|
17.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 271/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-11 ta Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Germanja) – ratiopharm GmbH vs Novartis Consumer Health GmbH
(Kawża C-786/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Suq intern - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Direttiva 2001/83/KE - Reklamar - Artikolu 96 - Distribuzzjoni ta’ kampjuni mingħajr ħlas ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika biss lill-persuni kkwalifikati sabiex jippreskrivuhom - Esklużjoni ta’ spiżjara mill-benefiċċju tad-distribuzzjoni - Inapplikabbiltà għad-distribuzzjoni ta’ kampjuni mingħajr ħlas ta’ prodotti mediċinali li ma humiex suġġetti għal preskrizzjoni medika - Konsegwenzi għall-Istati Membri)
(2020/C 271/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ratiopharm GmbH
Konvenuta: Novartis Consumer Health GmbH
Dispożittiv
L-Artikolu 96(1) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-impriżi farmaċewtiċi jistgħu jqassmu mingħajr ħlas kampjuni ta’ prodotti mediċinali suġġetti għal preskrizzjoni medika lill-ispiżjara. Min-naħa l-oħra, l-imsemmija dispożizzjoni ma tipprekludix id-distribuzzjoni mingħajr ħlas ta’ kampjuni ta’ prodotti mediċinali li ma humiex suġġetti għal preskrizzjoni medika lill-ispiżjara.