2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/22


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-741/18 P) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-Ungerija lil impriżi li impjegaw ħaddiema b’diżabbiltà - Rikors għal annullament - Allegati deċiżjonijiet li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Għarfien tal-eżistenza tal-att ikkontestat - Talba għat-traduzzjoni tal-att ikkontestat - Terminu raġonevoli - Tardività - Inammissibbiltà tar-rikors fl-ewwel istanza - Evalwazzjoni tal-fatti - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2020/C 68/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) (rappreżentant: L. Szabó, ügyvéd)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

2)

OPS Újpesti Csökkentmunkaképességűek Ipari és Kereskedelmi Kft. (OPS Újpest Kft.) għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.