19.8.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 280/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okresní soud v Českých Budějovicích — ir-Repubblika Ċeka) — RD vs SC

(Kawża C-518/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew għad-djun mhux ikkontestati - Ċertifikazzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja bħala titolu eżekuttiv Ewropew - Standards minimi applikabbli għall-proċeduri relatati mad-djun mhux ikkontestati - Konvenut mingħajr indirizz magħruf li ma jidhirx fis-seduta)

(2019/C 280/10)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Okresní soud v Českých Budějovicích

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RD

Konvenut: SC

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn huwa impossibbli għal qorti li tikseb l-indirizz tal-konvenuta, huwa ma jippermettix li tiġi ċċertifikata bħala titolu eżekuttiv Ewropew deċiżjoni ġudizzjarja relatata ma’ dejn mogħtija wara seduta li fiha la l-konvenuta u lanqas il-kuratur maħtur għall-finijiet tal-proċedura ma jkunu dehru.


(1)  ĠU C 392, 29.10.2018.