23.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 319/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD) — il-Portugal) — Galeria Parque Nascente-Exploração de Espaços Comerciais SA vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-438/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 90/434/KEE - Artikoli 4 u 11 - Direttiva 2009/133/KE - Artikoli 4 u 15 - Merger imsejjaħ “bl-invers” - Sistema fiskali li twassal sabiex, fil-każ ta’ merger imsejjaħ “bl-invers”, l-ispejjeż subiti mill-kumpannija omm, relatati ma’ self ikkuntrattat minnha għax-xiri tal-ishma tal-kumpannija sussidjarja li tinkorporaha, deduċibbli għal din il-kumpannija omm, jitqiesu bħala mhux deduċibbli għal din il-kumpannija sussidjarja)

(2019/C 319/22)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa — CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Galeria Parque Nascente-Exploração de Espaços Comerciais SA

Konvenuta: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat, ta’ SE jew SCE, bejn Stati Membri, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE tal-20 ta’ Novembru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li twassal sabiex ma jiġux meqjusa, għall-kumpannija akkwirenti, bħala fiskalment deduċibbli, spejjeż li kienu ġew dedotti, għall-kumpannija akkwistata, qabel il-merger ta’ dawn il-kumpanniji, u li kienu jkunu deduċibbli li kieku dan il-merger ma kienx seħħ.


(1)  ĠU C 319, 10.9.2018.