|
6.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Koblenz – il-Ġermanja) – Stadtwerke Neuwied GmbH vs RI
(Kawża C-765/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/55/KE - Regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali - Protezzjoni tal-konsumaturi - Artikolu 3(3) u l-punt (b) tal-Anness A - Trasparenza tal-kundizzjonijiet kuntrattwali - Obbligu li l-konsumatur jiġi informat b’żieda fit-tariffa fi żmien xieraq u direttament)
(2020/C 222/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Koblenz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stadtwerke Neuwied GmbH
Konvenut: RI
Dispożittiv
L-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, moqri flimkien mal-punti (b) u (ċ) tal-Anness A tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta jsiru bidliet tariffarji mhux innotifikati personalment lill-klijenti minn fornitur tal-gass li jkun l-aħħar għażla disponibbli bl-uniku għan li ż-żieda fl-ispiża tal-akkwist tal-gass naturali tiġi mgħoddija mingħajr tfittxija għal profitt, l-osservanza, minn dan il-fornitur, tal-obbligi ta’ trasparenza u ta’ informazzjoni msemmija f’dawn id-dispożizzjonijiet ma hijiex kundizzjoni għall-validità tal-bidliet tariffarji inkwistjoni, sakemm il-klijenti jkunu jistgħu jxolju l-kuntratt fi kwalunkwe ħin u jkollhom rimedji xierqa sabiex jiksbu kumpens għad-dannu li jkunu setgħu ġarrbu minħabba l-assenza ta’ notifika personali tal-bidliet.