7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Irlanda

(Kawża C-550/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu - Direttiva (UE) 2015/849 - Assenza ta’ traspożizzjoni u/jew ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni - Artikolu 260(3) TFUE - Talba għal kundanna għall-ħlas ta’ somma f’daqqa)

(2020/C 297/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Scharf, L. Flynn u G. von Rintelen, aġenti)

Konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: G. Hodge, M. Browne u A. Joyce, aġenti, assistiti minn G. Gilmore, BL, u minn P. McGarry, SC)

Parties intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: N. Grünberg, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, B. Fodda u J.-L. Carré, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx, fl-iskadenza tat-terminu mogħti fl-opinjoni motivata tat-8 ta’ Marzu 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE u, għalhekk, billi ma kkomunikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 67 tad-Direttiva 2015/849.

2)

L-Irlanda hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea somma f’daqqa li tammonta għal EUR 2 000 000.

3)

L-Irlanda hija kkundannata għall-ispejjeż.

4)

Ir-Repubblika tal-Estonja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 436, 3.12.2018