27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/25


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Centrale Raad van Beroep – il-Pajjiżi l-Baxxi) – H. Solak vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

(Kawża C-258/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE Turkija - Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali - Deċiżjoni Nru 3/80 - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti Torok - Tneħħija tal-klawżoli ta’ residenza - Artikolu 6 - Benefiċċju supplimentari - Sospensjoni - Rinunzja għan-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Benefiċċji speċjali fi flus ta’ natura mhux kontributorja - Kundizzjoni ta’ residenza)

(2020/C 137/33)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H. Solak

Konvenut: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)

Dispożittiv

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni Nru 3/80 tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-applikazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u l-membri tal-familja tagħhom, moqri flimkien mal-Artikolu 59 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità Ekonomika Ewropea permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72 tad-19 ta’ Diċembru 1972, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-ħlas ta’ benefiċċju intiż li jissuplimenta pensjoni tal-invalidità bil-għan li jiġi żgurat dħul minimu, mogħti abbażi ta’ din il-leġiżlazzjoni, huwa sospiż fir-rigward ta’ ċittadin Tork li jappartjeni għas-suq regolari tal-impjieg ta’ Stat Membru u li, wara li rrinunzja għaċ-ċittadinanza ta’ dan l-Istat Membru li huwa kien kiseb matul ir-residenza tiegħu fih, irritorna fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.


(1)  ĠU C 276, 6.8.2018.