1.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 35/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta förvaltningsdomstolen – l-Isvezja) – Skatteverket vs Sögård Fastigheter AB

(Kawża C-787/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-aġġustament tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) minn persuna taxxabbli differenti minn dik li inizjalment għamlet it-tnaqqis - Bejgħ minn kumpannija lil individwi ta’ immobbli mikrija mill-imsemmija kumpannija kif ukoll mill-kumpannija proprjetarja preċedenti - Tmiem tal-issuġġettar għall-VAT matul il-bejgħ tal-immobbli lil individwi)

(2021/C 35/03)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skatteverket

Konvenut: Sögård Fastigheter AB

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li, billi tipprevedi, abbażi tal-Artikolu 188(2) ta’ din id-direttiva, li ċ-ċedent ta’ proprjetà immobbli ma huwiex obbligat iwettaq l-aġġustament ta’ tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud tal-input imwettaq meta ċ-ċessjonarju ser juża din il-proprjetà immobbli biss għal tranżazzjonijiet li jagħtu lok għal dritt għal tnaqqis, timponi wkoll fuq ċ-ċessjonarju l-obbligu li jwettaq l-aġġustament ta’ dan it-tnaqqis għall-perijodu rimanenti tal-perijodu ta’ aġġustament, meta huwa jittrasferixxi, min-naħa tiegħu, il-proprjetà immobbli inkwistjoni lil terz li ma huwiex ser jużaha għal tali tranżazzjonijiet.


(1)  ĠU C 72, 25.02.2019.