kuntratti għal servizzi ( 22 ), inklużi l-kuntratti pubbliċi ( 23 ). B’hekk, meta kuntratt pubbliku li jirrigwarda s-servizzi ta’ tindif tal-bini muniċipali, bħal f’dan il-każ, ikun is-suġġett ta’ sejħa għal offerti ġdida, li fit-tmiem tagħha, dan jiġi attribwit lil offerent rebbieħ ġdid jew lil diversi offerenti rebbieħa ġodda, l-applikabbiltà ta’ din id-direttiva ma hijiex, bħala prinċipju, eskluża. |
|
45. |
Nixtieq infakkar ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà qieset li l-fatt li d-dispożizzjonijiet ta’ ftehim kollettiv jimponu surroga fuq l-impriża l-ġdida fil-kuntratti ta’ xogħol huwa, fi kwalunkwe każ, mingħajr effett fuq il-fatt li t-trasferiment jirrigwarda entità ekonomika ( 24 ). Minn din il-ġurisprudenza jirriżulta li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23 ma huwiex limitat għat-trasferimenti biss li jseħħu permezz ta’ ftehimiet konklużi b’mod volontarju bejn il-partijiet ikkonċernati u jinkludi wkoll it-trasferimenti li huma bbażati fuq obbligu previst minn ftehim kollettiv. |
|
46. |
Għaldaqstant, il-fatt li t-trasferiment tal-persunal kollu li jwettaq xogħol ta’ tindif ma huwiex ibbażat fuq ir-rieda awtonoma tal-partijiet ikkonċernati, iżda fuq obbligu previst minn ftehim kollettiv settorjali, ma jeskludix il-kawża preżenti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva ( 25 ). |
b) It-trasferiment għandu jirrigwarda impriża, negozju jew parti ta’ negozju
|
47. |
F’dak li jirrigwarda l-kundizzjoni li tipprevedi li t-trasferiment għandu jirrigwarda impriża, negozju jew parti ta’ negożju, S. Govaerts issostni, bil-kontra ta’ dak li ddeċidiet il-qorti tar-rinviju, li ma jistax ikun hemm trasferiment ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2001/23 meta entità ekonomika tkun ittrasferita lil diversi ċessjonarji. S. Govaerts issostni, billi tibbaża ruħa fuq il-punti 36 u 41 tas-sentenza CLECE ( 26 ) dwar it-trasferiment ta’ impriża fil-kuntest ta’ aġġudikazzjoni tas-servizzi ta’ tindif, kif ukoll fuq is-sentenza Botzen et ( 27 ), li trasferiment ta’ impriża ma jinkludix il-ħaddiema li, filwaqt li huma assenjati f’dipartiment amministrattiv tal-impriża li ma ġiex huwa stess ittrasferit, iwettqu ċerti kompiti għall-parti ttrasferita tal-impriża. Minn dan S. Govaerts tiddeduċi ( 28 ) li, peress li ma kinitx assenjata għal żmien twil u speċifikament f’wieħed jew f’diversi mid-dipartimenti ttrasferiti, hija ma kinitx taqa’ taħt l-entità ekonomika li kienet is-suġġett ta’ trasferiment ta’ impriża. Hija tippreċiża li “bilkemm” ħadmet fis-siti ta’ tindif inkwistjoni, b’teħid inkunsiderazzjoni tad-data li fiha dawn tal-aħħar ġew fdati lilha u tal-inkapaċità tagħha għax-xogħol matul il-perijodu ta’ bejn it‑23 ta’ April u s‑26 ta’ Lulju 2013. |
|
48. |
Jiena mhux konvint minn dan l-argument li, fl-opinjoni tiegħi, huwa bbażat fuq qari żbaljat ta’ dawn is-sentenzi. |
|
49. |
Fl-ewwel lok, nixtieq infakkar li l-kunċett ta’ “impjegat” fis-sens tad-Direttiva 2001/23 huwa ddefinit fl-Artikolu 2(1)(d) tagħha bħala “kull persuna li, fl-Istat Membru kkonċernat, hija protetta bħala impjegata taħt il-liġi nazzjonali ta’ l-impjieg” ( 29 ). Tali persuna, peress li hija protetta mil-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala persuna impjegata u għandha kuntratt ta’ xogħol fid-data tat-trasferiment, tista’ titqies bħala “impjegat” u tibbenefika b’hekk mill-protezzjoni tad-Direttiva 2001/23 ( 30 ). Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-ftehim kollettiv applikabbli f’dan il-każ jirrigwarda l-ħaddiema kollha li jwettqu xogħlijiet ta’ tindif fis-siti li jaqgħu taħt wieħed mit-tliet lottijiet tal-belt ta’ Gent ( 31 ). Min-naħa l-oħra, la mid-deċiżjoni tar-rinviju u lanqas mill-fajl għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżulta li S. Govaerts ma hijiex protetta bħala “impjegat” mid-dritt nazzjonali, u għaldaqstant ma hijiex ikkunsidrata bħala “impjegat”. |
|
50. |
It-tieni nett, skont ġurispridenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex jiġi ddeterminat jekk hemmx “trasferiment” tal-impriża, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23, il-kriterju deċiżiv huwa dak dwar jekk l-entità inkwistjoni żżomx l-identità tagħha, fatt li jirriżulta partikolarment mit-tkomplija effettiva tal-operat jew mit-tkomplija mill-ġdid tiegħu ( 32 ). Din il-formulazzjoni ġiet introdotta mid-Direttiva 98/50 fit-test tad-Direttiva 77/187 u tinsab fl-Artikolu 1(1)(b) tad-Direttiva 2001/23. |
|
51. |
B’hekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk tali entità żżommx l-identità tagħha, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi fattwali kollha li jikkaratterizzaw l-operazzjoni inkwistjoni, fosthom, b’mod partikolari, it-tip ta’ impriża jew negozju inkwistjoni, it-trasferiment jew nuqqas ta’ trasferiment ta’ elementi korporali, bħal bini jew beni mobbli, il-valur tal-elementi inkorporali meta seħħ it-trasferiment, l-impjieg mill-ġdid jew in-nuqqas ta’ impjieg mill-ġdid tal-maġġoranza tal-persunal mill-proprjetarju l-ġdid, it-trasferiment jew in-nuqqas ta’ trasferiment tal-klijentela, kif ukoll il-livell ta’ xebh bejn l-attivitajiet imwettqa qabel u dawk imwettqa wara t-trasferiment u t-tul ta’ sospensjoni eventwali ta’ dawn l-attivitajiet. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, dawn l-elementi madankollu jikkostitwixxu biss aspetti parzjali tal-evalwazzjoni komplessiva li għandha ssir u ma jistgħux għaldaqstant jiġu evalwati b’mod iżolat ( 33 ). |
|
52. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat ukoll li entità ekonomika tista’, f’ċerti setturi, tiffunzjona mingħajr ebda attiv, tanġibbli jew mhux tanġibbli, sinjifikattiv, b’tali mod li ż-żamma tal-identità tagħha wara t-tranżazzjoni li taffettwaha ma tistax, loġikament, tiddependi fuq it-trasferiment ta’ tali attiv ( 34 ). Wara s-sentenza Süzen ( 35 ), hija qieset li, sa fejn, f’ċerti setturi li fihom l-attività hija essenzjalment ibbażata fuq il-ħaddiema, bħalma huwa l-każ partikolarment f’dak li jirrigwarda s-servizzi ta’ tindif, grupp ta’ ħaddiema li jwettaq fit-tul attività ekonomika jista’ jikkostitwixxi entità ekonomika, “tali entità tista’ żżomm l-identità tagħha wara t-trasferiment tagħha meta l-proprjetarju l-ġdid ma jillimitax ruħu li jkompli l-attività inkwistjoni iżda jieħu wkoll il-maġġoranza, f’termini ta’ numru u ta’ kompetenzi, tal-persunal li l-predeċessur tiegħu kien speċifikament jiddedika għal din il-funzjoni”. F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “il-proprjetarju l-ġdid […] jikseb il-grupp organizzat ta’ elementi li jippermettilu li b’mod stabbli jkompli l-attivitajiet jew uħud mill-attivitajiet tal-proprjetarju preċedenti” ( 36 ). |
|
53. |
It-tielet nett, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, “[t]ikkostitwixxi [entità ekonimika] kull entità organizzata ta’ persuni u ta’ elementi li jippermettu l-eżerċizzju ta’ attività ekonomika li ssegwi għan proprju u li hija strutturata u awtonoma biżżejjed” ( 37 ). B’hekk, għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23, l-entità ekonomika kkonċernata għandha, qabel it-trasferiment, tgawdi, b’mod partikolari, minn awtonomija funzjonali suffiċjenti, peress li l-kunċett ta’ “awtonomija” jirreferi għas-setgħat, mogħtija lill-persuni responsabbli mill-grupp ta’ ħaddiema kkonċernat, li jorganizzaw, b’mod relattivament liberu u indipendenti, ix-xogħol fi ħdan l-imsemmi grupp u, b’mod iktar partikolari, li jagħtu istruzzjonijiet u li jqassmu funzjonijiet lill-ħaddiema suġġetti li jappartjenu għal dan il-grupp, u dan mingħajr l-intervent dirett min-naħa ta’ strutturi oħra ta’ organizzazzjoni tal-persuna li timpjega ( 38 ). |
|
54. |
Għaldaqstant, fl-opinjoni tiegħi, fil-każ fejn, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, S. Govaerts, bħala maniġer, kienet tifforma parti mill-grupp awtonomu tal-ħaddiema ttrasferiti li għalih hija kellha tipprevedi qafas speċjali, kemm fuq is-sit kif ukoll fis-sede tal-impriża, huwa evidenti, kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, li din kienet assenjata fl-entità ekonomika ttrasferita. Is-sitwazzjoni kienet tkun differenti kieku S. Govaerts ma kinitx wettqet il-maġġoranza tal-attivitajiet tagħha fil-kuntest tal-entità ekonomika kkonċernata, iżda “filwaqt li [kienet assenjata] f’dipartiment amministrattiv tal-impriża li [ma kienx] ġie huwa stess ittrasferit, [hija kienet wettqet] ċerti kompiti għall-parti ttrasferita” ( 39 ). Madankollu, dan ma huwiex il-każ fil-kawża preżenti peress li S. Govaerts kienet responsabbli, fi ħdan l-entità ekonomika ttrasferita, għall-ippjanar u għall-organizzazzjoni tax-xogħlijiet li kellhom jitwettqu fis-siti li jaqgħu taħt it-tliet lottijiet tal-belt ta’ Gent u kienet għaldaqstant tifforma parti integrali mill-ħaddiema kkonċernati mit-trasferiment tal-impriża. L-element determinanti sabiex jiġi stabbilit li S. Govaerts kienet tifforma parti minn entità ekonomika għaldaqstant ma huwiex it-tul tal-perijodu li matulu hija kienet marbuta ma’ din l-entità ekonomika preċedentement għat-trasferiment, iżda l-fatt li hija kienet il-maniġer responsabbli għat-tliet lottijiet ittrasferiti, u li, bħala konsegwenza ta’ dan, hija kienet tiżgura l-koordinazzjoni u t-tmexxija tal-persunal tat-tindif fi ħdan din l-entità ekonomika, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
|
55. |
Fl-aħħar, nixtieq infakkar ukoll li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-fatt li entita ekonomika tiġi xolta u l-attivitajiet tagħha jiġu ttrasferiti lil żewġ entitajiet oħra ma jikkostitwixxix, fih innifsu, ostakolu għall-applikabbiltà tad-Direttiva 2001/23 ( 40 ). Barra minn hekk, fil-każ kuntrarju, ikun faċli li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva. |
|
56. |
Minn dan kollu li jippreċedi jirriżulta li trasferiment bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva 2001/23. F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tistabbilixxi, fid-dawl tal-elementi kollha preċedenti ta’ interpretazzjoni, jekk l-identità tal-entità ttrasferita nżammitx. |
2. Il-kwistjoni tal-konsegwenzi tat-trasferiment ta’ entità ekonomika lil żewġ ċessjonarji fuq is-salvagwardja tad-drittijiet u tal-obbligi tal-ħaddiema, mogħtija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23
|
57. |
Minn dan kollu li jippreċedi jirriżulta li l-fatt li l-attivitajiet tal-entità ekonomika li kienet tifforma parti minnha S. Govaerts kienu ġew ittrasferiti lil żewġ entitajiet oħra, jiġifieri Atalian u Cleaning Masters, ma jipprekludix li jitqies li kien hemm trasferiment ta’ impriża fis-sens tal-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 2001/23. |
|
58. |
Madankollu, għad għandha tiġi eżaminata l-kwistjoni essenzjali dwar x’inhuma l-konsegwenzi ta’ trasferiment simultanju lil żewġ ċessjonarji fir-rigward tas-salvagwardja tad-drittijiet u tal-obbligi tal-ħaddiema ggarantiti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23. B’mod iktar preċiż, għandu jiġi ddeterminat jekk id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għal ISS Facility Services mill-kuntratt ta’ xogħol ta’ S. Govaerts eżistenti fid-data tat-trasferiment ġewx ittrasferiti lil Atalian jew lil Cleaning Masters jew lit-tnejn li huma. |
|
59. |
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23 jipprevedi li d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent minn kuntratt ta’ xogħol jew minn relazzjoni ta’ xogħol eżistenti fid-data tat-trasferiment għandhom, minħabba dan it-trasferiment, jiġu ttrasferiti liċ-ċessjonarju. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tippreċiżax kif għandu jitqassam il-persunal ittrasferit bejn dawn l-entitajiet ekonomiċi l-ġodda. |
|
60. |
Fil-kawża preżenti, il-qorti tar-rinviju tressaq erba’ possibbiltajiet ta’ interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23. Fir-rigward tal-partijiet intervenjenti fil-kawża, il-pożizzjonijiet tagħhom ivarjaw f’dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni. |
|
61. |
ISS Facility Services issostni li d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt inkwistjoni huma ttrasferiti fit-totalità tagħhom liċ-ċessjonarju li akkwista l-parti tal-impriża li fiha l-ħaddiem ikkonċernat kien prinċipalment impjegat u li fiha huwa kellu jitqies li kien assenjat. Huwa biss sussidjarjament li ISS Facility Services tevoka l-possibbiltà li s-servizzi mwettqa minn S. Govaerts għal kull wieħed mil-lottijiet ikkonċernati jinqasmu, b’mod li jitqies li din hija marbuta b’ kuntratt ta’ xogħol part-time ma’ kull wieħed miċ-ċessjonarji ( 41 ). Fil-fatt, is-soluzzjoni proposta prinċipalment minn ISS Facility Services tikkoinċidi mat-tieni possibbiltà mressqa mill-qorti tar-rinviju fid-domanda tagħha, filwaqt li s-soluzzjoni li hija tipproponi sussidjarjament tikkorrispondi għall-ewwel possibbiltà invokata fid-domanda preliminari ( 42 ). |
|
62. |
S. Govaerts tqis li, jekk jitqies li kien hemm effettivament trasferiment ta’ impriża ( 43 ), id-drittijiet u l-obbligi huma ttrasferiti fit-totalità tagħhom liċ-ċessjonarju li akkwista l-parti tal-impriża li fiha kienet impjegata għal żmien twil. Fil-każ ta’ diversi trasferimenti simultanji ta’ impriża, il-possibbiltà li ħaddiem part-time jiġi ttrasferit lil diversi impriżi mhux biss ma tkunx kompatibbli mal-kunċett ta’ “trasferiment ta’ entità ekonomika li żżomm l-identità tagħha”, iżda barra minn hekk tippreġudika l-għan tad-Direttiva 2001/23 li tipproteġi lill-ħaddiema fil-każ ta’ bdil ta’ impriża. |
|
63. |
Essenzjalment, Atalian taqbel ma’ S. Govaerts dwar dan l-aħħar punt u żżid li, skont il-leġiżlazzjoni Belġjana, it-tul fil-ġimgħa ta’ xogħol part-time ma jistax ikun inqas minn terz tat-tul fil-ġimgħa ta’ xogħol full-time. Għaldaqstant, tqassim pro rata tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw minn kuntratt ta’ xogħol bejn diversi entitajiet ċessjonarji jista’ jwassal għal ksur tad-dritt nazzjonali. |
|
64. |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tqis li, hekk kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, ir-risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju tista’ tinsab fis-sentenza Botzen et ( 44 ). B’hekk, hija tqis li jkun suffiċjenti li l-kuntratt ta’ xogħol full-time inkwistjoni fil-kawża prinċipali jinqasam f’żewġ kuntratti part-time pro rata mal-attività eżerċitata fi ħdan kull wieħed miċ-ċessjonarji. |
|
65. |
Fl-opinjoni tiegħi, għalkemm ir-risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju proposta mill-Kummissjoni għandha ċertament tiġi ċċarata, din is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkostitwixxi madankollu l-punt ta’ tluq tal-eżami ta’ din id-domanda. |
a) It-trasferiment tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent minn kuntratt ta’ xogħol jew minn relazzjoni ta’ xogħol minħabba trasferiment ta’ impriża: it-tagħlim mis-sentenza Botzen et
|
66. |
Sabiex wieħed jifhem sew il-portata tas-sentenza Botzen et ( 45 ), ser infakkar il-fatti fil-qosor. Din il-kawża kienet tirrigwarda t-trasferiment ta’ ex ħaddiema ta’ kumpannija ddikjarata falluta lejn kumpannija ġdida. Din tal-aħħar kienet ġiet ikkostitwita, b’mod partikolari, sabiex tipproteġi parti mill-postijiet tax-xogħol. Kien ġie konkluż ftehim bejn iż-żewġ kumpanniji li kien jipprevedi, fost oħrajn, l-impjieg mill-ġdid tal-persunal ta’ ċerti diviżjonijiet tal-kumpannija falluta. Madankollu, id-dipartimenti ġenerali u amministrattivi kienu ġew esklużi minn dan il-ftehim. F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat jekk id-Direttiva 77/187 kinitx tinkludi wkoll id-drittijiet u l-obbligi li kienu jirriżultaw għaċ-ċedent minn kuntratt ta’ xogħol eżistenti fid-data tat-trasferiment u konkluż ma’ ħaddiema li, minkejja li ma humiex parti mill-parti ttrasferita tal-impriża, kienu jeżerċitaw ċerti attivitajiet li jinvolvu l-użu ta’ mezzi ta’ operat assenjati f’din il-parti jew li, peress li kienu assenjati f’dipartiment amministrattiv tal-impriża li ma kienx ġie ttrasferit huwa stess, kienu jwettqu ċerti kompiti għall-parti ttrasferita. Billi bbażat ruħha fuq il-kriterju li abbażi tiegħu “r-relazzjoni ta’ xogħol hija essenzjalment ikkaratterizzata mir-rabta li teżisti bejn il-ħaddiem u l-parti tal-impriża jew tan-negozju li fiha ikun assenjat sabiex jeżerċita l-kompitu tiegħu”, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li, sabiex jiġi evalwat jekk dawn id-drittijiet u l-obbligi humiex ittrasferiti abbażi tad-Direttiva 77/187, “huwa biżżejjed li jiġi stabbilit f’liema parti tal-impriża jew tan-negozju il-ħaddiem inkwistjoni kien assenjat” ( 46 ). Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet li, fil-kuntest tat-trasferiment inkwistjoni, id-drittijiet u l-obbligi li kienu jirriżultaw għaċ-ċedent ma kinux ittrasferiti liċ-ċessjonarju. |
|
67. |
Huwa minnu li l-kawża li tat lok għas-sentenza Botzen et ( 47 ) kienet tirrigwarda t-trasferiment ta’ impriża lil ċessjonarju uniku u jista’ jitqies li din ma twassalx għal raġunament b’analoġija. Madankollu, din is-sentenza tidhirli rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent minn din ir-relazzjoni ta’ xogħol ġewx ittrasferiti (jew le) liċ-ċessjonarju minħabba dan it-trasferiment. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jsir magħruf f’liema parti tal-impriża, dik li hija s-suġġett tat-trasferiment jew le, il-ħaddiem kien jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu: jekk il-ħaddiem kien jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fi ħdan il-parti tal-impriża jew tal-entità ekonomika li ġiet ittrasferita, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent mill-kuntratt ta’ xogħol ta’ dan l-impjegat kellhom għaldaqstant jiġu ttrasferiti wkoll. |
|
68. |
Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li S. Govaerts kienet assenjata fl-entità ekonomika ttrasferita u li, konformement mal-Artikolu 7 tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a, id-drittijiet u l-obbligi li ISS Facility Services kellha abbażi tal-kuntratti ta’ xogħol tal-ħaddiema eżistenti fid-data tat-trasferiment, kienu, minħabba dan it-trasferiment, ġew ittrasferiti ipso jure lil Atalian u lil Cleaning Masters. |
|
69. |
Għalhekk tqum il-kwistjoni dwar jekk il-fatt li, fil-kawża prinċipali, l-entità ekonomika ma ġietx ittrasferita lil ċessjonarju wieħed iżda lil żewġ ċessjonarji jeskludix l-applikazzjoni tal-kriterju tar-rabta li teżisti bejn il-ħaddiem u l-parti tal-impriża ttrasferita sabiex jiġi evalwat jekk id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent minn kuntratt ta’ xogħol humiex ittrasferiti lil dawn iċ-ċessjonarji. |
|
70. |
Jiena ma naħsibx li dan huwa l-każ. Fil-fatt, meta l-entità ekonomika li magħha kien marbut ħaddiem tkun ġiet ittrasferita, id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent mill-kuntratt ta’ xogħol huma ttrasferiti liċ-ċessjonarju. Il-fatt li kien hemm trasferiment lil ċessjonarju wieħed jew lil diversi ċessjonarji fl-istess ħin huwa, fil-fehma tiegħi, mingħajr effett fuq it-trasferiment tad-drittijiet u tal-obbligi. Hekk kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, kieku t-tliet lottijiet tal-belt ta’ Gent kienu ġew attribwiti lil Atalian biss, kien ikun evidenti li d-drittijiet u l-obbligi li kienu jirriżultaw għal ISS Facility Services mill-kuntratt ta’ xogħol ta’ S. Govaerts kienu jkunu ġew ittrasferiti lil Atalian. |
|
71. |
Fid-dawl ta’ dan, jidhirli li l-Kummissjoni tmur iktar lil hinn meta tqis li l-kriterju tar-rabta li teżisti bejn il-ħaddiem u l-parti tal-impriża ttrasferita jista’ wkoll jiġi traspost fil-każ ta’ eventwali qsim tal-kuntratt ta’ xogħol ta’ ħaddiem assenjat fil-partijiet differenti tal-impriża ttrasferiti simultanjament lil żewġ ċessjonarji. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tafferma li huwa suffiċjenti li l-kuntratt ta’ xogħol full-time inkwistjoni fil-kawża prinċipali jinqasam f’żewġ kuntratti part-time pro rata għall-attività eżerċitata fi ħdan kull wieħed miċ-ċessjonarji. |
b) It-trasferiment tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw għaċ-ċedent minn kuntratt ta’ xogħol jew minn relazzjoni ta’ xogħol minħabba trasferiment ta’ impriża liċ-ċessjonarju: applikazzjoni tal-kriterju ta’ “ċessjonarju prinċipali” jew tal-kriterju ta’ trasferiment lil żewġ ċessjonarji pro rata għall-funzjonijiet eżerċitati mill-ħaddiem
|
72. |
Għandu jitfakkar, hekk kif jirriżulta mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 32 ta’ dan il-konklużjonijiet, li l-għan tad-Direttiva 2001/23 huwa li tiżgura li l-ħaddiema affettwati minn trasferiment ta’ impriża jkunu protetti fir-relazzjonijiet ta’ xogħol tagħhom maċ-ċessjonarju bl-istess mod li huma kienu protetti fir-relazzjonijiet ta’ xogħol tagħhom maċ-ċedent, u dan mingħajr madankollu ma jiġu mxekkla l-interessi taċ-ċessjonarju ( 48 ). Fil-fatt, din id-direttiva ma tfittixx biss li tissalvagwarda l-interessi tal-ħaddiema meta tiġi ttrasferita impriża, iżda tfittex ukoll li tiżgura bilanċ ġust bejn l-interessi tal-ħaddiema, minn naħa, u dawk taċ-ċessjonarju, min-naħa l-oħra ( 49 ). Min-naħa l-oħra, l-imsemmija direttiva ma tistax tiġi utilment invokata sabiex jinkiseb titjib tal-kundizzjonijiet ta’ remunerazzjoni jew kundizzjonijiet oħra ta’ xogħol fl-okkażjoni ta’ trasferiment ta’ impriża ( 50 ). |
|
73. |
Minn dan isegwi li, fid-dawl tal-għanijiet tad-Direttiva 2001/23, l-argument ta’ ISS Facility Services li d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol inkwistjoni huma ttrasferiti fit-totalità tagħhom liċ-ċessjonarju li akkwista l-parti tal-impriża li fiha l-ħaddiem ikkonċernat kien impjegat prinċipalment għandu jiġi miċħud, sa fejn dan jimplika titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiem affettwat mit-trasferiment ( 51 ). |
|
74. |
Fil-kawża preżenti, S. Govaerts kienet maniġer responsabbli għal tliet siti korrispondenti għat-tliet lottijiet aġġudikati, fejn żewġ lottijiet ġew attribwiti lil Atalian u wieħed ġie attribwit lil Cleaning Masters. B’hekk, l-applikazzjoni tal-kriterju ta’ “impriża jew parti tal-impriża li fiha l-ħaddiem ikkonċernat kien impjegat prinċipalment” jew ta’ “ċessjonarju prinċipali”, difiż minn ISS Facility Services, twassal għal sitwazzjoni li fiha S. Govaerts tibbenefika minn kuntratt ta’ xogħol full-time ma’ Atalian filwaqt li, qabel it-trasferiment, din kienet taħdem 66 % fis-siti li jikkorrispondu għaż-żewġ lottijiet attribwiti lil din il-kumpannija. B’hekk, dan iċ-ċessjonarju jkun obbligat jimpjega 100 % ħaddiem li kien jaħdem biss 66 % għaċ-ċedent abbażi ta’ dawn iż-żewġ lottijiet. Barra minn hekk, hekk kif irrilevat ġustament il-Kummissjoni, l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju jkun iktar diffiċli fil-każ fejn impriża tiġi ttrasferita partikolarment lil tliet jew lil erba’ ċessjonarji. |
|
75. |
Min-naħa l-oħra, il-fatt li kuntratt ta’ xogħol full-time jinqasam, wara t-trasferiment ta’ impriża, f’diversi kuntratti ta’ xogħol part-time u, għaldaqstant, li d-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema kkonċernati li jirriżultaw mill-imsemmi kuntratt maċ-ċedent jinqasmu pro rata għall-funzjonijiet eżerċitati mill-ħaddiem jidhirli li huwa konformi mal-għan tad-Direttiva 2001/23. |
|
76. |
Tali soluzzjoni hija kkorroborata mill-kliem tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2001/23 li jipprevedi li “l-Istati Membri m’għandhomx jeskludu mill-iskop ta’ din id-Direttiva kuntratti ta’ mpjieg jew relazzjonijiet ta’ mpjieg biss minħabba […] n-numru ta’ sigħat tax-xogħol maħduma jew li jridu jinħadmu”. Minn dan isegwi li r-relazzjonijiet ta’ xogħol part-time jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva. |
|
77. |
Dan premess, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-implikazzjonijiet ta’ tali soluzzjoni fir-rigward tal-għan tal-protezzjoni tal-ħaddiema tad-Direttiva 2001/23. B’hekk, hemm lok li jitfakkar li din id-direttiva, bl-istess mod li ma tistax tiġi invokata sabiex jittejbu l-kundizzjonijiet ta’ xogħol tal-ħaddiem affettwat mit-trasferiment tal-impriża, lanqas ma tista’ tiġi invokata sabiex dawn imorru għall-agħar. |
|
78. |
Għandu jitfakkar li mill-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/23 jirriżulta li “[j]ekk il-kuntratt ta’ l-impjieg jew ir-relazzjoni tax-xogħol jintemmu minħabba li t-trasferiment jinvolvi bidla sostanzjali fil-kundizzjonijiet tax-xogħol għad-detriment ta’ l-impjegat, min jimpjega għandu jitqies bħala responsabbli għat-tmiem tal-kuntratt ta’ l-impjieg jew ir-relazzjoni ta’ l-impjieg” ( 52 ). |
|
79. |
B’hekk, fil-każ fejn il-qsim tal-kuntratt ta’ xogħol inkwistjoni jirriżulta impossibbli bejn iż-żewġ ċessjonarji jew jippreġudika s-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema ggarantiti mill-imsemmija direttiva, jew jekk il-ħaddiem jirrifjuta, wara t-trasferiment tal-impriża, li l-kuntratt tiegħu jinqasam, il-kuntratt ta’ xogħol inkwistjoni jista’ jiġi xolt jew ir-relazzjoni ta’ xogħol inkwistjoni tista’ tintemm u ċ-ċessjonarju jew iċ-ċessjonarji għandhom jitqiesu bħala responsabbli għal dan ix-xoljiment jew għal dan it-tmiem abbażi tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2001/23 ( 53 ). Fil-fatt, jidhirli li l-possibbiltà għall-ħaddiem li jirrifjuta tali qsim tal-kuntratt ta’ xogħol tiegħu u li jinvoka l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija direttiva hija ġġustifikata minħabba li l-imsemmi qsim, min-natura tiegħu, jista’ joħloq inkonvenjenzi sinjifikattivi lill-ħaddiem, partikolarment f’dak li jirrigwarda t-twettiq tal-kompitu tiegħu ( 54 ). |
V. Konklużjoni
|
80. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domanda preliminari magħmula mill-arbeidshof te Gent (il-Qorti Industrijali ta’ Gent, il-Belġju) kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Direttiva tal-Kunsill tat‑12 ta’ Marzu 2001 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet ta’ l-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).
( 3 ) Moniteur belge tad‑9 ta’ Awwissu 1985, p. 11527.
( 4 ) Moniteur belge tad‑29 ta’ Marzu 2002, p. 13328.
( 5 ) Direttiva tal-Kunsill tal‑l ta’ Frar 1977 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, ta’ negozji jew ta’ partijiet ta’ negozji (ĠU 1977, L 61, p. 26).
( 6 ) Ara l-premessi 2 u 3 tad-Direttiva 2001/23.
( 7 ) Ara, partikolarment, is-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 1985, Foreningen af Arbejdsledere i Danmark (105/84, EU:C:1985:331, punt 26). F’dak li jirrigwarda d-Direttiva 2001/23, ara s-sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2014, Amatori et (C‑458/12, EU:C:2014:124, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-leġiżlatur tal-Unjoni qies li d-differenzi fir-rigward tal-livell li kienu jeżistu bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-portata tal-protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ ristrutturazzjonijiet tal-impriżi setgħu jkollhom impatt dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern u li dawn id-differenzi kellhom jitnaqqsu. Ara t-tieni u t-tielet premessa tad-Direttiva 77/187. Ara, f’dan ir-rigward, il-premessa 4 tad-Direttiva 2001/23.
( 8 ) Sentenza tas‑7 ta’ Awwissu 2018, Colino Sigüenza (C‑472/16, EU:C:2018:646, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 9 ) Ara, partikolarment, is-sentenzi tal‑11 ta’ Lulju 1985, Foreningen af Arbejdsledere i Danmark (105/84, EU:C:1985:331, punt 26); tat‑18 ta’ Marzu 1986, Spijkers (24/85, EU:C:1986:127, punt 11); tat‑12 ta’ Novembru 1998, Europièces (C‑399/96, EU:C:1998:532, punt 37); tal‑15 ta’ Diċembru 2005, Güney‑Görres u Demir (C‑232/04 u C‑233/04, EU:C:2005:778, punt 31); tad‑29 ta’ Lulju 2010, UGT-FSP (C‑151/09, EU:C:2010:452, punt 40), kif ukoll tas‑16 ta’ Mejju 2019, Plessers (C‑509/17, EU:C:2019:424, punt 52).
( 10 ) Ara s-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2006, Werhof (C-499/04, EU:C:2006:168, punt 31).
( 11 ) Ara s-sentenza tat‑18 ta’ Lulju 2013, Alemo‑Herron et (C‑426/11, EU:C:2013:521, punt 25).
( 12 ) Direttiva tal-Kunsill tad‑29 ta’ Ġunju 1998 li temenda d-Direttiva 77/187 (ĠU 1998, L 201, p. 88). Fir-rigward ta’ din l-emenda, il-premessa 4 tad-Direttiva 98/50, li l-kontenut tagħha huwa riprodott fil-premessa 8 tad-Direttiva 2001/23, kienet tippreċiża li s-sigurtà u t-trasparenza jirrendu neċessarju “li l-kunċett ta’ trasferiment jiġi ċċarat fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja” [traduzzjoni mhux uffiċjali] u li din il-kjarifika ma kinitx tbiddel il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 77/187, hekk kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja.
( 13 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Marzu 1986, Spijkers (24/85, EU:C:1986:127, punt 14).
( 14 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat‑18 ta’ Lulju 2013, Alemo-Herron et (C‑426/11, EU:C:2013:521, punti 9 u 26).
( 15 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑20 ta’ Jannar 2011, CLECE (C‑463/09, EU:C:2011:24, punt 26).
( 16 ) Ara s-sentenzi tal‑15 ta’ Ottubru 1996, Henke (C‑298/94, EU:C:1996:382, punt 14); tas‑26 ta’ Settembru 2000, Mayeur (C‑175/99, EU:C:2000:505, punt 33), u tal‑11 ta’ Novembru 2004, Delahaye (C-425/02, EU:C:2004:706, punt 30).
( 17 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑20 ta’ Jannar 2011, CLECE (C‑463/09, EU:C:2011:24, punt 27).
( 18 ) Ara s-sentenzi tad‑19 ta’ Mejju 1992, Redmond Stichting (C‑29/91, EU:C:1992:220, punt 11); tas‑7 ta’ Marzu 1996, Merckx u Neuhuys (C‑171/94 u C‑172/94, EU:C:1996:87, punt 28); tat‑13 ta’ Settembru 2007, Jouini et (C‑458/05, EU:C:2007:512, punt 24), kif ukoll tal‑20 ta’ Jannar 2011, CLECE (C‑463/09, EU:C:2011:24, punt 29).
( 19 ) Ara, partikolarment, is-sentenzi tas‑17 ta’ Diċembru 1987, Ny Mølle Kro (287/86, EU:C:1987:573, punt 12); tal‑15 ta’ Ġunju 1988, Bork International et (101/87, EU:C:1988:308, punt 13); tad‑19 ta’ Mejju 1992, Redmond Stichting (C‑29/91, EU:C:1992:220, punt 11); tal‑20 ta’ Novembru 2003, Abler et (C‑340/01, EU:C:2003:629, punt 41); tal‑15 ta’ Diċembru 2005, Güney-Görres u Demir (C‑232/04 u C‑233/04, EU:C:2005:778, punt 37); tal‑20 ta’ Jannar 2011, CLECE (C‑463/09, EU:C:2011:24, punt 30), kif ukoll tas‑7 ta’ Awwissu 2018, Colino Sigüenza (C‑472/16, EU:C:2018:646, punt 28).
( 20 ) Ara, partikolarment, is-sentenza tas‑7 ta’ Marzu 1996, Merckx u Neuhuys (C‑171/94 u C-172/94, EU:C:1996:87, punti 28 u 30).
( 21 ) Ara, partikolarment, is-sentenza tal‑10 ta’ Frar 1988, Foreningen af Arbejdsledere i Danmark (324/86, EU:C:1988:72, punt 11), li fiha, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li d-Direttiva 77/187 kienet tapplika fin-nuqqas ta’ kuntratt bejn iż-żewġ persuni li jimpjegaw li jissuċċedu lil xulxin bħala kap tal-impriża: “[I]d-Direttiva tapplika f’sitwazzjoni fejn, fit-tmien ta’ kuntratt ta’ kiri-ġestjoni mhux trasferibbli, il-proprjetarju tal-impriża jikriha lil kerrej-ġestjonarju ġdid li jkompli joperaha mingħajr interuzzjoni bl-istess persunal preċedentement imkeċċi mal-iskadenza tal-ewwel kuntratt ta’ kiri-ġestjoni.”
( 22 ) Ara, partikolarment, is-sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 1992, Watson Rask u Christensen (C‑209/91, EU:C:1992:436, punt 17); tal‑14 ta’ April 1994, Schmidt (C‑392/92, EU:EU:C:1994:134, punti 12 sa 14), kif ukoll tal‑11 ta’ Marzu 1997, Süzen (C‑13/95, EU:C:1997:141, punt 11). F’dawn is-sentenzi l-Qorti tal-Ġustizzja qieset li jistgħu jaqgħu taħt l-applikazzjoni tad-Direttiva 77/187 sitwazzjonijiet fejn imprenditur jafda, permezz ta’ kuntratt, lil imprenditur ieħor ir-responsabbiltà sabiex jopera servizz ta’ kantin intiż għall-impjegati, li qabel kien operat b’mod dirett, permezz ta’ remunerazzjoni u vantaġġi differenti li l-modalitajiet tagħhom huma ddeterminati mill-ftehim konkluż bejniethom u r-responsabbiltà sabiex iwettaq ix-xogħlijiet ta’ tindif li huwa kien jiżgura qabel b’mod dirett; kif ukoll sitwazzjoni li fiha klijent li jkun inkariga lil imprenditur bix-xogħol ta’ tindif tal-bini tiegħu, ixolji l-kuntratt li kien jorbtu miegħu u jikkonkludi, bil-għan tat-twettiq ta’ xogħlijiet simili, kuntratt ġdid ma’ imprenditur ieħor. Fir-rigward tas-suċċessjonijiet ta’ kuntratti għal servizzi ara, ukoll is-sentenzi tal‑10 ta’ Diċembru 1998, Hernández Vidal et (C‑127/96, C‑229/96 u C‑74/97, EU:C:1998:594, punt 35), kif ukoll tal‑20 ta’ Novembru 2003, Abler et (C‑340/01, EU:C:2003:629, punt 43).
( 23 ) Fir-rigward, b’mod partikolari, tas-servizz pubbliku ta’ għajnuna fid-dar għal persuni żvantaġġati pprovdut minn komun, ara s-sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 1998, Hidalgo et (C‑173/96 u C-247/96, EU:C:1998:595, punt 34). Fir-rigward tal-kuntratt għal servizzi ta’ trasport pubbliku regolari bil-karozzi tal-linja, ara s-sentenza tal‑25 ta’ Jannar 2001, Liikenne (C‑172/99, EU:C:2001:59, punt 44). Fir-rigward tas-suċċessjoni minn fornitur għall-ieħor ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi li jirrigwarda l-kontroll tal-passiġġieri u tal-bagalji tagħhom f’ajruport, ara s-sentenza tal‑15 ta’ Diċembru 2005, Güney-Görres u Demir (C‑232/04 u C‑233/04, EU:C:2005:778). Fir-rigward, fl-aħħar nett, tal-waqfien tal-attività tal-ewwel offerent rebbieħ qabel it-tmiem tas-sena skolastika kurrenti u l-għażla ta’ offerent rebbieħ ġdid fil-bidu tas-sena skolastika segwenti għal kuntratt għal servizzi li jirrigwarda l-ġestjoni ta’ akkademja tal-mużika komunali, ara s-sentenza tas‑7 ta’ Awwissu 2018, Colino Sigüenza (C‑472/16, EU:C:2018:646, punt 46).
( 24 ) Fir-rigward tal-impjieg mill-ġdid tal-persunal ta’ impriża tas-sorveljanza impost minn ftehim kollettiv, ara s-sentenza tal‑11 ta’ Lulju 2018, Somoza Hermo u Ilunión Seguridad (C‑60/17, EU:C:2018:559, punt 38). Fir-rigward tal-impjieg mill-ġdid ta’ parti mill-persunal ta’ impriża subappaltatriċi ta’ tindif impost minn ftehim kollettiv, ara s-sentenza tal‑24 ta’ Jannar 2002, Temco (C‑51/00, EU:C:2002:48, punt 27).
( 25 ) Skont il-qorti tar-rinviju, it-trasferiment ta’ impriża permezz ta’ ftehim kollettiv wassal, f’dan il-każ, għal bidla awtomatika tal-persuna li kienet teżerċità l-awtorità tal-persuna li timpjega fuq il-ħaddiema fis-servizz. Din il-qorti tindika li l-ħaddiema kollha li jwettqu xogħlijiet ta’ tindif fis-siti li jikkorrispondu għat-tliet lottijiet tal-belt ta’ Gent kienu daħlu ipso jure fis-servizz taż-żewġ offerenti rebbieħa fuq il-bażi tal-Artikolu 3 tal-Ftehim Kollettiv tax-Xogħol, konkluż fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Impriżi ta’ Tindif u ta’ Diżinfezzjoni dwar l-impjieg mill-ġdid ta’ persunal wara trasferiment ta’ kuntratt ta’ manutenzjoni li sar obbligatorju permezz tad-Digriet Irjali tad‑19 ta’ Lulju 2006. Barra minn hekk, hija tirrileva li, konformement mal-Artikolu 7 tal-Ftehim Kollettiv Nru 32a, id-drittijiet u l-obbligi li kienu jirriżultaw għal ISS Facility Services mill-kuntratti ta’ xogħol, eżistenti fid-data tat-trasferiment, fl‑1 ta’ Settembru 2013, ġew, minħabba dan it-trasferiment, ittrasferiti lil Atalian u lil Cleaning Masters.
( 26 ) Sentenza tal‑20 ta’ Jannar 2011 (C‑463/09, EU:C:2011:24).
( 27 ) Sentenza tas‑7 ta’ Frar 1985 (186/83, EU:C:1985:58).
( 28 ) Sentenza tal‑10 ta’ Diċembru 1998 (C‑127/96, C‑229/96 u C‑74/97, EU:C:1998:594).
( 29 ) Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni għall-persunal tad-Direttiva 77/187, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet diversi drabi li huma biss il-ħaddiema fis-sens tad-dritt nazzjonali li setgħu jinvokaw il-protezzjoni prevista offruta minn din id-direttiva. Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑14 ta’ Settembru 2000, Collino u Chiappero (C‑343/98, EU:C:2000:441, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). Dan ir-riferiment għad-dritt nazzjonali ġie kkodifikat mid-Direttiva 98/50, u sussegwentement mid-Direttiva 2001/23.
( 30 ) Ara, partikolarment, is-sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2011, Scattolon (C‑108/10, EU:C:2011:542, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 31 ) Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 25.
( 32 ) Ara, partikolarment, is-sentenzi tat‑18 ta’ Marzu 1986, Spijkers (24/85, EU:C:1986:127, punt 11); tal‑11 ta’ Marzu 1997, Süzen (C‑13/95, EU:C:1997:141, punt 10), kif ukoll tal‑20 ta’ Novembru 2003, Abler et (C‑340/01, EU:C:2003:629, punt 29). Ara wkoll, is-sentenzi tas‑6 ta’ Settembru 2011, Scattolon (C‑108/10, EU:C:2011:542, punt 60), kif ukoll tas‑6 ta’ Marzu 2014, Amatori et (C‑458/12, EU:C:2014:124, punt 30).
( 33 ) Ara, partikolarment, is‑sentenzi tat‑18 ta’ Marzu 1986, Spijkers (24/85, EU:C:1986:127, punt 13); tal‑11 ta’ Marzu 1997, Süzen (C‑13/95, EU:C:1997:141, punt 14); tal‑20 ta’ Novembru 2003, Abler et (C‑340/01, EU:C:2003:629, punt 33), kif ukoll tal‑20 ta’ Jannar 2011, CLECE (C‑463/09, EU:C:2011:24, punt 34).
( 34 ) Ara s-sentenzi tal‑11 ta’ Marzu 1997, Süzen (C‑13/95, EU:C:1997:141, punt 18); tal‑10 ta’ Diċembru 1998, Hernández Vidal et (C‑127/96, C‑229/96 u C‑74/97, EU:C:1998:594, punt 31); tad‑29 ta’ Lulju 2010, UGT-FSP (C‑151/09, EU:C:2010:452, punt 28), kif ukoll tal‑20 ta’ Jannar 2011, CLECE (C‑463/09, EU:C:2011:24, punt 35).
( 35 ) Sentenza tal‑11 ta’ Marzu 1997 (C‑13/95, EU:C:1997:141, punt 18). Il-kriterju tal-impjieg mill-ġdid tal-maġġoranza tal-persunal kien is-suġġett ta’ diskussjonijiet fid-duttrina. Skont ċerti awturi, it-trasferiment tar-relazzjonijiet ta’ xogħol huwa l-konsegwenza legali tat-trasferiment u ma huwiex fl-istess ħin kundizzjoni materjali. Ara, partikolarment, Davies, P., “Taken to the cleaners? Contracting Out of Services Yet Again”, Industrial Law Journal, 1997, Nru 26, p. 193; Laulom, S., “Les dialogues entre juge communautaire et juges nationaux en matière de transfert d’entreprise”, Droit social, 1999, p. 821, kif ukoll Viala, Y., “Le maintien des contrats de travail en cas de transfert d’entreprise en droit allemand”, Droit social, 2005, p. 203. Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Cosmas fil-kawżi magħquda Hernández Vidal et (C‑127/96, C‑229/96 u C‑74/97, EU:C:1998:426, punti 78 sa 85, u b’mod partikolari l-punt 80); il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawżi magħquda Güney‑Görres u Demir (C‑232/04 u C‑233/04, EU:C:2005:395, punt 52), kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Trstenjak fil-kawża CLECE (C‑463/09, EU:C:2010:636, punti 62 sa 66).
( 36 ) Ara s-sentenzi tal‑11 ta’ Marzu 1997, Süzen (C-13/95, EU:C:1997:141, punt 21); tal‑10 ta’ Diċembru 1998, Hernández Vidal et (C‑127/96, C‑229/96 u C‑74/97, EU:C:1998:594, punt 32); tad‑29 ta’ Lulju 2010, UGT‑FSP (C‑151/09, EU:C:2010:452, punt 29), kif ukoll tal‑20 ta’ Jannar 2011, CLECE (C‑463/09, EU:C:2011:24, punt 36). Ara, ukoll, is-sentenza tal‑24 ta’ Jannar 2002, Temco (C‑51/00, EU:C:2002:48, punt 26).
( 37 ) Sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2014, Amatori et (C‑458/12, EU:C:2014:124, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 38 ) Sentenza tas‑6 ta’ Marzu 2014, Amatori et (C‑458/12, EU:C:2014:124, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 39 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tas‑7 ta’ Frar 1985, Botzen et (186/83, EU:C:1985:58, punt 16).
( 40 ) Ara s-sentenza tal‑20 ta’ Lulju 2017, Piscarreta Ricardo (C‑416/16, EU:C:2017:574, punt 44).
( 41 ) Skont ISS Facility Services, kuntratt part-time ta’ 66% tal-ħin jista’ jiġi konkluż ma’ Atalian u kuntratt ieħor part-time ta’ 34% jista’ jiġi konkluż ma’ Cleaning Masters. Tali tqassim ikun ibbażat fuq il-valur ekonomiku tal-lottijiet aġġudikati liċ-ċessjonarji mill-belt ta’ Gent, li ISS Facility Services preċedentement kienet responsabbli għalihom.
( 42 ) It-tielet possibbiltà mressqa mill-qorti tar-rinviju, fil-każ li l-ewwel tnejn ma jiġux aċċettati, tikkonsisti fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/23 fis-sens li ma jistax ikun hemm salvagwardja tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ xogħol għal ċessjonarji, filwaqt li r-raba’ waħda twassal sabiex din id-dispożizzjoni tiġi interpretata fis-sens li ma jistax ikun hemm salvagwardja ta’ dawn id-drittijiet u ta’ dawn l-obbligi meta jirriżulta li jkun impossibbli li l-attività eżerċitata mill-ħaddiem tinqasam bejn iż-żewġ ċessjonarji. Ara, f’dan ir-rigward, il-punt 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 43 ) S. Govaerts indikat waqt is-seduta li l-pożizzjoni inizjali tagħha kienet li tqis li, anki jekk seħħ trasferiment tal-persunal tat-tindif li jaħdem fis-siti korrispondenti għal-lottijiet differenti, il-fatt li hija kienet responsabbli għall-kompiti amministrattivi u organizattivi u ma kinitx tipparteċipa, fis-siti tal-belt ta’ Gent, fix-xogħlijiet ta’ tindif li kienu s-suġġett tat-trasferiment kellu jkollu bħala konsegwenza li hija ma kinitx taqa’ taħt l-entità ekonomika li kienet is-suġġett tat-trasferiment. Madankollu, hija żiedet li, wara dan it-trasferiment ta’ persunal, hija kienet obbligata, skont id-dritt Belġjan, tinvoka x-xoljiment tal-kuntratt tagħha u, għaldaqstant, ma setgħetx tirritorna iktar bħala ħaddiema ma’ ISS Facility Services.
( 44 ) Sentenza tas‑7 ta’ Frar 1985, Botzen et (186/83, EU:C:1985:58).
( 45 ) Sentenza tas‑7 ta’ Frar 1985 (186/83, EU:C:1985:58).
( 46 ) Sentenza tas‑7 ta’ Frar 1985, Botzen et (186/83, EU:C:1985:58, punti 14 u 15).
( 47 ) Sentenza tas‑7 ta’ Frar 1985 (186/83, EU:C:1985:58).
( 48 ) Ara, f’dan is-sens is-sentenza tad‑9 ta’ Marzu 2006, Werhof (C‑499/04, EU:C:2006:168, punt 31).
( 49 ) Ara s-sentenza tat‑18 ta’ Lulju 2013, Alemo‑Herron et (C-426/11, EU:C:2013:521, punt 25).
( 50 ) Sentenza tas‑6 ta’ Settembru 2011, Scattolon (C‑108/10, EU:C:2011:542, punt 77).
( 51 ) Ara, f’dan is-sens, il-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 52 ta’ dawn il-konkluzjonijiet.
( 52 ) B’mod partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li “bidla fil-livell tar-remunerazzjoni mogħtija lill-ħaddiem tinsab fost il-bidliet sostanzjali tal-kundizzjonijiet tax-xogħol fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni […]. Meta l-kuntratt, jew ir-relazzjoni ta’ xogħol, jiġi xolt minħabba li t-trasferiment jinvolvi tali bidla, il-persuna li timpjega għandha titqies bħala responsabbli għax-xoljiment”. Sentenza tas‑7 ta’ Marzu 1996, Merckx u Neuhuys (C‑171/94 u C‑172/94, EU:C:1996:87, punt 38). Ara, wkoll, is-sentenzi tal‑11 ta’ Novembru 2004, Delahaye (C‑425/02, EU:C:2004:706, punt 33), kif ukoll tas‑6 ta’ Settembru 2011, Scattolon (C‑108/10, EU:C:2011:542, punti 81 u 82).
( 53 ) Hemm lok li jitfakkar li, abbażi tal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva, din “m’għandhiex taffettwa d-dritt ta’ l-Istati Membri li japplikaw jew jintroduċu liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi li huma aktar favorevoli għall- impjegati jew li jippromwovu jew jippermettu ftehim kollettiv jew ftehim bejn imsieħba soċjali aktar favorevoli għall-impjegati”.
( 54 ) Partikolarment, f’dak li jirrigwarda d-distanza bejn is-sede taż-żewġ ċessjonarji jew is-sinkronizzazzjoni tal-leave annwali tal-ħaddiem.