30.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 103/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Frar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Spetsializiran nakazatelen sad – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra Nikolay Kolev et

(Kawża C-704/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja - Setgħa li tingħata ordni ta’ qorti superjuri fir-rigward tal-modalitajiet ta’ implimentazzjoni - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ effettività - Rispett tad-drittijiet tad-difiża)

(2020/C 103/04)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċedura kriminali prinċipali

Nikolay Boykov Kolev, Stefan Georgiev Kostadinov, Nasko Dimitrov Kurdov, Plamen Georgiev Drenski, Georgi Atanasov Zlatanov, Dimitar Atanasov Dimitrov

Dispożittiv

Fid-dawl tal-interpretazzjoni tal-Artikoli 6(3) u l-Artikoli 7(3) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, adottati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-5 ta’ Ġunju 2018, Kolev et (C-612/15, EU:C:2018:392), l-Artikolu 267 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix regola ta’ dritt proċedurali nazzjonali li tobbliga lill-qorti tar-rinviju tikkonforma ruħha ma’ ordni, li tiġi indirizzata lilha minn qorti superjuri, li tibgħat il-kawża lura lill-Prosekutur Pubbliku, wara li tintemm il-proċedura kriminali, sabiex jiġu rrimedjati l-irregolaritajiet proċedurali mwettqa matul il-fażi preliminari ta’ din il-proċedura, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 2 tad-dispożittiv ta’ dik is-sentenza, jiġu osservati f’din fil-fażi preliminari tal-proċeduri kriminali jew fil-fażi ġudizzjarja li ssegwi.


(1)  ĠU C 25, 21.01.2019.