21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Dresden – il-Ġermanja) – hapeg dresden gmbh vs Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

(Kawża C-137/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 2006/123/KE - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi tariffa minima għall-onorarji tal-inġiniera u tal-periti)

(2020/C 313/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Dresden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: hapeg dresedn gmbh

Konvenuta: Bayrische Straße 6-8 GmbH & Co. KG

Dispożittiv

L-Artikolu 15(1), (2)(g) u (3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġislazzjoni nazzjonali li tgħid li huwa pprojbit li jiġu stabbiliti, f’kuntratti konklużi ma’ periti u ma’ inġiniera, tariffi iktar baxxi mill-ammonti minimi ddeterminati skont il-lista ta’ onorarji tal-periti u tal-inġiniera prevista minn din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 268, 30.7.2018.