3.2.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 36/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Diċembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation, Franza) – UB vs VA, Tiger SCI, WZ, fil-kapaċità tiegħu bħala amministratur fallimentari ta’ UB, Banque patrimoine et immobilier SA

(Kawża -493/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Proċeduri ta’ insolvenza - Regolament (KE) Nru 1346/2000 - Artikolu 3(1) - Azzjonijiet derivanti direttament mill-proċedura ta’ insolvenza u li huma strettament marbuta magħha - Bejgħ ta’ proprjetà u kostituzzjoni ta’ ipoteka - Azzjoni għal nuqqas ta’ infurzabbiltà ppreżentata mill-amministratur fallimentari - Artikolu 25(1) - Ġurisdizzjoni esklużiva tal-Istat Membru ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza)

(2020/C 36/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UB

Konvenuti: VA, Tiger SCI, WZ, fil-kapaċità tiegħu bħala amministratur fallimentari ta’ UB, Banque patrimoine et immobilier SA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 tal-Kunsill tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar proċedimenti ta’ falliment, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-azzjoni tal-amministratur fallimentari maħtur minn qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nfetħet il-proċedura ta’ insolvenza, li għandha bħala għan li tikseb dikjarazzjoni li l-bejgħ ta’ proprjetà immobbli li tinsab fi Stat Membru ieħor kif ukoll l-ipoteka rreġistrata fuqha ma humiex infurzabbli kontra l-massa tal-kredituri, taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva tal-qrati tal-ewwel Stat Membru.

2)

L-Artikolu 25(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 għandu jiġi interpretat fis-sens li li deċiżjoni li permezz tagħha qorti tal-Istat Membru ta’ ftuħ tawtorizza lill-amministratur fallimentari jippreżenta azzjoni fi Stat Membru ieħor, minkejja li din tkun taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni esklużiva ta’ din il-qorti, ma jistax ikollha bħala effett li tagħti ġurisdizzjoni internazzjonali lill-qrati ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor.


(1)  ĠU C 364, 8.10.2018.