24.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 61/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – Furukawa Electric Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea, Viscas Corp.

(Kawża C-589/18 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku taħt l-art u taħt il-baħar - Tqassim tas-suq fil-kuntest ta’ proġetti - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tas-sena 2006 - Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament)

(2020/C 61/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Furukawa Electric Co. Ltd (rappreżentanti: iniżjalment minn A. Luke u C. Pouncey, solicitors, sussegwentement minn A. Luke u K. Fountoukakos-Kyriakakos, Solicitors)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, A. Biolan u I. Zaloguin, aġenti), Viscas Corp. (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Furukawa Electric Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Viscas Corp. għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.