20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Genova – l-Italja) – LG et vs Rina SpA, Ente Registro Italiano Navale

(Kawża C-641/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1(1) - Kunċetti ta’ “materja ċivili u kummerċjali” u ta’ “materja amministrattiva” - Kamp ta’ applikazzjoni - Attivitajiet ta’ kumpanniji ta’ klassifikazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni ta’ bastimenti - Acta iure imperii et acta iure gestionis - Prerogattivi ta’ setgħa pubblika - Immunità ġudizzjarja)

(2020/C 240/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Genova

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: LG et

Konvenuti: Rina SpA, Ente Registro Italiano Navale

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li rikors għad-danni, ippreżentat kontra persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt privat, li jeżerċitaw attività ta’ klassifikazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni ta’ bastimenti f’isem u fuq delega ta’ Stat terz, jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u, konsegwentement, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, peress li din l-attività ma hijiex eżerċitata abbażi ta’ prerogattivi ta’ setgħa pubblika fis-sens tad-dritt tal-Unjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa. Il-prinċipju tad-dritt internazzjonali konswetudinarju dwar l-immunità ġudizzjarja ma jipprekludix l-eżerċizzju, mill-qorti nazzjonali adita, tal-ġurisdizzjoni prevista mill-imsemmi regolament f’tilwima dwar tali rikors, meta din il-qorti tikkonstata li tali korpi ma użawx il-prerogattivi tas-setgħa pubblika fis-sens tad-dritt internazzjonali.


(1)  ĠU C 25, 21.1.2019