23.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 432/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża
(Kawża C-636/18) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ċirkostanti - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet Franċiżi - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu ta’ qbiż ‘l-iqsar possibbli’ - Miżuri xierqa”)
(2019/C 432/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, E. Manhaeve u K. Petersen, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, J. Traband u A. Alidière, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Bil-qbiż b’mod sistematiku u persistenti tal-valur limitu annwali għad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) mill-1 ta’ Jannar 2010 fi tnax-il agglomerazzjoni u żona ta’ kwalità tal-arja Franċiża, jiġifieri: Marseille (FR03A02), Toulon (FR03A03), Pariġi (FR04A01), Auvergne-Clermont-Ferrand (FR07A01), Montpellier (FR08A01), Toulouse Midi-Pyrénées (FR12A01), żona urgani reġjonali (ZUR) Reims Champagne-Ardenne (FR14N10), Grenoble Rhône-Alpes (FR15A01), Strasbourg (FR16A02), Lyon-Rhône-Alpes (FR20A01), ZUR Vallée de l’Arve Rhône-Alpes (FR20N10) u Nice (FR24A01), u bil-qbiż b’mod sistematiku u persistenti tal-valur limitu għal kull siegħa għan-NO2 mill-1 ta’ Jannar 2010 f’żewġ agglomerazzjonijiet u żoni ta’ kwalità tal-arja jiġifieri: Pariġi (FR04A01) u Lyon Rhône-Alpes (FR20A01), ir-Repubblika Franċiża kompliet tonqos, sa minn din id-data, milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, moqri flimkien mal-Anness XI ta’ din id-direttiva, u dan mid-dħul fis-seħħ tal-valuri limitu fl-2010. Ir-Repubblika Franċiża, mill-11 ta’ Ġunju 2010, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 23(1) tal-imsemmija tad-Direttiva 2008/50, moqri flimkien mal-Anness XV tagħha, u b’mod partikolari l-obbligu, stabbilit mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tal-istess direttiva, li jiġi żgurat li l-perijodu ta’ qbiż ikun l-iqsar possibbli. |
2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |