9.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 77/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Jannar 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Kawża mressqa minn Energiavirasto

(Kawża C-578/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Suq intern tal-elettriku - Direttiva 2009/72/KE - Artikolu 3 - Protezzjoni tal-konsumaturi - Artikolu 37 - Funzjonijiet u kompetenzi tal-awtorità regolatorja - Riżoluzzjoni tat-tilwim barra l-qrati - Kunċett ta’ “entità” - Dritt li jiġi eżerċitat appell mid-deċiżjoni tal-awtorità regolatorja - Ilment imressaq minn klijent residenzjali kontra impriża li topera netwerk ta’ distribuzzjoni tal-elettriku)

(2020/C 77/06)

Lingwa tal-kawża: il-Finalandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Energiavirasto

Fil-preżenza ta’: A, Caruna Oy

Dispożittiv

L-Artikolu 37 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jimponix fuq l-Istati Membri l-obbligu li jagħtu lill-awtorità regolatorja l-kompetenza li tirregola t-tilwim bejn il-klijenti domestiċi u l-operaturi tan-netwerk u li tagħti, konsegwentement, lill-klijent domestiku li jkun ressaq ilment lill-awtorità regolatorja kontra operatur ta’ netwerk il-kwalità ta’ “parti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u d-dritt li jippreżenta appell kontra d-deċiżjoni meħuda minn din l-awtorità wara dan l-ilment.


(1)  ĠU C 427 tas-26.11.2018.