6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-2 ta’ April 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim), Svenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI) vs Fleetmanager Sweden AB, Nordisk Biluthyrning AB

(Kawża C-753/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 8(2) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Impriża ta’ kiri ta’ vetturi kollha mgħammra b’radju bħala apparat standard)

(2020/C 222/13)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Föreningen Svenska Tonsättares Internationella Musikbyrå u.p.a. (Stim), Svenska artisters och musikers intresseorganisation ek. för. (SAMI)

Konvenuti: Fleetmanager Sweden AB, Nordisk Biluthyrning AB

Dispożittiv

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà ta’ l-informazzjoni, kif ukoll l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kiri ta’ vetturi bil-mutur mgħammra b’settijiet tar-radju ma jikkostitwixxix komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 65, 18.2.2019.