27.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 137/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Google Ireland Limited vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vámigazgatósága

(Kawża C-482/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 56 TFUE - Restrizzjonijiet - Dispożizzjonijiet fiskali - Taxxa fuq l-attivitajiet pubbliċitarji u li hija bbażata fuq id-dħul mill-bejgħ - Obbligi marbuta mar-reġistrazzjoni mal-awtoritajiet tat-taxxa - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Multi - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

(2020/C 137/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google Ireland Limited

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vámigazgatósága

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta lill-fornituri ta’ servizzi ta’ reklamar stabbiliti fi Stat Membru ieħor għal obbligu ta’ dikjarazzjoni, għall-finijiet tal-issuġġettar tagħhom għal taxxa fuq ir-reklamar, f’sitwazzjoni fejn il-fornituri ta’ tali servizzi stabbiliti fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni huma meħlusa minn dan l-obbligu minħabba li huma suġġetti għal obbligi ta’ dikjarazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni b’rabta mal-issuġġettar tagħhom għal kwalunkwe taxxa oħra applikabbli fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru.

2)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li permezz tagħha l-fornituri ta’ servizzi stabbiliti fi Stat Membru ieħor, li ma jkunux ikkonformaw ruħhom ma’ obbligu ta’ dikjarazzjoni għall-finijiet tal-issuġġettar tagħhom għal taxxa fuq ir-reklamar, jiġu suġġetti, fi ftit jiem, għal sensiela ta’ multi li l-ammont tagħhom, b’effett mit-tieni multa, jiġi ttriplikat meta mqabbel mal-ammont tal-multa preċedenti ma’ kull konstatazzjoni ġdida tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ dan l-obbligu u li jwassal għal ammont akkumulat ta’ diversi miljuni ta’ euro, u dan mingħajr ma l-awtorità kompetenti, qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni li tiffissa, b’mod definittiv, l-ammont akkumulat ta’ dawn il-multi, tagħti lil dawn il-fornituri ta’ servizzi ż-żmien meħtieġ sabiex iwettqu l-obbligi tagħhom, mingħajr ma tagħtihom l-opportunità jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom u mingħajr ma teżamina hija stess il-gravità tal-ksur, f’sitwazzjoni fejn l-ammont tal-multa li jiġi impost fuq fornitur stabbilit fl-Istat Membru ta’ tassazzjoni li jkun naqas milli jwettaq obbligu ta’ dikjarazzjoni jew ta’ reġistrazzjoni simili bi ksur tad-dispożizzjonijiet ġenerali tal-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali jkun sinjifikattivament inqas u, fil-każ ta’ ksur kontinwu ta’ tali obbligu, la jiżdied bl-istess proporzjon u lanqas ma jiżdied neċessarjament f’termini daqstant qosra.


(1)  ĠU C 352, 1.10.2018.