|
8.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 79/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Jannar 2021 – Päivi Leino-Sandberg vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża C-761/18 P) (1)
(Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 10 - Rifjut ta’ aċċess - Rikors quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea kontra deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tirrifjuta l-aċċess għal dokument - Żvelar tad-dokument annotat minn terz wara l-preżentata tar-rikors - Dikjarazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni magħmula mill-Qorti Ġenerali minħabba t-telf tal-interess ġuridiku - Żball ta’ liġi)
(2021/C 79/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Päivi Leino-Sandberg (rappreżentanti: O. W. Brouwer u B. A. Verheijen, advocaten, u S. Schubert, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos, I. Anagnostopoulou u L. Vétillard, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-appellant: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: M. Pere, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, J. Lundberg u H. Eklinder, sussegwentement minn C. Meyer-Seitz, H. Shev u H. Eklinder, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-20 ta’ Settembru 2018, Leino-Sandberg vs Il-Parlament (T-421/17, mhux ippubblikat, EU:T:2018:628), huwa annullat. |
|
2) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea. |
|
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |