20.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 240/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Mejju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – Dong Yang Electronics Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-547/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 44 - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 - Artikolu 11(1) - Provvista ta’ servizzi - Post ta’ tassazzjoni - Kunċett ta’ “stabbiliment fiss” - Persuna suġġetta għall-VAT - Sussidjarja ta’ kumpannija ta’ Stat terz li tinsab fi Stat Membru)

(2020/C 240/04)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dong Yang Electronics Sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Dispożittiv

L-Artikolu 44 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, kif ukoll l-Artikolu 11(1) u l-Artikolu 22(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżistenza, fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ stabbiliment fiss ta’ kumpannija stabbilita fi Stat terz ma tistax tiġi dedotta minn fornitur ta’ servizzi mis-sempliċi fatt li din il-kumpannija għandha sussidjarja hemmhekk u li dan il-fornitur ma huwiex marbut li jinvestiga, għall-finijiet ta’ tali evalwazzjoni, ir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn dawn iż-żewġ entitajiet.


(1)  ĠU C 44, 4.2.2019.