27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – flightright GmbH vs Eurowings GmbH

(Kawża C-130/18) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bl-ajru - Regolament (KE) Nru 261/2004 - Artikolu 5(1)(ċ) - Dritt għal kumpens f’każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira - Rotta differenti li ma tippermettix lil passiġġier li jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu inqas minn sagħtejn wara l-ħin tal-wasla previst mit-titjira annullata - Dewmien bejn sagħtejn u tliet sigħat))

(2018/C 301/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: flightright GmbH

Konvenuta: Eurowings GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 5(1)(ċ)(iii) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandu jiġi interpretat fis-sens li passiġġier li kien ġie informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu inqas minn sebat ijiem qabel il-ħin tat-tluq skedat tagħha għandu dritt għall-kumpens invokat minn din id-dispożizzjoni fil-każ fejn ir-rotta ġdida offruta mit-trasportatur tkun ippermettietlu li jilħaq id-destinazzjoni finali tiegħu iktar minn sagħtejn wara l-ħin previst tal-wasla tat-titjira kkanċellata, iżda inqas minn tliet sigħat wara dan tal-aħħar.


(1)  ĠU C 182, 28.5.2018.