21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Vidin – il-Bulgarija) – Corporate Commercial Bank, fi stralċ vs Elit Petrol AD

(Kawża C-647/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Emenda retroattiva tal-kundizzjonijiet għall-eżekuzzjoni ta’ kumpens reċiproku mwettaq ma’ stabbiliment ta’ kreditu fi stralċ - Stat tad-dritt - Prinċipju ta’ ċertezza legali - Dritt għal rimedju effettiv)

(2020/C 313/04)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad – Vidin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Corporate Commercial Bank, fi stralċ

Konvenuta: Elit Petrol AD

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad Vidin (il-Qorti Reġjonali ta’ Vidin, il-Bulgarija), permezz ta’ deċiżjoni tal-15 ta’ Ottubru 2018, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 455, 17.12.2018.