201806220161970672018/C 240/12852018CJC24020180709MT01MTINFO_JUDICIAL201804108922

Kawża C-85/18 PPU: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Oradea) – ir-Rumanija) – CV vs DU (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri — Kustodja tal-wild — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 8, 10 u 13 — Kunċett ta’ “residenza abitwali” tal-wild — Deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ Stat Membru ieħor dwar il-post ta’ residenza tal-wild — Tneħħija jew żamma illegali — Ġurisdizzjoni fil-każ ta’ ħtif tal-wild)


C2402018MT820120180410MT00128292

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Oradea) – ir-Rumanija) – CV vs DU

(Kawża C-85/18 PPU) ( 1 )

“(Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà tal-ġenituri — Kustodja tal-wild — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikoli 8, 10 u 13 — Kunċett ta’ “residenza abitwali” tal-wild — Deċiżjoni mogħtija mill-qorti ta’ Stat Membru ieħor dwar il-post ta’ residenza tal-wild — Tneħħija jew żamma illegali — Ġurisdizzjoni fil-każ ta’ ħtif tal-wild)”

2018/C 240/12Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: CV

Konvenut: DU

Dispożittiv

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, u l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’każ bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn wild li kellu r-residenza abitwali tiegħu fi Stat Membru ttieħed minn wieħed mill-ġenituri tiegħu b’mod illegali fi Stat Membru ieħor, il-qrati ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor ma għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu fuq talba dwar id-dritt ta’ kustodja jew l-iffissar ta’ rata ta’ manteniment għall-imsemmi wild, fl-assenza ta’ indikazzjoni li l-ġenitur l-ieħor aċċetta t-teħid tal-wild jew ma ressaqx talba għar-ritorn tiegħu.


( 1 ) ĠU C 152, 30.4.2018.