24.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ Lulju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Timişoara – ir-Rumanija) – SC Terracult SRL vs Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara –Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Arad – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Juridice 5, ANAF Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara Serviciul de Soluţionare a Contestaţiilor

(Kawża C-835/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Rettifika ta’ fattura - Taxxa ffatturata b’mod żbaljat - Rimbors tat-taxxa mħallsa indebitament - Mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tal-VAT - Tranżazzjonijiet marbuta ma’ perijodu fiskali li diġà kienu s-suġġett ta’ kontroll fiskali - Newtralità fiskali - Prinċipju ta’ effettività - Proporzjonalità)

(2020/C 279/08)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Timişoara

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Terracult SRL

Konvenuti: Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara –Administraţia Judeţeană a Finanţelor Publice Arad – Serviciul Inspecţie Fiscală Persoane Juridice 5, ANAF Direcţia Generală Regională a Finanţelor Publice Timişoara Serviciul de Soluţionare a Contestaţiilor

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/43/UE tat-22 ta’ Lulju 2013, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali, ta’ effettività u ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali jew prattika amministrattiva nazzjonali li ma tippermettix li persuna taxxabbli, li wettqet tranżazzjonijiet li sussegwentement irriżultaw li kienu jaqgħu taħt il-mekkaniżmu tal-awtolikwidazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), tikkoreġi l-fatturi relatati ma’ dawn it-tranżazzjonijiet, u li tinvokahom, permezz tar-rettifika ta’ dikjarazzjoni tat-taxxa preċedenti jew permezz tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ġdida tat-taxxa li tieħu inkunsiderazzjoni l-korrezzjoni hekk imwettqa, għar-rimbors tal-VAT iffatturata u mħallsa indebitament minn din il-persuna taxxabbli, għar-raġuni li l-perijodu li matulu twettqu l-imsemmija tranżazzjonijiet diġà kien is-suġġett ta’ kontroll fiskali li fi tmiemu l-awtorità fiskali kompetenti kienet ħarġet stima tat-taxxa li, peress li ma ġietx ikkontestata mill-imsemmija persuna taxxabbli, kienet saret definittiva.


(1)  ĠU C 131, 08.04.2019.