|
10.2.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 45/10 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato - Italie) – Indaco Service Soc. coop. sociale, f’isimha u bħala mandatarja ta’ Coop. sociale il Melograno vs Ufficio Territoriale del Governo Taranto
(Kawża C-552/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 57(4)(c) u (g) - Għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi - Raġunijiet ta’ esklużjoni fakultattivi - Nuqqas professjonali serju - Kontestazzjoni tal-integrità tal-operatur ekonomiku - Kuntratt preċedenti - Eżekuzzjoni - Nuqqasijiet ta’ twettiq ta’ obbligu - Xoljiment - Rimedju ġudizzjarju - Evalwazzjoni tan-nuqqas kuntrattwali mill-awtorità kontraenti - Projbizzjoni sat-tmiem tal-proċedura ġudizzjarja)
(2020/C 45/06)
Lingwa tal-Kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Indaco Service Soc. coop. sociale, f’isimha u bħala mandatarja ta’ Coop. sociale il Melograno
Konvenut: Ufficio Territoriale del Governo Taranto
fil-preżenza ta’: Cometa Società Cooperativa Sociale
Dispositif
L-Artikolu 57(4)(c) u (g) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku [l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi] u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li t-tressiq ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra deċiżjoni ta’ xoljiment ta’ kuntratt pubbliku meħuda minn awtorità kontraenti minħabba “nuqqas professjonali serju”, li seħħ fl-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, jipprojbixxi lill-awtorità kontraenti li tagħmel sejħa għal offerti ġdida li teskludi operatur, fl-istadju tal-għażla offerenti, abbażi ta’ evalwazzjoni tal-affidabbiltà ta’ dan l-operatur.