2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/23


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-748/18 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Rikors għal annullament - Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Assenza ta’ locus standi - Persuna mhux ikkonċernata individwalment - Rikors li ma ġiex ippreżentat bil-għan li jiġu ssalvagwardati d-drittijiet proċedurali - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Appell manifestament infondat)

(2020/C 68/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) (rappreżentant: L. Szabó, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Motex Ipari és Szolgáltató Rehabilitációs Kft. (Motex Kft.) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.