2.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 68/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2019 – Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-568/18) (1)

(Appell - Aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - L-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) - Eċċezzjonijiet għad-dritt għal aċċess - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika speċifika - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Artikolu 6(1) - Applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet marbuta mat-talbiet għal aċċess għal informazzjoni dwar l-ambjent - Dokumenti stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra - Rifjut ta’ aċċess - Trażmissjoni sussegwenti tad-dokumenti mitluba - Artikolu 149 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tmiem tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2020/C 68/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Rogesa Roheisengesellschaft Saar mbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt u D. Jacob, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar l-appell.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti f’din il-proċedura ta’ appell.


(1)  ĠU C 16, 14.01.2019.