|
2.3.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Diċembru 2019 – HK vs Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-460/18 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 1d - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tal-Anness VIII - Pensjoni tas-superstiti - Kundizzjonijiet għall-għoti - Kunċett ta’ “konjuġi superstiti” ta’ uffiċjal tal-Unjoni - Żwieġ u sħubija mhux matrimonjali - Konkubinaġġ - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Sitwazzjoni paragunabbli - Assenza - Kundizzjoni ta’ anzjanità taż-żwieġ - Ġlieda kontra l-frodi - Ġustifikazzjoni)
(2020/C 68/08)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: HK (rappreżentanti: A. Champetier u S. Rodrigues, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u B. Mongin, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Mejju 2018, HK vs Il-Kummissjoni (T-574/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:252), hija annullata. |
|
2) |
Ir-rikors ippreżentat minn HK intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tirrifjutalu l-benefiċċju tal-pensjoni tas-superstiti u sabiex jikseb kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba huwa miċħud. |
|
3) |
HK, il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza u mal-appell. |