2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/19 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial Sección no 4 de Zaragoza – Spanja) – María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España vs Irene Conte Sánchez
(Kawża C-431/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Kunċett ta’ “użu ta’ vetturi bil-mutur” - Ħruġ ta’ żejt u ta’ likwidi oħrajn minn vettura bil-mutur - Danni)
(2020/C 68/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Provincial Sección no 4 de Zaragoza
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Pilar Bueno Ruiz, Zurich Insurance PL, Sucursal de España
Konvenuta: Irene Conte Sánchez
Dispożittiv
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li tidħol fil-kunċett ta’ “użu ta’ vetturi”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, sitwazzjoni fejn vettura li tkun iċċaqalqet u/jew tkun ġiet ipparkjata f’parkeġġ privat, konformement mal-funzjoni tagħha bħala mezz ta’ trasport, tkun involuta f’inċident li seħħ f’dan il-parkeġġ.